Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2018/0229(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0482/2018

Testi mressqa :

A8-0482/2018

Dibattiti :

PV 15/01/2019 - 16
CRE 15/01/2019 - 16
PV 17/04/2019 - 26
CRE 17/04/2019 - 26

Votazzjonijiet :

PV 16/01/2019 - 21.3
CRE 16/01/2019 - 21.3
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
PV 18/04/2019 - 10.13
CRE 18/04/2019 - 10.13

Testi adottati :

P8_TA(2019)0026
P8_TA(2019)0433

Testi adottati
PDF 511kWORD 143k
Il-Ħamis, 18 ta' April 2019 - Strasburgu Verżjoni finali
InvestEU ***I
P8_TA(2019)0433A8-0482/2018
Riżoluzzjoni
 Test konsolidat

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' April 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Programm InvestEU (COM(2018)0439 – C8-0257/2018 – 2018/0229(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0439),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 173 u t-tielet paragrafu tal-Artikolu 175 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0257/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-17 ta' Ottubru 2018(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-5 ta' Diċembru 2018(2),

–  wara li kkunsidra l-ittra mill-President tiegħu lill-presidenti tal-kumitati tal-25 ta’ Jannar 2019 li tispjega l-approċċ tal-Parlament għall-programmi settorjali tal-Qafas Finanzjarju Multiannwali (MFF) wara l-2020,

–  wara li kkunsidra l-ittra mill-Kunsill lill-President tal-Parlament Ewropew tal-1 ta’ April 2019 li tikkonferma l-ftehim komuni milħuq bejn il-koleġiżlaturi matul in-negozjati,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-deliberazzjonijiet konġunti tal-Kumitat għall-Baġits u l-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji skont l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits u l-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji kif ukoll l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (A8-0482/2018),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt(3);

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1) ĠU C 62, 15.2.2019, p. 131.
(2) ĠU C 86, 7.3.2019, p. 310.
(3) Din il-pożizzjoni tissostitwixxi l-emendi adottati fis-16 ta’ Jannar 2019 (Testi adottati, P8_TA(2019)0026).


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-18 ta' April 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Programm InvestEU
P8_TC1-COD(2018)0229

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 173 u t-tielet paragrafu tal-Artikolu 175 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni(2),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja(3),

Billi:

(1)  B'1,8 % tal-PDG tal-UE, jiġifieri perċentwal inqas mit-2,2 % tal-2009, l-attivitajiet ta' investiment fl-infrastruttura fl-Unjoni fl-2016 kienu madwar 20 % inqas mir-rati tal-investiment ta' qabel il-kriżi finanzjarja globali. Għalhekk, filwaqt li jista' jiġi osservat irkupru fil-proporzjonijiet ta' bejn l-investiment u l-PDG fl-Unjoni, dan għadu taħt dak li jista' jkun mistenni f'perjodu ta' rkupru qawwi u mhuwiex biżżejjed biex jikkumpensa għal snin ta' nuqqas ta' investiment. Aktar importanti minn hekk, il-livelli u t-tbassir attwali tal-investiment ma jkoprux il-ħtiġijiet ta' investiment strutturali tal-Unjoni għas-sostenn ta' tkabbir fit-tul quddiem il-bidla teknoloġika u l-kompetittività globali, inklużi l-innovazzjoni, il-ħiliet, l-infrastruttura, l-intrapriżi żgħar u medji (l-"SMEs") u l-ħtieġa li jiġu indirizzati sfidi soċjetali ewlenin bħas-sostenibbiltà jew it-tixjiħ demografiku. Għaldaqstant, huwa meħtieġ li jitkompla l-appoġġ biex jiġu indirizzati l-fallimenti tas-suq u s-sitwazzjonijiet ta' investiment subottimali biex titnaqqas id-diskrepanza fl-investiment f'setturi mmirati sabiex jinkisbu l-għanijiet tal-politika tal-Unjoni.

(2)  L-evalwazzjonijiet enfasizzaw li l-varjetà ta' strumenti finanzjarji mogħtija matul il-perjodu tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2014-2020 wasslet għal xi duplikazzjonijiet. Din il-varjetà pproduċiet ukoll kumplessità għall-intermedjarji u d-destinatarji finali li ġew iffaċċjati b'regoli ta' eliġibbiltà u rappurtar differenti. L-assenza ta' regoli kompatibbli xekklet ukoll il-kombinazzjoni ta' bosta fondi tal-Unjoni, għalkemm kombinazzjoni bħal din kienet tkun ta' benefiċċju għall-appoġġ ta' proġetti li kienu jeħtieġu tipi differenti ta' finanzjament. Għalhekk, jenħtieġ li jiġi stabbilit fond uniku, jiġifieri l-Fond InvestEU, li jibni wkoll fuq l-esperjenza mal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi stabbilit fl-ambitu tal-Pjan ta' Investiment għall-Ewropa sabiex jinkiseb appoġġ li jiffunzjona b'mod aktar effiċjenti għad-destinatarji finali billi l-offerta finanzjarja tiġi integrata u ssimplifikata taħt skema waħda ta' garanzija baġitarja, u b'hekk jittejjeb l-impatt tal-intervent tal-Unjoni filwaqt li titnaqqas l-ispiża għall-baġit tal-Unjoni.

(3)  Fl-aħħar snin, l-Unjoni adottat strateġiji ambizzjużi biex tlesti s-Suq Uniku u biex tistimula t-tkabbir u l-impjiegi sostenibbli u inklużivi, bħall-Istrateġija Ewropa 2020, l-Unjoni tas-Swieq Kapitali, l-Istrateġija għal Suq Uniku Diġitali, l-Aġenda Ewropea għall-Kultura, il-Pakkett Enerġija Nadifa għall-Ewropej kollha, il-Pjan ta' Azzjoni tal-UE għall-Ekonomija Ċirkolari, l-Istrateġija tal-Mobilità b'Emissjonijiet Baxxi, il-livell ta' ambizzjoni tal-UE rigward is-Sigurtà u d-Difiża ▌, l-Istrateġija dwar l-Ispazju għall-Ewropa u l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali. Il-Fond InvestEU jenħtieġ li jisfrutta u jsaħħaħ is-sinerġiji bejn dawn l-istrateġiji li jsaħħu lil xulxin permezz tal-għoti ta' appoġġ għall-investiment u l-aċċess għall-finanzjament.

(4)  Fil-livell tal-Unjoni, is-Semestru Ewropew tal-koordinazzjoni tal-politika ekonomika huwa l-qafas li jidentifika l-prijoritajiet nazzjonali ta' riforma u li jissorvelja l-implimentazzjoni tagħhom. L-Istati Membri, f'kooperazzjoni mal-awtoritajiet lokali u reġjonali, fejn xieraq, jiżviluppaw l-istrateġiji tal-investimenti pluriennali nazzjonali tagħhom stess ħalli jappoġġaw dawn il-prijoritajiet ta' riforma. L-istrateġiji jenħtieġ li jiġu ppreżentati flimkien mal-Programmi Nazzjonali ta' Riforma annwali bħala mod kif jiġu deskritti u kkoordinati proġetti prijoritarji ta' investiment li għandhom jiġu appoġġati minn fondi nazzjonali u/jew tal-Unjoni. Jenħtieġ li jservu wkoll biex il-fondi tal-Unjoni jintużaw b'mod koerenti u biex jiġi massimizzat il-valur miżjud tal-appoġġ finanzjarju li għandu jingħata, b'mod speċjali mill-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej, il-Funzjoni Ewropea ta' Stabbilizzazzjoni tal-Investiment u l-Fond InvestEU, fejn ikun rilevanti.

