Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2018/0042(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0384/2018

Testi mressqa :

A8-0384/2018

Dibattiti :

PV 17/04/2019 - 24
CRE 17/04/2019 - 24

Votazzjonijiet :

PV 18/04/2019 - 10.11

Testi adottati :

P8_TA(2019)0431

Testi adottati
PDF 215kWORD 61k
Il-Ħamis, 18 ta' April 2019 - Strasburgu Verżjoni proviżorja
Skoperturi fil-forma ta' bonds koperti ***I
P8_TA-PROV(2019)0431A8-0384/2018
Riżoluzzjoni
 Test konsolidat

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' April 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward ta' skoperturi fil-forma ta' bonds koperti (COM(2018)0093 – C8-0112/2018 – 2018/0042(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2018)0093),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0112/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-22 ta' Awissu 2018(1)

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-11 ta' Lulju 2018(2),

–  wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-20 ta' Marzu 2019, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0384/2018),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi/tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1) ĠU C 382, 23.10.2018, p. 2.
(2) ĠU C 367, 10.10.2018, p. 56.


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-18 ta' April 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward ta' skoperturi fil-forma ta' bonds koperti(1)
P8_TC1-COD(2018)0042

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew(2),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(3),

▌,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja(4),

Billi:

(1)  L-Artikolu 129 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(5) jagħti, taħt ċerti kundizzjonijiet, trattament preferenzjali lil bonds koperti. Id-Direttiva (UE) 2019/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6)(7)tispeċifika l-elementi ewlenin tal-bonds koperti u tipprevedi definizzjoni komuni tal-bonds koperti.

(2)  Fl-20 ta' Diċembru 2013, il-Kummissjoni talbet lill-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA) tagħti opinjoni rigward l-adegwatezza tal-piżijiet tar-riskju stabbiliti fl-Artikolu 129 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. Skont l-opinjoni tal-EBA,(8) it-trattament preferenzjali tal-piż tar-riskju stabbilit fl-Artikolu 129 ta' dak ir-Regolament huwa, bħala prinċipju, trattament prudenzjali xieraq. Madankollu, l-EBA rrakkomandat li tingħata aktar konsiderazzjoni lill-opportunità li r-rekwiżiti ta' eliġibbiltà kif stabbiliti bl-Artikolu 129 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jiġu kkomplementati biex ikopru, bħala minimu, l-oqsma tal-mitigazzjoni tar-riskju ta' likwidità, tas-sovrakollateralizzazzjoni, tar-rwol tal-awtorità kompetenti u tal-elaborazzjoni ulterjuri ta' rekwiżiti eżistenti dwar id-divulgazzjoni lill-investituri(9).

(3)  Fid-dawl tal-opinjoni tal-EBA, huwa xieraq li r-Regolament (UE) Nru 575/2013 jiġi emendat biż-żieda ta' rekwiżiti addizzjonali għal bonds koperti, u b'hekk tissaħħaħ il-kwalità ta' bonds koperti eliġibbli għal trattament ta' kapital favorevoli kif previst fl-Artikolu 129 ta' dak ir-Regolament.

(4)  Skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 129(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrinunzjaw parzjalment l-applikazzjoni tar-rekwiżit għal skoperturi li jikkwalifikaw għal skala 1 tal-kwalità tal-kreditu, kif stabbilit fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 129(1), u jippermettu skoperturi li jikkwalifikaw għal skala 2 tal-kwalità tal-kreditu sa massimu ta' 10 % tal-iskopertura totali tal-ammont nominali ta' bonds koperti pendenti tal-istituzzjoni emittenti. Tali rinunzja parzjali, madankollu, tapplika biss wara konsultazzjoni minn qabel mal-EBA u biss dment li l-problemi potenzjali sinifikanti tal-konċentrazzjoni fl-Istati Membri konċernati jistgħu jiġu ddokumentati b'riżultat tal-applikazzjoni tar-rekwiżit tal-iskala 1 tal-kwalità tal-kreditu. Hekk kif il-konformità mar-rekwiżiti għal skoperturi li jikkwalifikaw għall-iskala 1 tal-kwalità tal-kreditu kif magħmula disponibbli minn Istituzzjonijiet Esterni tal-Valutazzjoni tal-Kreditu qed issir dejjem aktar diffiċli fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri kemm fiż-żona tal-euro kif ukoll barra ż-żona tal-euro, l-applikazzjoni ta' dik ir-rinunzja ġiet ikkunsidrata meħtieġa minn dawk l-Istati Membri li jospitaw l-ikbar swieq tal-bonds koperti. Biex jiġi ssimplifikat l-użu ta' skoperturi għal istituzzjonijiet ta' kreditu bħala kollateral għal bonds koperti u sabiex tiġi indirizzata dik id-diffikultà, jeħtieġ li jiġi emendat ir-Regolament (UE) Nru 575/2013. Minflok possibbiltà għall-awtoritajiet kompetenti biex jirrinunzjaw għar-rekwiżiti, huwa xieraq li tiġi stabbilita regola li tippermetti skoperturi għal istituzzjonijiet ta' kreditu li jikkwalifikaw għall-iskala 2 tal-kwalità tal-kreditu sa massimu ta' 10 % tal-iskopertura totali tal-ammont nominali tal-bonds koperti pendenti tal-istituzzjoni emittenti u mingħajr il-ħtieġa li l-EBA tiġi kkonsultata. Jeħtieġ li jkun permess l-użu tal-iskala 3 tal-kwalità tal-kreditu għal depożiti ta' terminu qasir, u għal derivati fi Stati Membri speċifiċi f'każijiet fejn il-konformità mar-rekwiżit tal-iskala 1 jew 2 tal-kwalità tal-kreditu tkun diffiċli wisq. L-awtoritajiet kompetenti maħtura skont l-Artikolu 18(2) tad-Direttiva (UE) 2019/ ...(10) jenħtieġ li jkunu jistgħu, wara li jkunu kkonsultaw lill-EBA, jippermettu l-użu tal-iskala 3 tal-kwalità tal-kreditu għal kuntratti tad-derivati sabiex jindirizzaw problemi potenzjali ta' konċentrazzjoni.

(5)  F'konformità mal-punti (d)(ii) u (f)(ii) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 129(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, self iggarantit permezz ta' unitajiet superjuri maħruġa mill-Fonds Communs de Titrisation Franċiżi jew minn entitajiet ekwivalenti ta' titolizzazzjoni li jiggarantixxu skoperturi fuq proprjetà residenzjali jew kummerċjali huma assi eliġibbli li jistgħu jintużaw bħala kollateral għall-bonds koperti sa massimu ta' 10 % tal-ammont nominali tal-ħruġ pendenti ta' bonds koperti (il-"limitu ta' 10 %"). Madankollu, l-Artikolu 496 ta' dak ir-Regolament jippermetti lill-awtoritajiet kompetenti biex jirrinunzjaw il-limitu ta' 10 %. Barra minn hekk, l-Artikolu 503(4) tal-istess Regolament jirrikjedi li l-Kummissjoni tanalizza l-adegwatezza tad-deroga li tippermetti lil awtoritajiet kompetenti jirrinunzjaw il-limitu ta' 10 %. Fit-22 ta' Diċembru 2013, il-Kummissjoni talbet lill-EBA tagħti opinjoni f'dak ir-rigward. Fl-opinjoni tagħha tal-1 ta' Lulju 2014, l-EBA sostniet li l-użu ta' unitajiet superjuri maħruġa mill-Fonds Communs de Titrisation Franċiżi jew minn entitajiet ekwivalenti ta' titolizzazzjoni li jiggarantixxu bħala kollateral skoperturi ta' proprjetà residenzjali jew kummerċjali jista' jikkawża tħassib prudenzjali minħabba struttura ta' saff doppju ta' programm ta' bonds koperti ggarantit minn unitajiet ta' titolizzazzjoni u b'hekk jista' jwassal għal nuqqas ta' trasparenza fir-rigward tal-kwalità tal-kreditu tal-aggregazzjoni ta' kopertura. Konsegwentement, l-EBA rrakkomandat li d-deroga mil-limitu ta' 10 % għal unitajiet superjuri ta' titolizzazzjoni li attwalment hija stipulata fl-Artikolu 496 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 titneħħa wara l-31 ta' Diċembru 2017(11).

(6)  Huma ftit l-oqfsa nazzjonali ta' bonds koperti li jippermettu l-inklużjoni ta' titoli ggarantiti b'ipoteki residenzjali jew kummerċjali. L-użu ta' tali strutturi qed jonqos u huwa meqjus li jżid il-kumplessità bla bżonn għall-programmi ta' bonds koperti. Għalhekk huwa xieraq li jiġi eliminat għalkollox l-użu ta' tali strutturi bħala assi eliġibbli. Għalhekk, il-punti (d)(ii) u (f)(ii) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 129(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, kif ukoll l-Artikolu 496 ta' dak ir-Regolament jenħtieġ li jitħassru.