(5)  Il-Fond InvestEU jenħtieġ li jikkontribwixxi biex tittejjeb il-kompetittività u l-konverġenza soċjoekonomika tal-Unjoni, inkluża fil-qasam tal-innovazzjoni, ▌id-diġitalizzazzjoni, l-użu effiċjenti tar-riżorsi fil-kuntest ta' ekonomija ċirkolari, is-sostenibbiltà u l-inklużività tat-tkabbir ekonomiku tal-Unjoni u r-reżiljenza ▌u l-integrazzjoni tas-swieq kapitali tal-Unjoni, inklużi soluzzjonijiet li jindirizzaw il-frammentazzjoni tagħhom u d-diversifikazzjoni tas-sorsi ta' finanzjament għall-intrapriżi tal-Unjoni. Għal dan il-għan, il-Fond InvestEU jenħtieġ li jappoġġa proġetti teknikament u ekonomikament vijabbli billi jipprovdi qafas għall-użu ta' strumenti ta' dejn, ta' kondiviżjoni tar-riskju u ta' ekwità msejsa fuq garanzija mill-baġit tal-Unjoni u minn kontribuzzjonijiet finanzjarji minn sħab inkarigati mill-implimentazzjoni kif rilevanti. Dan jenħtieġ li jkun immexxi mid-domanda filwaqt li l-appoġġ permezz tal-Fond InvestEU fl-istess waqt jenħtieġ li jiffoka fuq l-għoti ta' benefiċċji strateġiċi fit-tul fl-oqsma ewlenin tal-politika tal-Unjoni li nkella ma jiġux iffinanzjati jew ma jkunux iffinanzjati biżżejjed u b'hekk jikkontribwixxi favur l-ilħiq tal-għanijiet tal-politika tal-Unjoni. L-appoġġ permezz ta' dan il-Fond jenħtieġ li jkopri firxa wiesgħa ta' setturi u reġjuni, filwaqt li jevita konċentrazzjoni ġeografika jew settorjali eċċessiva.

(5a)  Is-setturi kulturali u kreattivi huma fost l-aktar setturi reżiljenti u li jikbru malajr fl-Unjoni, filwaqt li jiġġeneraw valur kemm ekonomiku kif ukoll kulturali mill-proprjetà intellettwali u l-kreattività individwali. Madankollu, in-natura intanġibbli tal-assi tagħhom tillimita l-aċċess tagħhom għall-finanzjament privat, li huwa essenzjali sabiex jinvestu, jespandu u jikkompetu fil-livell internazzjonali. Il-Programm InvestEU jenħtieġ li jkompli jiffaċilita l-aċċess għall-finanzi għall-SMEs u l-organizzazzjonijiet mis-setturi kulturali u kreattivi.

(6)  Il-Fond InvestEU jenħtieġ li jappoġġa investimenti f'assi tanġibbli u intanġibbli, inkluż il-wirt kulturali, biex irawwem it-tkabbir, l-investiment u l-impjiegi sostenibbli u inklużivi, u b'hekk jikkontribwixxi għal titjib fil-benesseri u għal distribuzzjoni aktar ġusta tal-introjtu u għal aktar koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali fl-Unjoni. Jenħtieġ li l-proġetti ffinanzjati minn InvestEU jissodisfaw l-istandards ambjentali u soċjali tal-Unjoni, inklużi d-drittijiet tax-xogħol. L-intervent permezz tal-Fond InvestEU jenħtieġ li jikkomplementa l-appoġġ tal-Unjoni li jitwassal permezz ta' għotjiet.

(7)  L-Unjoni approvat l-għanijiet stabbiliti fl-Aġenda tan-Nazzjonijiet Uniti 2030 u fl-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tagħha u l-Ftehim ta' Pariġi fl-2015 kif ukoll il-Qafas ta' Sendai għat-Tnaqqis tar-Riskju ta' Diżastri 2015-2030. Biex jintlaħqu l-għanijiet miftiehma, inklużi dawk inkorporati fil-politiki ambjentali tal-Unjoni, l-azzjoni favur l-iżvilupp sostenibbli għandha tiżdied b'mod sinifikanti. Għalhekk, il-prinċipji tal-iżvilupp sostenibbli jenħtieġ li jkollhom rwol prominenti fit-tfassil tal-Fond InvestEU.

(8)  Il-Programm InvestEU jenħtieġ li jikkontribwixxi għall-bini ta' sistema ta' finanzjament sostenibbli fl-Unjoni li tappoġġa r-riorjentazzjoni tal-kapital privat lejn investimenti sostenibbli skont l-għanijiet stabbiliti fil-Pjan ta' Azzjoni tal-Kummissjoni għall-Finanzjament tat-Tkabbir Sostenibbli(4).

(9)  Filwaqt li jirrifletti l-importanza tal-indirizzar tat-tibdil fil-klima b'konformità mal-impenji tal-Unjoni rigward l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Pariġi u tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, il-Programm InvestEU se jikkontribwixxi għall-integrazzjoni ta' azzjonijiet klimatiċi ewlenin u għall-kisba ta' mira ġenerali fejn 25 % tal-infiq tal-baġit tal-UE jappoġġa għanijiet relatati mal-klima matul il-perjodu 2021-2027 tal-QFP u mira annwali ta' 30 % malajr kemm jista' jkun u sa mhux aktar tard mill-2027. Azzjonijiet fil-qafas tal-Programm InvestEU huma mistennija jikkontribwixxu mill-inqas 40 % tal-pakkett finanzjarju ġenerali tal-Programm InvestEU għall-għanijiet tal-klima. L-azzjonijiet rilevanti se jiġu identifikati matul it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-Programm InvestEU, u se jiġu vvalutati mill-ġdid fil-kuntest tal-evalwazzjonijiet u tal-proċessi ta' rieżami rilevanti.

(10)  Il-kontribut tal-Fond InvestEU għall-kisba tal-mira tal-klima se jiġi traċċat permezz ta' sistema tal-UE tal-intraċċar tal-klima żviluppata mill-Kummissjoni f'kooperazzjoni mas-sħab potenzjali inkarigati mill-implimentazzjoni, u bl-użu xieraq tal-kriterji stabbiliti bir-[Regolament dwar l-istabbiliment ta' qafas għall-iffaċilitar tal-investiment sostenibbli(5)] biex jiġi ddeterminat jekk attività ekonomika tkunx ambjentalment sostenibbli. Il-Programm InvestEU jenħtieġ li jikkontribwixxi wkoll għall-implimentazzjoni ta' dimensjonijiet oħra tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs).

(11)  Skont ir-Rapport dwar ir-Riskji Globali tal-2018 maħruġ mill-Forum Ekonomiku Dinji, nofs l-aktar għaxar riskji kritiċi li jheddu l-ekonomija globali huma relatati mal-ambjent. Dawn ir-riskji jinkludu t-tniġġis tal-arja, tal-ħamrija, tal-ilmijiet interni u tal-oċeani, l-avvenimenti klimatiċi estremi, it-telf tal-bijodiversità u l-fallimenti fil-mitigazzjoni u fl-adattament għat-tibdil fil-klima. Il-prinċipji ambjentali huma integrati bis-sħiħ fit-Trattati u f'ħafna mill-politiki tal-Unjoni. Għalhekk, l-integrazzjoni tal-għanijiet ambjentali jenħtieġ li tiġi promossa f'operazzjonijiet relatati mal-Fond InvestEU. Il-protezzjoni ambjentali u l-prevenzjoni u l-ġestjoni tar-riskji relatati jenħtieġ li jkunu integrati fit-tħejjija u fl-implimentazzjoni tal-investimenti. L-UE jenħtieġ ukoll li tintraċċa n-nefqa tagħha relatata mal-bijodiversità u t-tniġġis tal-arja relatati mal-kontroll tan-nefqa sabiex tissodisfa l-obbligi tar-rappurtar skont il-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika u d-Direttiva (UE) 2016/2284 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6). Investiment allokat għal għanijiet tas-sostenibbiltà ambjentali jenħtieġ għalhekk jiġi segwit permezz ta' metodoloġiji komuni koerenti ma' dik żviluppata fil-qafas ta' programmi oħra tal-Unjoni applikabbli għall-klima, il-bijodiversità u t-tniġġis tal-arja sabiex tkun possibbli l-valutazzjoni tal-impatt individwali u kkombinat tal-investimenti fuq komponenti ewlenin tal-kapital naturali, inklużi l-arja, l-ilma, l-art u l-bijodiversità.