(7)  L-istrutturi ta' bonds koperti aggregati f'intragrupp li jikkonformaw mar-Regolament (UE) Nru 575/2013, intużaw ukoll bħala kollateral eliġibbli skont il-punti (d)(ii) u (f)(ii) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 129(1) ta' dak ir-Regolament. L-istrutturi ta' bonds koperti aggregati f'intragrupp ma joħolqux riskji addizzjonali minn perspettiva prudenzjali għaliex ma jqajmux l-istess kwistjonijiet ta' kumplessità bħall-użu ta' self iggarantit permezz ta' unitajiet superjuri maħruġa mill-Fonds Communs de Titrisation Franċiżi jew entitajiet ekwivalenti ta' titolizzazzjoni li jiggarantixxu skoperturi ta' proprjetà residenzjali jew kummerċjali. Skont l-EBA, kollateralizzazzjoni ta' bonds koperti minn strutturi ta' bonds koperti aggregati jenħtieġ li tkun permessa mingħajr limiti għall-ammont ta' bonds koperti pendenti tal-istituzzjoni ta' kreditu emittenti(12). Għaldaqstant, il-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 129(1) jenħtieġ li jiġi emendat biex ineħħi r-rekwiżit ta' applikazzjoni tal-limitu ta' 15 % jew 10 % fir-rigward ta' skoperturi għal istituzzjonijiet ta' kreditu tal-istrutturi ta' bonds koperti aggregati f'intragrupp. Dawk l-istrutturi ta' bonds koperti aggregati f'intragrupp huma rregolati bl-Artikolu 8 tad-Direttiva (UE) 2019/....(13).

(8)  L-Artikolu 129(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jeżiġi li l-prinċipji ta' valutazzjoni għal proprjetà immobbli li tikkollateralizza bonds koperti, stabbiliti fl-Artikolu 229(1) ta' dak ir-Regolament, jiġu applikati għal bonds koperti sabiex dawk il-bonds jissodisfaw ir-rekwiżiti għal trattament preferenzjali. Ir-rekwiżiti għall-eliġibbiltà tal-assi li jservu bħala kollateral għall-bonds koperti jirrigwardaw il-karatteristiċi ta' kwalità ġenerali li jiżguraw ir-robustezza tal-aggregazzjoni ta' kopertura u għalhekk jenħtieġ li jkunu suġġetti għad-Direttiva (UE) 20../…(14). Għaldaqstant, id-dispożizzjonijiet dwar metodoloġija ta' valutazzjoni jenħtieġ ukoll li jkunu suġġetti għal dik id-Direttiva. L-istandards tekniċi regolatorji ddelegati mill-Artikolu 124(4)(a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għalhekk jenħtieġ li ma japplikawx fir-rigward tal-kriterji ta' eliġibbiltà għal bonds koperti kif stabbiliti fl-Artikolu 129 ta' dak ir-Regolament. Huwa għalhekk meħtieġ li l-Artikolu 129(3) ta' dak ir-Regolament jiġi emendat għal dak il-għan.

(9)  Il-Limiti għall-Proporzjon bejn is-Self u l-Valur ("LTV") huma parti neċessarja li jiżguraw il-kwalità ta' kreditu tal-bonds koperti. L-Artikolu 129(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jistabbilixxi li l-limiti LTV għall-ipoteki u l-irhna marittimi fuq il-bastimenti iżda ma jispeċifikax kif dawk il-limiti għandhom jiġu applikati u dan jista' jwassal għal inċertezza. Il-limiti LTV jenħtieġ li jiġu applikati bħala limiti ta' kopertura ratba, jiġifieri li filwaqt li ma hemm ebda limitu fuq id-daqs ta' self sottostanti, self bħal dan jista' jaġixxi biss bħala kollateral fi ħdan limiti LTV imposti fuq l-assi. Il-limiti LTV jiddeterminaw il-porzjon tal-persentaġġ tas-self li jikkontribwixxi għar-rekwiżit ta' kopertura għall-obbligazzjonijiet. Huwa għalhekk xieraq li jiġi speċifikat li l-limiti LTV jiddeterminaw il-porzjon tas-self li jikkontribwixxi għall-kopertura tal-bond kopert.

(10)  Sabiex tiġi żgurata aktar ċarezza, jenħtieġ li jiġi speċifikat ukoll li l-limiti LTV huma applikabbli matul il-maturità kollha tas-self. L-LTV attwali jenħtieġ li ma jinbidilx iżda jibqa' fil-limitu ta' 80 % tal-valur tal-proprjetà għal self residenzjali, u fil-limitu ta' 60 % jew 70 % tal-valur tal-proprjetà għal self kummerċjali u bastimenti. Il-proprjetà immobbli kummerċjali jenħtieġ li tinftiehem f'konformità mal-interpretazzjoni ġenerali ta' dan it-tip ta' proprjetà bħala proprjetà immobbli "mhux residenzjali", anke meta tkun f'idejn organizzazzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ.