(12)  Proġetti ta' investiment li jirċievu appoġġ sostanzjali mill-Unjoni, b'mod partikolari fil-qasam tal-infrastruttura, jenħtieġ li jkunu eżaminati mis-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni sabiex jiġi determinat jekk għandhomx impatt ambjentali, klimatiku jew soċjali, u jekk dan ikun minnu, jenħtieġ li jkunu soġġetti għall-verifika tas-sostenibbiltà skont il-linji gwida li jenħtieġ li jiġu żviluppati mill-Kummissjoni f'kooperazzjoni mill-qrib mas-sħab potenzjali inkarigati mill-implimentazzjoni fil-qafas tal-Programm InvestEU u, bl-użu b'mod xieraq tal-kriterji stabbiliti mir-[Regolament dwar l-istabbiliment ta' qafas li jiffaċilita l-investiment sostenibbli] sabiex jiġi determinat jekk attività ekonomika tkunx ambjentalment sostenibbli u koerenti mal-linji gwida żviluppati għal programmi oħra tal-Unjoni. F'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, din il-gwida jenħtieġ li tinkludi dispożizzjonijiet adegwati biex jiġi evitat piż amministrattiv mhux meħtieġ u proġetti taħt ċertu daqs kif definit fil-gwida jenħtieġ li jiġu esklużi mill-verifika tas-sostenibbiltà. Fejn is-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni jikkonkludi li ma għandha titwettaq l-ebda prova tas-sostenibbiltà, jenħtieġ li huwa jipprovdi ġustifikazzjoni lill-Kumitat tal-Investiment. Operazzjonijiet li ma jkunux konsistenti mal-kisba tal-għanijiet klimatiċi jenħtieġ li ma jkunux eliġibbli għall-appoġġ skont dan ir-Regolament.

(13)  Ir-rati baxxi ta' investiment fl-infrastruttura fl-Unjoni matul il-kriżi finanzjarja dgħajfu l-kapaċità tal-Unjoni li tagħti spinta lit-tkabbir sostenibbli, lill-kompetittività u lill-konverġenza. L-investimenti kbar fl-infrastruttura Ewropea, partikolarment fir-rigward tal-interkonnessjoni u l-effiċjenza enerġetika u biex tinħoloq Żona Unika Ewropea tat-Trasport, huma fundamentali biex jintlaħqu l-miri tas-sostenibbiltà tal-Unjoni, inklużi l-impenji tal-Unjoni fir-rigward tal-SDGs, u l-miri għall-enerġija u għall-klima tal-2030. Għaldaqstant, l-appoġġ mill-Fond InvestEU jenħtieġ li jkollu fil-mira tiegħu investimenti fit-trasport, fl-enerġija, inkluża l-effiċjenza enerġetika u l-enerġija rinnovabbli u sorsi ta' enerġija b'emissjonijiet baxxi, sikuri u sostenibbli, l-azzjoni ambjentali, l-azzjoni klimatika u l-infrastruttura marittima u diġitali. Jenħtieġ li l-Programm InvestEU jagħti prijorità lil oqsma li ma jsirx biżżejjed investiment fihom, u li huwa meħtieġ li jsir investiment addizzjonali fihom. Biex jiġu mmassimizzati l-impatt u l-valur miżjud tal-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni, huwa xieraq li jiġi promoss proċess tal-investiment simplifikat li jippermetti l-viżibbiltà tar-riżerva tal-proġetti u li jimmassimizza s-sinerġiji fost il-programmi rilevanti tal-Unjoni f'oqsma bħat-trasport, l-enerġija u d-diġitalizzazzjoni. B'kont meħud tat-theddid għas-sikurezza u s-sigurtà, proġetti ta' investiment li jirċievu l-appoġġ tal-Unjoni jenħtieġ li jinkludu r-reżiljenza tal-infrastruttura, inklużi l-manutenzjoni u s-sikurezza tal-infrastruttura, u jqisu l-prinċipji għall-ħarsien taċ-ċittadini fi spazji pubbliċi. Dan jenħtieġ li jkun komplementari għall-isforzi magħmula minn fondi oħra tal-Unjoni bħall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali li jipprovdi appoġġ għal komponenti ta' sigurtà ta' investimenti fl-ispazji pubbliċi, it-trasport, l-enerġija u infrastrutturi kritiċi oħra.

(13a)  Il-Programm InvestEU jenħtieġ li jikkontribwixxi, fejn xieraq, għall-għanijiet tad-[Direttiva riveduta dwar l-Enerġija Rinnovabbli] u tar-[Regolament dwar il-Governanza], kif ukoll jippromwovi l-effiċjenza fl-enerġija f'deċiżjonijiet ta' investiment.

(13b)   Il-multimodalità ġenwina hija opportunità biex jinħoloq netwerk tat-trasport effiċjenti u li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent, li juża l-potenzjal massimu tal-mezzi kollha tat-trasport u li jiġġenera sinerġija bejniethom. Il-Programm InvestEU jista' jappoġġa lill-investiment f'ċentri tat-trasport multimodali, li - minkejja l-argument favur il-vijabbiltà u l-potenzjal ekonomiku sinifikanti tagħhom - iġorru riskju sinifikanti għall-investituri privati. Il-Programm jista' jikkontribwixxi wkoll għall-iżvilupp u l-użu tas-Sistemi ta' Trasport Intelliġenti (ITS). Il-Programm InvestEU jenħtieġ li jgħin biex tingħata spinta lill-isforzi favur it-tfassil u l-applikazzjoni ta' teknoloġiji li jgħinu biex titjieb is-sikurezza tal-vetturi u tal-infrastruttura tat-toroq.

(13c)  Il-Programm InvestEU jenħtieġ li jikkontribwixxi għall-politiki tal-UE dwar l-ibħra u l-oċeani, permezz tal-iżvilupp ta' proġetti u intrapriżi fil-qasam tal-Ekonomija Blu, u l-Prinċipji ta' Finanzjament tiegħu. Dan jista' jinkludi interventi fil-qasam tal-intraprenditorija u l-industrija marittima, industrija marittima innovattiva u kompetittiva, kif ukoll enerġija marittima rinnovabbli u ekonomija ċirkolari.

(14)  Billi l-livell ta' investiment ġenerali fl-Unjoni qed jiżdied, l-investiment f'attivitajiet ta' riskju ogħla bħar-riċerka u l-innovazzjoni għadu mhuwiex adegwat. In-nuqqas ta' investiment li rriżulta fir-riċerka u fl-innovazzjoni qiegħed iġib ħsara fuq il-kompetittività industrijali u ekonomika tal-Unjoni u fuq il-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini tagħha. Il-Fond InvestEU jenħtieġ li jipprovdi l-prodotti finanzjarji xierqa biex ikopru l-istadji differenti fiċ-ċiklu tal-innovazzjoni u l-firxa wiesgħa ta' partijiet interessati, b'mod partikolari biex jippermetti t-tkabbir u l-użu ta' soluzzjonijiet fuq skala kummerċjali fl-Unjoni sabiex dawn is-soluzzjonijiet ikunu kompetittivi fis-swieq dinjija u jippromwovi l-eċċellenza tal-Unjoni fit-teknoloġiji sostenibbli fil-livell globali, f'sinerġija ma' Orizzont Ewropa, inkluż il-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni. F'dan ir-rigward, l-esperjenza li nkisbet mill-istrumenti finanzjarji użati taħt Orizzont 2020 bħal InnovFin, sabiex jiġi ffaċilitat u jitħaffef l-aċċess għal finanzjament għal negozji innovattivi, jenħtieġ li sservi bħala bażi b'saħħitha biex jingħata dan l-appoġġ immirat.

(14a)  It-turiżmu huwa qasam importanti fl-ekonomija tal-Unjoni u jenħtieġ li l-Programm InvestEU jikkontribwixxi biex isaħħaħ il-kompetittività fit-tul tiegħu billi jappoġġa operazzjonijiet li jippromwovu t-turiżmu sostenibbli, innovattiv u diġitali.

(15)  Jenħtieġ sforz sinifikanti biex isir investiment fit-trasformazzjoni diġitali, u tissaħħaħ, u biex jitqassmu l-benefiċċji tagħha maċ-ċittadini u n-negozji kollha tal-Unjoni. Il-qafas b'saħħtu ta' politika tal-Istrateġija għal Suq Uniku Diġitali llum jenħtieġ li jkun ibbilanċjat b'investiment ta' ambizzjoni komparabbli, inkluż fl-intelliġenza artifiċjali f'konformità mal-Programm Ewropa Diġitali.

(16)  ▌L-SMEs jirrappreżentaw aktar minn 99 % tan-negozji fl-Unjoni u l-valur ekonomiku tagħhom huwa sinifikanti u kruċjali ▌. Madankollu, huma jiffaċċjaw sfidi biex ikollhom aċċess għall-finanzi minħabba r-riskju għoli pperċepit tagħhom u minħabba li ma jkollhomx biżżejjed kapital ta' garanzija. Sfidi addizzjonali jirriżultaw mill-ħtieġa li tinżamm il-kompetittività tal-SMEs u tal-intrapriżi tal-ekonomija soċjali permezz tad-diġitalizzazzjoni, l-internazzjonalizzazzjoni, it-trasformazzjoni f'loġika tal-ekonomija ċirkolari u l-attivitajiet ta' innovazzjoni u t-titjib tal-ħiliet tal-forza tax-xogħol tagħhom. Minbarra dan, apparagun ma' intrapriżi akbar, dawn għandhom aċċess għal sett aktar limitat ta' sorsi ta' finanzjament: tipikament ma joħorġux bonds u jkollhom biss aċċess limitat għall-boroż jew għall-investituri istituzzjonali kbar. Soluzzjonijiet innovattivi bħall-akkwist ta' negozju jew parteċipazzjoni f'negozju mill-impjegati huma wkoll dejjem aktar komuni għall-SMEs u l-intrapriżi tal-ekonomija soċjali. L-isfida għall-aċċess għall-finanzjament hija saħansitra akbar għal dawk l-SMEs li l-attivitajiet tagħhom jiffokaw fuq assi intanġibbli. L-SMEs fl-Unjoni jiddependu ħafna mill-banek u mill-finanzjament b'dejn fil-forma ta' self kurrenti (overdrafts) bankarji, self bankarju jew kiri. Li l-SMEs li jiffaċċjaw l-isfidi msemmija hawn fuq billi jsir aktar faċli għalihom li jaċċessaw il-finanzjament u jiġu appoġġati u pprovduti b'sorsi ta' finanzjament aktar diversifikati huwa meħtieġ biex tiżdied il-kapaċità tal-SMEs biex jiffinanzjaw il-ħolqien, it-tkabbir, l-innovazzjoni u l-iżvilupp sostenibbli tagħhom, tiġi żgurata l-kompetittività tagħhom u biex jifilħu għat-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku, u biex l-ekonomija u s-sistema finanzjarja jsiru aktar reżiljenti matul perjodi ta' tnaqqis fir-ritmu jew ta' skossijiet fl-ekonomija u jkunu kapaċi joħolqu l-impjiegi u l-benesseri soċjali. Dan hu komplementari wkoll għall-inizjattivi li diġà ttieħdu fil-kuntest tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali. Il-Fond InvestEU għalhekk jenħtieġ li jibni fuq dawk il-programmi ta' suċċess bħal COSME u jipprovdi l-kapital operatorju u l-investiment tul iċ-ċiklu tal-ħajja ta' kumpanija, il-finanzjament għal tranżazzjonijiet ta' kiri u opportunità biex tinxteħet attenzjoni fuq prodotti finanzjarji speċifiċi u aktar immirati.

(17)  Kif stabbilit fid-dokument ta' riflessjoni dwar id-dimensjoni soċjali tal-Ewropa(7) u l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali(8) u l-qafas tal-Unjoni għall-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità, il-bini ta' Unjoni iktar inklużiva u aktar ġusta huwa prijorità ewlenija għall-Unjoni biex tindirizza l-inugwaljanza u trawwem politiki ta' inklużjoni soċjali fl-Ewropa. L-inugwaljanza tal-opportunitajiet taffettwa b'mod partikolari l-aċċess għall-edukazzjoni, it-taħriġ, il-kultura, l-impjiegi, is-saħħa u s-servizzi soċjali. L-investiment fl-ekonomija soċjali, tal-ħiliet u tal-kapital uman relatat kif ukoll fl-integrazzjoni ta' popolazzjonijiet vulnerabbli fis-soċjetà jista' jtejjeb l-opportunitajiet ekonomiċi, speċjalment jekk ikkoordinat fil-livell tal-Unjoni. Il-Fond InvestEU jenħtieġ li jintuża biex jappoġġa l-investiment fl-edukazzjoni u t-taħriġ, inklużi t-taħriġ mill-ġdid u t-titjib tal-ħiliet tal-ħaddiema, fost l-oħrajn f'reġjuni li jiddependu minn ekonomija b'użu intensiv tal-karbonju u affettwati mit-tranżizzjoni strutturali lejn ekonomija b'użu baxx tal-karbonju, jgħin fiż-żieda fl-impjieg, b'mod partikolari fost dawk bla sengħa u bla xogħol fit-tul, u fit-titjib tas-sitwazzjoni fir-rigward tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri, l-opportunitajiet indaqs, is-solidarjetà interġenerazzjonali, is-settur tas-saħħa u s-servizzi soċjali, l-akkomodazzjoni soċjali, in-nies mingħajr dar, l-inklużività diġitali, l-iżvilupp komunitarju, ir-rwol u l-post taż-żgħażagħ fis-soċjetà kif ukoll dak ta' persuni vulnerabbli, inklużi ċittadini ta' pajjiżi terzi. Il-Programm InvestEU jenħtieġ li jikkontribwixxi wkoll għall-appoġġ tal-kultura u l-kreattività Ewropea. Biex jiġu kkumpensati t-trasformazzjonijiet profondi tas-soċjetajiet fl-Unjoni u s-suq tax-xogħol matul id-deċennju li ġej, huwa meħtieġ li jsir investiment fil-kapital uman, fl-infrastruttura soċjali, fil-mikrofinanzi, il-finanzjament tal-intrapriżi etiċi u soċjali u mudelli tan-negozju ġodda tal-ekonomija soċjali, inkluż l-investiment tal-impatt soċjali u l-ikkuntrattar tal-eżiti soċjali. Il-Programm InvestEU jenħtieġ li jsaħħaħ l-ekosistema tal-ekonomija soċjali tas-suq naxxenti, u jżid il-provvista tal-finanzi u l-aċċess għall-finanzi għal mikrointrapriżi u intrapriżi soċjali u għal istituzzjonijiet ta' solidarjetà soċjali, biex tiġi ssodisfata d-domanda ta' dawk li l-aktar għandhom bżonnha. Ir-rapport tal-Grupp ta' Ħidma ta' Livell Għoli dwar l-Investiment fl-Infrastruttura Soċjali fl-Ewropa(9) identifika diskrepanza totali fl-investiment ta' mill-inqas EUR 1,5 triljun għall-perjodu bejn l-2018 u l-2030 fl-infrastruttura soċjali u fis-servizzi, inkluż f'dawk relatati mal-edukazzjoni, mat-taħriġ, mas-saħħa u mal-akkomodazzjoni, li jeħtieġu appoġġ, inkluż fil-livell tal-Unjoni. Għaldaqstant, l-isfruttar tal-poter kollettiv tal-kapital pubbliku, kummerċjali u filantropiku, kif ukoll l-appoġġ minn tipi alternattivi ta' fornituri finanzjarji bħal atturi etiċi, soċjali u sostenibbli, u mill-fondazzjonijiet jenħtieġ li jiġi utilizzat biex jappoġġa l-iżvilupp tal-katina tal-valur tas-suq soċjali u Unjoni aktar reżiljenti.