(11)  Sabiex titjieb aktar il-kwalità tal-bonds koperti li jirċievu t-trattament tal-kapital preferenzjali kif previst fl-Artikolu 129 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, dak it-trattament preferenzjali jenħtieġ li jkun suġġett għal livell minimu ta' sovrakollateralizzazzjoni, jiġifieri livell ta' kollateral li jaqbeż ir-rekwiżiti tal-kopertura kif imsemmi fl-Artikolu 15 tad-Direttiva (UE) 2019/...(15). Tali rekwiżit ▌jimmitiga r-riskji l-aktar rilevanti f'każ ta' insolvenza jew riżoluzzjoni tal-emittent. Meta l-Istati Membri jiddeċiedu li japplikaw livell minimu ogħla ta' sovrakollateralizzazzjoni għal bonds koperti maħruġa minn istituzzjonijiet ta' kreditu li jinsabu fit-territorju tagħhom, dak jenħtieġ li ma jwaqqafx lill-istituzzjonijiet ta' kreditu milli jinvestu f'bonds koperti oħra b'livell minimu aktar baxx ta' sovrakollateralizzazzjoni li jikkonformaw ma' dan ir-Regolament u milli jibbenefikaw mid-dispożizzjonijiet tiegħu.

(12)  Wieħed mir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 129(7) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 huwa li l-istituzzjoni ta' kreditu li tinvesti f'bonds koperti tirċievi ċerta informazzjoni dwar bonds koperti mill-inqas fuq bażi ta' kull sitt xhur. Ir-rekwiżiti ta' trasparenza huma parti indispensabbli ta' bonds koperti li jiżguraw livell uniformi ta' divulgazzjoni u li jippermettu lill-investituri jwettqu l-valutazzjoni tar-riskju meħtieġa, u dan itejjeb il-komparabbiltà, it-trasparenza u l-istabbiltà tas-suq. Għalhekk, huwa xieraq li jiġi żgurat li r-rekwiżiti ta' trasparenza japplikaw għall-bonds koperti kollha li jistgħu jinkisbu billi dawn ir-rekwiżiti jiġu stipulati fid-Direttiva (UE) 2019/...(16) bħala karatteristika strutturali komuni ta' bonds koperti. Kif xieraq, l-Artikolu 129(7) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jenħtieġ li jitħassar.

(13)  Bonds koperti huma strumenti ta' finanzjament fuq perjodu ta' żmien twil u għalhekk jinħarġu b'maturità skedata ta' diversi snin. Huwa għalhekk meħtieġ li jiġi żgurat li l-bonds koperti maħruġa qabel il-31 ta' Diċembru 2007 jew qabel ... [OP: Jekk jogħġbok daħħal id-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament] ma jiġux imfixkla. Sabiex jintlaħaq dak l-objettiv, bonds koperti maħruġa qabel il-31 ta' Diċembru 2007 jenħtieġ li jibqgħu eżentati mir-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward ta' assi eliġibbli, sovrakollateralizzazzjoni u assi ta' sostituzzjoni. Barra minn hekk, bonds koperti oħra konformi mar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u maħruġa qabel ... [OP: Jekk jogħġbok daħħal id-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament] jenħtieġ li jiġu eżentati mir-rekwiżiti ta' sovrakollateralizzazzjoni u assi ta' sostituzzjoni u jenħtieġ li jkomplu jkunu eliġibbli għal trattament preferenzjali kif stabbilit f'dak ir-Regolament sal-maturità tagħhom.

(14)  Dan ir-Regolament jenħtieġ li jiġi applikat flimkien mad-Direttiva (UE) 2019/…(17). Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni konsistenti tal-qafas il-ġdid li jistabbilixxi l-karatteristiċi strutturali ta' ħruġ ta' bonds koperti u r-rekwiżiti emendati għal trattament preferenzjali, jenħtieġ li l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament tiġi differita biex tikkoinċidi mad-data li fiha l-Istati Membri jridu japplikaw id-dispożizzjonijiet li jittrasponu dik id-Direttiva.

(15)  Għalhekk, ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi għar-Regolament (UE) Nru 575/2013

Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 huwa emendat kif ġej:

(1)   L-Artikolu 129 huwa emendat kif ġej:

(a)  il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:(18)

(i)  l-ewwel subparagrafu huwa emendat kif ġej:

–  il-frażi introduttorja hija sostitwita b'dan li ġej:"

"Biex ikunu eliġibbli għat-trattament preferenzjali stabbilit fil-paragrafi 4 u 5, il-bonds koperti, kif imsemmija fl-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2019/xxxx tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill,(19)* għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 3, 3a u 3b ta' dan l-Artikolu u għandhom jiġu kollateralizzati permezz ta' xi wieħed mill-assi eliġibbli li ġejjin:

______________________________

* Id-Direttiva (UE) 2019/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ħruġ ta' bonds koperti u s-superviżjoni pubblika ta' bonds koperti u li temenda d-Direttiva 2009/65/KE u d-Direttiva 2014/59/UE (ĠU C […], […], p. […])].";

"

–  il-punt (c) huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"(c) skoperturi għal istituzzjonijiet ta' kreditu li jikkwalifikaw għall-iskala 1 tal-kwalità tal-kreditu, l-iskala 2 tal-kwalità tal-kreditu jew skoperturi fil-forma ta' depożiti ta' terminu qasir b'maturità li ma taqbiżx il-100 jum meta jintużaw biex jiġi ssodisfat ir-rekwiżit ta' riżerva ta' likwidità tal-aggregazzjoni ta' kopertura stabbilit fl-Artikolu 16 tad-Direttiva (UE) 2019/... u skoperturi fil-forma ta' kuntratti tad-derivati skont l-Artikolu 11 tad-Direttiva (UE) 2019/...(20) għal istituzzjonijiet ta' kreditu li jikkwalifikaw għall-iskala 3 tal-kwalità tal-kreditu, meta skoperturi fil-forma ta' kuntratti tad-derivati jkunu permessi mill-awtoritajiet kompetenti, kif stabbilit f'dan il-Kapitolu.";

"

–  fil-punt (d), il-punt (ii) huwa mħassar;

–  fil-punt (f), il-punt (ii) huwa mħassar;

(ii)  it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"Għall-finijiet tal-paragrafu 1a, l-iskoperturi kkawżati mit-trażmissjoni u l-ġestjoni tal-pagamenti tad-debituri ta', jew rikavati minn likwidazzjoni fir-rigward ta' self iggarantit permezz ta' proprjetajiet mirhuna ta' titoli ta' dejn ma għandhomx jiġu inklużi fil-kalkolu tal-limiti msemmija f'dak il-paragrafu.";

"

(iii)  it-tielet subparagrafu huwa mħassar;

(b)  jiddaħħlu l-paragrafi ▌li ġejjin:"

"1a. Għall-finijiet tal-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, għandu japplika dan li ġej:

   (a) għal skoperturi għal istituzzjonijiet ta' kreditu li jikkwalifikaw għall-iskala 1 tal-kwalità tal-kreditu, l-iskopertura ma għandhiex taqbeż 15 % tal-ammont nominali ta' bonds koperti pendenti tal-istituzzjoni ta' kreditu emittenti;
   (b) għal skoperturi għal istituzzjonijiet ta' kreditu li jikkwalifikaw għall-iskala 2 tal-kwalità tal-kreditu, l-iskopertura ma għandhiex taqbeż 10 % tal-ammont nominali ta' bonds koperti pendenti tal-istituzzjoni ta' kreditu emittenti;
   (c) għal skoperturi fil-forma ta' depożiti ta' terminu qasir b'maturità li ma taqbiżx il-100 jum u skoperturi fil-forma ta' kuntratti tad-derivati għal istituzzjonijiet ta' kreditu li jikkwalifikaw għall-iskala 3 tal-kwalità tal-kreditu, l-iskoperturi ma għandhomx jaqbżu 8 % tal-iskopertura totali tal-ammont nominali ta' bonds koperti pendenti tal-istituzzjoni ta' kreditu emittenti;

L-awtoritajiet kompetenti maħtura skont l-Artikolu 18(2) tad-Direttiva (UE) 2019/...(21) jistgħu, wara li jkunu kkonsultaw lill-EBA, jippermettu skoperturi fil-forma ta' kuntratti tad-derivati għal istituzzjonijiet ta' kreditu li jikkwalifikaw għall-iskala 3 tal-kwalità tal-kreditu biss meta problemi potenzjali sinifikanti ta' konċentrazzjoni fl-Istati Membri kkonċernati minħabba l-applikazzjoni tar-rekwiżiti tal-iskala 1 u 2 tal-kwalità tal-kreditu msemmija f'dan il-paragrafu jistgħu jiġu ddokumentati;

   (d) l-iskopertura totali għal istituzzjonijiet ta' kreditu li jikkwalifikaw għall-iskala 1, 2 jew 3 tal-kwalità tal-kreditu ▌ma għandhiex taqbeż 15 % tal-ammont nominali ta' bonds koperti pendenti tal-istituzzjoni ta' kreditu emittenti. L-iskopertura totali għal istituzzjonijiet ta' kreditu li jikkwalifikaw għall-iskala 2 tal-kwalità tal-kreditu jew għall-iskala 3 tal-kwalità tal-kreditu ma għandhiex taqbeż 10 % tal-iskopertura totali tal-ammont nominali ta' bonds koperti pendenti tal-istituzzjoni ta' kreditu emittenti.