(18)  Il-Fond InvestEU jenħtieġ li jopera taħt erba' sezzjonijiet ta' politika, li jirriflettu l-prijoritajiet ewlenin tal-politika tal-Unjoni, jiġifieri l-infrastruttura sostenibbli: ir-riċerka, l-innovazzjoni u d-diġitalizzazzjoni; l-SMEs; u l-investiment soċjali u l-ħiliet.

(18a)  Filwaqt li s-sezzjoni tal-SMEs jenħtieġ li tiffoka primarjament fuq il-benefiċċju tal-SMEs, il-kumpaniji żgħar b'kapitalizzazzjoni medja huma eliġibbli wkoll fl-ambitu ta' din is-sezzjoni. Il-kumpaniji b'kapitalizzazzjoni medja jenħtieġ li jkunu eliġibbli għall-appoġġ taħt it-tliet sezzjonijiet l-oħra.

(19)  Kull sezzjoni ta' politika jenħtieġ li tkun magħmula minn żewġ kompartimenti, jiġifieri kompartiment tal-UE u kompartiment tal-Istati Membri. Il-kompartiment tal-UE jenħtieġ li jindirizza fallimenti tas-suq jew sitwazzjonijiet ta' investiment subottimali madwar l-Unjoni kollha jew speċifiċi għall-Istati Membri b'mod proporzjonat; l-azzjonijiet appoġġati jenħtieġ li jkollhom valur miżjud Ewropew ċar. Il-kompartiment tal-Istati Membri jenħtieġ li jagħti lill-Istati Membri kif ukoll lill-awtoritajiet reġjonali permezz tal-Istati Membri tagħhom il-possibilità li jikkontribwixxu sehem mir-riżorsi tagħhom tal-Fondi b'ġestjoni kondiviża għall-proviżjonament tal-garanzija tal-UE sabiex il-garanzija tal-UE tintuża għal finanzjamenti jew għal operazzjonijiet ta' investiment li jindirizzaw fallimenti speċifiċi tas-suq jew sitwazzjonijiet ta' investiment subottimali fit-territorju tagħhom stess, kif stabbilit fil-ftehim ta' kontribuzzjoni, inkluż f'żoni vulnerabbli u remoti bħall-aktar reġjuni mbiegħda tal-Unjoni sabiex jitwettqu l-għanijiet tal-Fond b'ġestjoni kondiviża. Azzjonijiet appoġġati mill-Fond InvestEU permezz tal-kompartiment tal-UE jew dak tal-Istat Membru jenħtieġ li ma jiddupplikawx u ma jeskludux il-finanzjament privat u ma jfixklux il-kompetizzjoni fis-suq intern.

(20)  Il-kompartiment tal-Istat Membru jenħtieġ li jkun imfassal speċifikament sabiex jippermetti l-użu ta' fondi b'ġestjoni kondiviża għall-proviżjonament ta' garanzija maħruġa mill-Unjoni. Din il-possibbiltà tkun iżżid il-valur miżjud tal-garanzija baġitarja sostnuta mill-Unjoni billi tipprovdiha għal firxa usa' ta' destinatarji u proġetti finali u tiddiversifika l-mezzi biex jintlaħqu l-għanijiet tal-fondi b'ġestjoni kondiviża, filwaqt li tiżgura ġestjoni konsistenti tar-riskju tar-responsabbiltajiet kontinġenti billi timplimenta l-garanzija mogħtija mill-Kummissjoni b'ġestjoni indiretta. L-Unjoni jenħtieġ li tiggarantixxi l-operazzjonijiet ta' finanzjament u ta' investiment previsti mill-ftehim(iet) ta' garanzija konklużi bejn il-Kummissjoni u l-partijiet inkarigati mill-implimentazzjoni fil-kompartiment tal-Istat Membru, il-Fondi b'ġestjoni kondiviża jenħtieġ li jipprovdu l-proviżjonament tal-garanzija, abbażi ta' rata ta' proviżjonament determinata mill-Kummissjoni u stabbilita fil-ftehim ta' kontribuzzjoni ffirmat mal-Istat Membru fid-dawl tan-natura tal-operazzjonijiet u tat-telf mistenni riżultanti, u l-Istat Membru jġorr it-telf li jkun ogħla mit-telf mistenni billi joħroġ garanzija dahar ma' dahar favur l-Unjoni. Dawn l-arranġamenti jenħtieġ li jiġu konklużi fi ftehim ta' kontribuzzjoni waħdieni ma' kull Stat Membru li jagħżel din l-għażla b'mod volontarju. Il-ftehim ta' kontribuzzjoni jenħtieġ li jinkludi ftehim ta' garanzija speċifiku wieħed (jew aktar) li jkun se jiġi implimentat fl-Istat Membru kkonċernat, kif ukoll kwalunkwe delimitazzjoni reġjonali, abbażi tar-regoli tal-Fond InvestEU. L-iffissar tar-rata ta' proviżjonament fuq bażi ta' każ b'każ jirrikjedi deroga mill-[Artikolu 211(1)] tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046(10) (ir-"Regolament Finanzjarju"). Dan id-disinn jipprovdi wkoll sett uniku ta' regoli għal garanziji baġitarji appoġġati minn fondi ġestiti b'mod ċentrali jew minn fondi b'ġestjoni kondiviża, u dan għandu jiffaċilita l-kombinazzjoni tagħhom.

(20a)  Jenħtieġ li sħubija bejn il-Kummissjoni u l-Grupp tal-BEI tiġi stabbilita billi wieħed jibbaża fuq il-punti b'saħħithom relattivi ta' kull sieħeb sabiex jiġu żgurati l-impatt massimu fuq il-politika, l-effiċjenza fl-użu, is-sorveljanza baġitarja u tal-ġestjoni tar-riskju xierqa u jenħtieġ li tappoġġa aċċess dirett effettiv u inklużiv.

(20b)  Jenħtieġ li l-Kummissjoni tfittex il-fehmiet ta' sħab potenzjali oħra inkarigati mill-implimentazzjoni flimkien mal-Grupp tal-BEI dwar linji gwida għall-investiment, monitoraġġ tal-klima u dokumenti ta' gwida dwar is-sostenibbiltà u metodoloġiji komuni, kif xieraq, bl-għan li tiżgura l-inklużività u l-operattività, sa ma jiġu stabbiliti l-korpi ta' governanza, fejn imbagħad is-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni jenħtieġ li jiġu involuti fil-qafas tal-bord konsultattiv u tal-bord ta' tmexxija.

(21)  Il-Fond InvestEU jenħtieġ li jkun miftuħ għal kontribuzzjonijiet minn pajjiżi terzi li huma membri tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles, għal pajjiżi aderenti, għal kandidati u kandidati potenzjali, għal pajjiżi koperti mill-politika tal-Viċinat u għal pajjiżi oħra, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti bejn Unjoni u dawk il-pajjiżi. Dan mistenni li jippermetti li titkompla l-kooperazzjoni mal-pajjiżi rilevanti, fejn ikun xieraq, b'mod partikolari fl-oqsma tar-riċerka u l-innovazzjoni, kif ukoll l-SMEs.

(22)  Dan ir-Regolament jistabbilixxi pakkett finanzjarju għall-miżuri tal-Programm Invest UE li ma jaqgħux taħt il-proviżjonament tal-garanzija tal-UE, li għandha tikkostitwixxi l-ammont ta' referenza primarju, fis-sens tal-[ir-referenza għandha tiġi aġġornata kif xieraq f'konformità mal-ftehim interistituzzjonali l-ġdid: il-punt 17 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba(11)], għall-Parlament Ewropew u l-Kunsill matul il-proċedura baġitarja annwali.

(23)  Il-garanzija tal-UE ta' EUR 40 817 500 000 (fi prezzijiet kurrenti) fil-livell tal-Unjoni hija mistennija li timmobilizza aktar minn EUR 698 194 079 000 f'investiment addizzjonali madwar l-Unjoni u jenħtieġ li tiġi allokata ▌ bejn is-sezzjonijiet ta' politika.

(23a)   Fi [data], il-Kummissjoni ddikjarat li, "[m]ingħajr preġudizzju għall-prerogattivi tal-Kunsill fl-implimentazzjoni tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir, kontribuzzjonijiet ta' darba mill-Istati Membri, jew minn Stat Membru jew minn banek promozzjonali nazzjonali klassifikati fis-settur pubbliku ġenerali jew li jaġixxu f'isem Stat Membru, fi pjattaformi ta' investiment, tematiċi jew multinazzjonali għandhom jikkwalifikaw bħala miżuri ta' darba, fis-sens tal-Artikolu 5(1) u 9(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97 u tal-Artikolu 3(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/97. Barra minn hekk, mingħajr preġudizzju għall-prerogattivi tal-Kunsill fl-implimentazzjoni tal-PST, il-Kummissjoni se tikkunsidra sa liema punt l-istess trattament bħall-FEIS, fil-kuntest tal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-flessibbiltà, jista' jiġi applikat għal InvestEU bħala l-istrument suċċessur għall-FEIS fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet ta' darba mill-Istati Membri fi flus biex jiġi ffinanzjat ammont addizzjonali tal-garanzija tal-UE għall-finijiet tal-kompartiment tal-Istat Membru.".

(24)  Il-garanzija tal-UE li ssejjes il-Fond InvestEU jenħtieġ li tiġi implimentata indirettament mill-Kummissjoni fejn din tistrieħ fuq is-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni li jkollhom aċċess għall-intermedjarji finali, fejn applikabbli, u għad-destinatarji finali. L-għażla tas-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni jenħtieġ li tkun trasparenti u ħielsa minn kwalunkwe kunflitt ta' interess. Ftehim ta' garanzija li jalloka l-kapaċità ta' garanzija mill-Fond InvestEU jenħtieġ li jiġi konkluż mill-Kummissjoni ma' kull sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni, biex jappoġġa l-operazzjonijiet ta' finanzjament u ta' investiment tiegħu li jilħqu l-għanijiet tal-Fond InvestEU u l-kriterji tal-eliġibbiltà. Il-ġestjoni tar-riskju tal-garanzija jenħtieġ li ma tfixkilx l-aċċess dirett għall-garanzija mis-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni. Ladarba tingħata l-garanzija taħt il-kompartiment tal-UE lis-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni, dawn jenħtieġ li jkunu kompletament responsabbli għall-proċess ta' investiment kollu u għad-diliġenza dovuta tal-operazzjonijiet ta' finanzjament jew investiment. Il-Fond InvestEU jenħtieġ li jappoġġa proġetti li tipikament ikollhom profil ta' riskju ogħla mill-proġetti appoġġati minn operazzjonijiet normali tas-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni u li ma setgħux jitwettqu matul il-perjodu li fih tista' tintuża l-garanzija tal-UE, jew mhux fl-istess miżura, minn sorsi pubbliċi jew privati oħra mingħajr l-appoġġ tal-Fond InvestEU.

(24a)  Il-Fond InvestEU jenħtieġ li jingħata struttura ta' governanza li l-funzjoni tagħha jenħtieġ li tkun konformi mal-iskop uniku tagħha li tiżgura l-użu xieraq tal-garanzija tal-UE, filwaqt li tiġi żgurata l-indipendenza politika tad-deċiżjonijiet ta' investiment. Dik l-istruttura ta' governanza jenħtieġ li tkun magħmula minn bord konsultattiv, minn bord ta' tmexxija u minn Kumitat tal-Investiment kompletament indipendenti. Il-kompożizzjoni ġenerali tal-istruttura ta' governanza jenħtieġ li tistinka biex tikseb bilanċ bejn is-sessi. L-istruttura ta' governanza jenħtieġ li ma taffettwax jew ma tinterferixxix fit-teħid ta' deċiżjonijiet tal-Grupp tal-BEI jew ta' sħab oħra inkarigati mill-implimentazzjoni, jew li tkun sostitut għall-korpi governattivi rispettivi tagħhom.

(25)  Jenħtieġ li jiġi stabbilit Bord Konsultattiv li jikkonsisti f'rappreżentanti tas-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni u f'rappreżentanti tal-Istati Membri, f'espert wieħed maħtur mill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u f'espert maħtur mill-Kumitat tar-Reġjuni sabiex jiskambja informazzjoni u għal skambji dwar l-adozzjoni tal-prodotti finanzjarji użati taħt il-Fond InvestEU u biex jiddiskuti dwar il-ħtiġijiet li qed jevolvu u prodotti ġodda, inklużi lakuni fis-suq speċifiċi territorjali.

(25a)  Jenħtieġ li Bord ta' Tmexxija magħmul minn rappreżentanti tal-Kummissjoni, minn sħab inkarigati mill-implimentazzjoni u minn espert wieħed li ma jivvutax, u li jkun maħtur mill-Parlament Ewropew, jiddetermina l-gwida strateġika u operattiva għall-InvestEU.

(26)  Il-Kummissjoni jenħtieġ li tivvaluta l-kompatibbiltà mal-liġi u l-politiki tal-Unjoni tal-operazzjonijiet ta' investiment u ta' finanzjament preżentati mis-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni filwaqt li d-deċiżjonijiet dwar l-operazzjonijiet ta' finanzjament u investiment jenħtieġ li, fl-aħħar mill-aħħar, jittieħdu minn sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni.