1b.   ▌Il-paragrafu 1a ma għandux japplika għall-użu ta' bonds koperti bħala kollateral eliġibbli kif permess skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva (UE) 2019/...+.

1c.  Għall-finijiet tal-punt (d)(i) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, il-limitu ta' 80 % għandu japplika fuq bażi ta' self self u għandu jiddetermina l-porzjon tas-self li jikkontribwixxi għall-kopertura ta' obbligazzjonijiet marbuta mal-bond kopert u applikabbli matul il-maturità kollha tas-self.

1d.  Għall-finijiet tal-punti (f)(i) u (g) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, il-limitu ta' 60 % jew 70 % għandu japplika fuq bażi ta' self self u għandu jiddetermina l-porzjon tas-self li jikkontribwixxi għall-kopertura ta' obbligazzjonijiet marbuta mal-bond kopert u għandu jkun applikabbli matul il-maturità kollha tas-self.";

"

(c)  il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"3. Fil-każ ta' proprjetà immobbli u bastimenti li jikkollateralizzaw bonds koperti li jikkonformaw ma' dan ir-Regolament, ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 208 għandhom jiġu ssodisfati. Ir-rekwiżiti għall-monitoraġġ tal-valuri tal-proprjetà stabbiliti fil-punt (a) tal-paragrafu 3 tal-Artikolu 208 għandhom jiġu ssodisfati fuq bażi frekwenti u tal-anqas darba kull sena għall-proprjetà immobbli u l-bastimenti kollha.";

"

(d)  jiddaħħlu l-paragrafi ▌li ġejjin:"

"3a. Minbarra li jkunu kollateralizzati mill-assi eliġibbli elenkati fil-paragrafu 1, bonds koperti għandhom ikunu suġġetti għal livell minimu ta' 5 % ta' sovrakollateralizzazzjoni kif iddefinit fl-Artikolu 3(12) tad-Direttiva (UE) 2019/...(22).

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, l-ammont nominali totali tal-assi ta' kopertura kollha għandu jkun mill-inqas tal-istess valur tal-ammont nominali totali ta' bonds koperti pendenti (il-"prinċipju nominali") u jikkonsisti f'assi eliġibbli kif stabbilit fil-paragrafu 1.

L-assi li jikkontribwixxu għal livell minimu ta' sovrakollateralizzazzjoni ma għandhomx ikunu suġġetti għal-limiti fuq id-daqs tal-iskopertura kif stipulat fil-paragrafu 1a u ma għandhomx jingħaddu f'dawn il-limiti.

L-Istati Membri jistgħu ▌japplikaw livell minimu iktar baxx għal sovrakollateralizzazzjoni għal bonds koperti jew jistgħu jawtorizzaw lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom jirregolaw tali livell, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet segwenti:

   (a) il-kalkolu ta' sovrakollateralizzazzjoni jkun ibbażat jew fuq approċċ formali li jqis ir-riskju sottostanti tal-assi jew fuq approċċ formali li fih il-valutazzjoni tal-assi tkun soġġetta għall-valur tas-self ipotekarju kif definit fl-Artikolu 4(1)(74);
   (b) li l-livell minimu ta' sovrakollateralizzazzjoni ma jistax ikun inqas minn 2 % abbażi tal-prinċipju nominali.

L-assi li jikkontribwixxu għal livell minimu ta' sovrakollateralizzazzjoni ma għandhomx ikunu suġġetti għal-limiti fuq id-daqs tal-iskopertura kif stipulat fil-paragrafu 1a u ma għandhomx jingħaddu f'dawn il-limiti.

3b.  Assi eliġibbli msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jiġu inklużi fl-aggregazzjoni ta' kopertura bħala assi ta' sostituzzjoni kif definiti fl-Artikolu 3(11) tad-Direttiva (UE) 2019/...(23) għall-assi primarji kif definit fl-Artikolu 3(10) ta' dik id-Direttiva, suġġetti għal-limiti fuq il-kwalità tal-kreditu u d-daqs tal-iskopertura kif stipulat fil-paragrafi 1 u 1a ta' dan l-Artikolu.";

"

(e)  il-paragrafi 6 u 7 huma sostitwiti b'dan li ġej:"

"6. Bonds koperti maħruġa qabel il-31 ta' Diċembru 2007 ma għandhomx ikunu suġġetti għar-rekwiżiti tal-paragrafi 1, 1a, 3, 3a u 3b. Għandhom ikunu eliġibbli għat-trattament preferenzjali skont il-paragrafi 4 u 5 sal-maturità tagħhom.