(27)  Jenħtieġ li segretarjat indipendenti ospitat mill-Kummissjoni u li jagħti rendikont lill-President tal-Kumitat tal-Investiment jassisti lill-Kumitat tal-Investiment.

(28)  Kumitat tal-Investiment magħmul minn esperti indipendenti jenħtieġ li jiddeċiedi jekk jagħtix jew le l-appoġġ mill-garanzija tal-UE għal operazzjonijiet ta' finanzjament u ta' investiment li jissodisfaw il-kriterji tal-eliġibbiltà, u b'hekk jipprovdi kompetenza esterna f'valutazzjonijiet ta' investiment konnessi ma' proġetti. Il-Kumitat tal-Investiment jenħtieġ li jkollu konfigurazzjonijiet differenti biex ikopri bl-aħjar mod oqsma u setturi ta' politika differenti.

(29)  Fl-għażla tas-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni għall-iskjerament tal-Fond InvestEU, il-Kummissjoni jenħtieġ li tqis il-kapaċità tal-kontroparti li tissodisfa l-għanijiet tal-Fond InvestEU u tikkontribwixxi r-riżorsi proprji tagħha, sabiex tiżgura kopertura u diversifikazzjoni ġeografika, tħeġġeġ investituri privati u tipprovdi diversifikazzjoni suffiċjenti tar-riskji kif ukoll soluzzjonijiet ▌li jindirizzaw il-fallimenti tas-suq u s-sitwazzjonijiet ta' investiment subottimali. Minħabba r-rwol tiegħu skont it-Trattati, il-kapaċità tiegħu li jopera fl-Istati Membri kollha u l-esperjenza eżistenti taħt l-istrumenti finanzjarji attwali u l-FEIS, il-Grupp tal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) jenħtieġ li jibqa' sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni privileġġjat taħt il-kompartiment tal-UE tal-Fond InvestEU. Minbarra l-Grupp tal-BEI, il-banek jew l-istituzzjonijiet promozzjonali nazzjonali jenħtieġ li jkunu jistgħu joffru firxa ta' prodotti finanzjarji komplementari, billi l-esperjenza u l-kapaċitajiet tagħhom fil-livell nazzjonali u reġjonali jistgħu jkunu ta' benefiċċju għall-massimizzazzjoni tal-impatt tal-fondi pubbliċi fit-territorju kollu tal-Unjoni, u jiżguraw bilanċ ġeografiku ġust tal-proġetti. Jenħtieġ li l-Programm InvestEU jiġi implimentat b'tali mod li jippromwovi kundizzjonijiet ekwi għal banek jew istituzzjonijiet promozzjonali iżgħar fid-daqs u fiż-żmien. Barra minn hekk, jenħtieġ li jkun possibbli li jkun hemm istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali oħra bħala sħab inkarigati mill-implimentazzjoni, b'mod partikolari meta jippreżentaw vantaġġ komparattiv f'termini ta' kompetenza u ta' esperjenza speċifika f'ċerti Stati Membri u meta jippreżentaw maġġoranza tal-UE tal-parteċipazzjoni azzjonarja. Jenħtieġ li jkun ukoll possibbli għal entitajiet oħra li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju sabiex jaġixxu bħala sħab inkarigati mill-implimentazzjoni.

(30)  Bl-għan li tiġi promossa diversifikazzjoni ġeografika mtejba, jistgħu jiġu stabbiliti pjattaformi ta' investiment, li jikkombinaw l-isforzi u l-għarfien espert tas-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni ma' banek promozzjonali nazzjonali oħra b'esperjenza limitata fl-użu tal-istrumenti finanzjarji. Tali strutturi jenħtieġ li jiġu mħeġġa, inkluż bl-appoġġ disponibbli miċ-Ċentru tal-Konsulenza tal-InvestEU. Huwa xieraq li jinġabru flimkien il-koinvestituri, l-awtoritajiet pubbliċi, l-esperti, l-edukazzjoni, it-taħriġ u l-istituzzjonijiet ta' riċerka, is-sħab soċjali rilevanti u r-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili u atturi rilevanti oħra fil-livelli tal-Unjoni, nazzjonali u reġjonali biex jippromwovu l-użu ta' pjattaformi ta' investiment fis-setturi rilevanti.

(31)  Il-garanzija tal-UE fil-kompartiment tal-Istat Membru jenħtieġ li tiġi allokata lil kwalunkwe sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni eliġibbli skont l-Artikolu 62(1)(c) tar-Regolament Finanzjarju, inklużi banek jew istituzzjonijiet promozzjonali nazzjonali jew reġjonali, il-BEI, il-Fond Ewropew tal-Investiment u istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali oħrajn. Meta tagħżel sħab inkarigati mill-implimentazzjoni taħt il-kompartiment tal-Istat Membru, il-Kummissjoni jenħtieġ li tqis il-proposti magħmula minn kull Stat Membru, kif rifless fil-ftehim ta' kontribuzzjoni. Skont l-Artikolu 154 tar-Regolament Finanzjarju, il-Kummissjoni jeħtiġilha twettaq valutazzjoni tar-regoli u l-proċeduri tas-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni sabiex tiżgura li dan ikun qed jipprovdi livell ta' protezzjoni għall-interess finanzjarju tal-Unjoni li jkun ekwivalenti għal dak provdut mill-Kummissjoni.

(32)  L-operazzjonijiet ta' finanzjament u ta' investiment fl-aħħar mill-aħħar jenħtieġ li jiġu deċiżi minn sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni f'ismu stess, u għandhom jiġu implimentati skont ir-regoli, il-politiki u l-proċeduri interni tiegħu u kontabilizzati fir-rapporti finanzjarji tiegħu stess jew, fejn xieraq, żvelati fin-noti tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji. Għalhekk il-Kummissjoni jenħtieġ li tikkontribwixxi esklużivament għal kwalunkwe obbligazzjoni finanzjarja li tirriżulta mill-garanzija tal-UE u tiżvela l-ammont massimu ta' garanzija, inkluża l-informazzjoni rilevanti kollha dwar il-garanzija provduta.

(33)  Il-Fond InvestEU jenħtieġ li, fejn xieraq, jippermetti taħlita bla xkiel, uniformi u effiċjenti ta' għotjiet u/jew strumenti finanzjarji, iffinanzjati mill-baġit tal-Unjoni jew minn fondi oħra, bħall-Fond ta' Innovazzjoni tas-Sistema tan-Negozjar tal-Emissjonijiet tal-UE (ETS) b'dik il-garanzija f'sitwazzjonijiet fejn dan ikun neċessarju biex jiġu sostnuti l-aħjar l-investimenti li jistgħu jindirizzaw fallimenti tas-suq jew sitwazzjonijiet ta' investiment subottimali.

(34)  Proġetti ppreżentati minn sħab inkarigati mill-implimentazzjoni għal appoġġ fil-qafas tal-Programm InvestEU li jinkludu taħlit ma' appoġġ minn programmi oħra tal-Unjoni, jenħtieġ li b'mod ġenerali jkunu wkoll konsistenti mal-għanijiet u l-kriterji ta' eliġibbiltà li jinsabu fir-regoli tal-programmi rilevanti tal-Unjoni. L-użu tal-garanzija tal-UE jenħtieġ li jkun deċiż skont ir-regoli tal-Programm InvestEU.