7.  Bonds koperti maħruġa qabel ... [OP jekk jogħġbok daħħal id-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament emendatorju] li jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament, fil-verżjoni applikabbli fid-data tal-ħruġ tagħhom, ma għandhomx ikunu suġġetti għar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 3a u 3b. Għandhom ikunu eliġibbli għat-trattament preferenzjali skont il-paragrafi 4 u 5 sal-maturità tagħhom."

"

(2)  fil-punt (a) tal-Artikolu 416(2), il-punt (ii) huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"(ii) huma bonds kif imsemmi fl-Artikolu 2 tad-Direttiva (EU) 2019/...(24) għajr dawk li hemm referenza għalihom fil-punt (i) ta' dan il-punt;";

"

(3)  fl-Artikolu 425, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"1. L-istituzzjonijiet għandhom jirrappurtaw il-flussi 'l ġewwa tal-likwidità tagħhom. Il-flussi 'l ġewwa b'limitu massimu tal-likwidità għandhom ikunu l-flussi 'l ġewwa tal-likwidità limitati għal 75 % tal-flussi 'l barra tal-likwidità. L-istituzzjonijiet jistgħu jeżentaw minn dan il-limitu flussi 'l ġewwa tal-likwidità minn depożiti li jkunu saru ma' istituzzjonijiet oħra u li jikkwalifikaw għat-trattamenti stabbiliti fl-Artikolu 113(6) jew (7). L-istituzzjonijiet jistgħu jeżentaw minn dan il-limitu flussi 'l ġewwa tal-likwidità minn flejjes dovuti minn mutwatarji jew investituri ta' bonds, relatati ma' self ipotekarju ffinanzjat minn bonds eliġibbli għat-trattament stabbilit fl-Artikolu 129(4), (5) jew (6) jew b'bonds koperti kif imsemmi fl-Artikolu 2 tad-Direttiva

(EU) 2019/...+. L-istituzzjonijiet jistgħu jeżentaw flussi 'l ġewwa minn self promozzjonali li l-istituzzjonijiet ikunu għaddew. Suġġett għall-approvazzjoni minn qabel tal-awtorità kompetenti responsabbli għas-superviżjoni fuq bażi individwali, l-istituzzjoni tista' teżenta parzjalment jew kompletament flussi 'l ġewwa meta l-fornitur ikun istituzzjoni prinċipali jew sussidjarja tal-istituzzjoni jew sussidjarja oħra tal-istess istituzzjoni prinċipali jew konness mal-istituzzjoni b'relazzjoni fis-sens tal-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 83/349/KEE.";

"

(4)  fil-punt (b) tal-Artikolu 427(1), il-punt (x) huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"(x) obbligazzjonijiet li jirriżultaw minn titoli maħruġa li jikkwalifikaw għat-trattament stipulat fl-Artikolu 129(4) jew (5) jew kif imsemmi fl-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2019/...(25);";

"

(5)  fil-punt (h) tal-Artikolu 428(1), il-punt (iii) huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"(iii) finanzjament (pass-through) minn bonds eliġibbli għat-trattament kif stipulat fl-Artikolu 129(4) jew (5) jew permezz ta' bonds kif imsemmi fl-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2019/...+;";

"

(6)  L-Artikolu 496 huwa mħassar;

(7)  fil-punt 6 tal-Anness III, il-punt (c) huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"(c) huma bonds koperti kif imsemmi fl-Artikolu 2 tad-Direttiva (EU) 2019/...(26) għajr dawk li hemm referenza għalihom fil-punt (b) ta' dan il-punt.".

"

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika minn ... [OP: jekk jogħġbok daħħal id-data stabbilita fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 32(1) tad-Direttiva (EU) 2019/...+]

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi ...,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

Or. en

(1)* IL-FINALIZZAZZJONI LEGALI-LINGWISTIKA TA' DAN IT-TEST GĦADHA MA SARITX.
(2)ĠU C 382, 23.10.2018, p. 2.
(3)ĠU C 367, 10.10.2018, p. 56.
(4) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta’ April 2019.
(5)Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).
(6)+ OP: Jekk jogħġbok daħħal in-numru tad-Direttiva (UE) 20xx/xx dwar il-ħruġ ta' bonds koperti u s-superviżjoni pubblika ta' bonds koperti u li temenda d-Direttiva 2009/65/KE u d-Direttiva 2014/59/UE u kkompleta n-nota f'qiegħ il-paġna 5.
(7) Id-Direttiva (UE) 2019/... dwar il-ħruġ ta' bonds koperti u s-superviżjoni pubblika ta' bonds koperti u li temenda d-Direttiva 2009/65/KE u d-Direttiva 2014/59/UE (ĠU L, ..., p. ...).
(8)L-opinjoni tal-Awtorità Bankarja Ewropea dwar it-trattament tal-kapital preferenzjali ta' bonds koperti, EBA/Op/2014/04.
(9)Ir-rakkomandazzjonijiet EU COM 1-A sa 1-D stabbiliti fl-Opinjoni EBA/Op/2014/04.
(10)+ OP: Jekk jogħġbok daħħal in-numru tad-Direttiva (UE) dwar il-ħruġ ta' bonds koperti u s-superviżjoni pubblika ta' bonds koperti u li temenda d-Direttiva 2009/65/KE u d-Direttiva 2014/59/UE.
(11)Ir-Rakkomandazzjoni EU COM 2 stabbilita fl-Opinjoni EBA/Op/2014/04.
(12)Ibid.
(13)+ OP: Jekk jogħġbok daħħal in-numru tad-Direttiva (UE) dwar il-ħruġ ta' bonds koperti u s-superviżjoni pubblika ta' bonds koperti u li temenda d-Direttiva 2009/65/KE u d-Direttiva 2014/59/UE.
(14)+ OP: Jekk jogħġbok daħħal in-numru tad-Direttiva (UE) dwar il-ħruġ ta' bonds koperti u s-superviżjoni pubblika ta' bonds koperti u li temenda d-Direttiva 2009/65/KE u d-Direttiva 2014/59/UE.
(15)+ OP: Jekk jogħġbok daħħal in-numru tad-Direttiva (UE) dwar il-ħruġ ta' bonds koperti u s-superviżjoni pubblika ta' bonds koperti u li temenda d-Direttiva 2009/65/KE u d-Direttiva 2014/59/UE.
(16)+ OP: Jekk jogħġbok daħħal in-numru tad-Direttiva (UE) dwar il-ħruġ ta' bonds koperti u s-superviżjoni pubblika ta' bonds koperti u li temenda d-Direttiva 2009/65/KE u d-Direttiva 2014/59/UE.
(17)+ OP: Jekk jogħġbok daħħal in-numru tad-Direttiva (UE) dwar il-ħruġ ta' bonds koperti u s-superviżjoni pubblika ta' bonds koperti u li temenda d-Direttiva 2009/65/KE u d-Direttiva 2014/59/UE.
(18)
(19)+ ĠU: Jekk jogħġbok daħħal referenza għad-Direttiva (UE) dwar il-ħruġ ta' bonds koperti u s-superviżjoni pubblika ta' bonds koperti u li temenda d-Direttiva 2009/65/KE u d-Direttiva 2014/59/UE]
(20)+ OP: Jekk jogħġbok daħħal in-numru tad-Direttiva (UE) dwar il-ħruġ ta' bonds koperti u s-superviżjoni pubblika ta' bonds koperti u li temenda d-Direttiva 2009/65/KE u d-Direttiva 2014/59/UE.
(21)+ OP: Jekk jogħġbok daħħal in-numru tad-Direttiva (UE) dwar il-ħruġ ta' bonds koperti u s-superviżjoni pubblika ta' bonds koperti u li temenda d-Direttiva 2009/65/KE u d-Direttiva 2014/59/UE.
(22)+ OP: Jekk jogħġbok daħħal in-numru tad-Direttiva (UE) dwar il-ħruġ ta' bonds koperti u s-superviżjoni pubblika ta' bonds koperti u li temenda d-Direttiva 2009/65/KE u d-Direttiva 2014/59/UE.
(23)+ OP: Jekk jogħġbok daħħal in-numru tad-Direttiva (UE) dwar il-ħruġ ta' bonds koperti u s-superviżjoni pubblika ta' bonds koperti u li temenda d-Direttiva 2009/65/KE u d-Direttiva 2014/59/UE.
(24)+ OP: Jekk jogħġbok daħħal in-numru tad-Direttiva (UE) dwar il-ħruġ ta' bonds koperti u s-superviżjoni pubblika ta' bonds koperti u li temenda d-Direttiva 2009/65/KE u d-Direttiva 2014/59/UE.
(25)+OP: Jekk jogħġbok daħħal in-numru tad-Direttiva (UE) dwar il-ħruġ ta' bonds koperti u s-superviżjoni pubblika ta' bonds koperti u li temenda d-Direttiva 2009/65/KE u d-Direttiva 2014/59/UE.
(26)+OP: Jekk jogħġbok daħħal in-numru tad-Direttiva (UE) dwar il-ħruġ ta' bonds koperti u s-superviżjoni pubblika ta' bonds koperti u li temenda d-Direttiva 2009/65/KE u d-Direttiva 2014/59/UE.

Aġġornata l-aħħar: 24 ta' April 2019Avviż legali