(35)  Iċ-Ċentru tal-Konsulenza tal-InvestEU jenħtieġ li jappoġġa l-iżvilupp ta' riżerva b'saħħitha ta' proġetti ta' investiment f'kull sezzjoni ta' politika permezz ta' inizjattivi konsultattivi li għandhom jiġu implimentati mill-Grupp tal-BEI, minn sħab konsultattivi oħra jew direttament mill-Kummissjoni. Iċ-Ċentru tal-Konsulenza tal-InvestEU jenħtieġ li jippromwovi d-diversifikazzjoni ġeografika bl-għan li jingħata kontribut għall-għanijiet ta' koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali tal-Unjoni u jitnaqqsu d-differenzi reġjonali. Iċ-Ċentru tal-Konsulenza tal-InvestEU jenħtieġ li jagħti attenzjoni partikolari lill-aggregazzjoni tal-proġetti żgħar u li dawn jiġu raggruppati f'portafolji akbar. Il-Kummissjoni, il-Grupp tal-BEI u s-sħab konsultattivi l-oħra jenħtieġ li jikkooperaw mill-qrib bl-għan li jiżguraw l-effiċjenza, is-sinerġiji u l-kopertura ġeografika effettiva tal-appoġġ madwar l-Unjoni, filwaqt li jqisu l-għarfien espert u l-kapaċità lokali tas-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni kif ukoll iċ-Ċentru Ewropew ta' Konsulenza għall-Investimenti. Barra minn hekk, jenħtieġ li ▌ċ-Ċentru tal-Konsulenza tal-InvestEU jipprovdi punt tad-dħul ċentrali lill-awtoritajiet u l-promoturi tal-proġetti fir-rigward tal-għajnuna għall-iżvilupp ta' proġetti li jsiru fl-ambitu taċ-Ċentru tal-Konsulenza tal-InvestEU.

(35a)  Jenħtieġ li ċ-Ċentru tal-Konsulenza tal-InvestEU jiġi stabbilit mill-Kummissjoni mal-Grupp tal-BEI bħala s-sieħeb ewlieni, billi jibnu b'mod partikolari fuq l-esperjenza miksuba taħt iċ-Ċentru Ewropew ta' Konsulenza għall-Investimenti. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tkun responsabbli għat-tmexxija politika taċ-Ċentru tal-Konsulenza tal-InvestEU u għall-ġestjoni tal-punt tad-dħul ċentrali. Il-Grupp tal-BEI jenħtieġ li jimplimenta inizjattivi konsultattivi skont is-sezzjonijiet ta' politika. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-Grupp tal-BEI jipprovdi servizzi operattivi lill-Kummissjoni, inkluż billi jipprovdi input għal-linji gwida strateġiċi u ta' politika, l-immappjar ta' inizjattivi konsultattivi eżistenti u emerġenti, il-valutazzjoni tal-ħtiġijiet konsultattivi u l-għoti ta' pariri lill-Kummissjoni dwar l-aħjar modi biex jiġu indirizzati dawn il-ħtiġijiet permezz ta' inizjattivi konsultattivi eżistenti jew ġodda.

(36)  Sabiex tiġi żgurata firxa ġeografika wiesgħa tas-servizzi ta' konsulenza madwar l-Unjoni u biex jiġi sfruttat b'suċċess l-għarfien lokali dwar il-Fond InvestEU, jenħtieġ li tiġi żgurata preżenza lokali tal-Konsulenza tal-InvestEU, fejn tkun meħtieġa, filwaqt li jitqiesu l-iskemi ta' appoġġ eżistenti u l-preżenza tas-sħab lokali, bl-għan li tiġi pprovduta assistenza tanġibbli, proattiva u mfassla apposta fil-post. Sabiex jiġi ffaċilitat l-għoti ta' appoġġ konsultattiv fil-livell lokali u biex jiġu żgurati effiċjenza, sinerġiji u kopertura ġeografika effettiva tal-appoġġ fl-Unjoni, iċ-Ċentru tal-Konsulenza tal-InvestEU jenħtieġ li jikkoopera ma' banek jew istituzzjonijiet promozzjonali nazzjonali, kif ukoll jibbenefika u jagħmel użu mill-għarfien espert tagħhom.

(36a)  Iċ-Ċentru tal-Konsulenza tal-InvestEU jenħtieġ li jipprovdi appoġġ konsultattiv lil proġetti ta' daqs żgħir u lil proġetti għal negozji ġodda, speċjalment meta n-negozji ġodda jfittxu li jipproteġu r-riċerka u l-investimenti ta' innovazzjoni tagħhom billi jiksbu titli ta' proprjetà intellettwali (PI), bħal privattivi filwaqt li jqis l-eżistenza tas-sinerġiji, u jfittixhom, ma' servizzi oħrajn li huma kapaċi jkopru dawn l-azzjonijiet.

(37)  Fil-kuntest tal-Fond InvestEU, hemm il-ħtieġa li jingħata appoġġ lill-iżvilupp tal-proġetti u lill-bini tal-kapaċità sabiex jiġu żviluppati l-kapaċitajiet organizzazzjonali u l-attivitajiet ta' żvilupp tas-suq meħtieġa biex jiġu oriġinati proġetti ta' kwalità. Minbarra dan, l-għan huwa li jinħolqu l-kundizzjonijiet għall-espansjoni tal-għadd potenzjali ta' destinatarji eliġibbli f'segmenti kummerċjali emerġenti, b'mod partikolari meta d-daqs żgħir ta' proġetti individwali jgħolli b'mod konsiderevoli l-ispiża tat-tranżazzjoni fil-livell tal-proġett, bħall-każ tal-ekosistema tal-finanzi soċjali, inklużi l-organizzazzjonijiet filantropiċi u s-setturi kulturali u kreattivi. L-appoġġ għall-bini tal-kapaċità ▌jenħtieġ li jkun komplementari u addizzjonali għall-azzjonijiet imwettqa skont programmi oħra tal-Unjoni li jkopru qasam ta' politika speċifiku. Jenħtieġ li jsir sforz ukoll biex jappoġġa l-bini tal-kapaċità ta' promoturi ta' proġetti potenzjali, b'mod partikolari organizzazzjonijiet u awtoritajiet lokali.

(38)  Il-portal InvestEU jenħtieġ li jkun stabbilit sabiex jipprevedi bażi ta' data tal-proġetti aċċessibbli faċilment u faċli għall-utent biex jippromwovi l-viżibbiltà ta' proġetti ta' investiment li jkunu qed ifittxu finanzjament b'enfasi akbar fuq il-forniment ta' riżerva possibbli ta' proġetti ta' investiment, kompatibbli mal-leġiżlazzjoni u mal-politiki tal-Unjoni, lis-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni.

(39)  Skont il-paragrafi 22 u 23 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016(12), hemm ħtieġa għal evalwazzjoni tal-Programm InvestEU abbażi tal-informazzjoni miġbura permezz ta' rekwiżiti ta' monitoraġġ speċifiċi, filwaqt li jiġu evitati r-regolamentazzjoni żejda u l-piżijiet amministrattivi, b'mod partikolari fuq l-Istati Membri. Dawn ir-rekwiżiti, fejn xieraq, jistgħu jinkludu indikaturi li jistgħu jitkejlu, bħala bażi għall-evalwazzjoni tal-effetti tal-Programm InvestEU fil-prattika.

(40)  Jenħtieġ li jiġi implimentat qafas sod ta' monitoraġġ li jkun ibbażat fuq il-produzzjoni, l-eżiti u l-indikaturi tal-impatt biex jissorvelja l-progress lejn l-għanijiet tal-Unjoni. Sabiex tiġi żgurata r-responsabbiltà lejn iċ-ċittadini Ewropej, il-Kummissjoni jenħtieġ li tirrapporta kull sena għand il-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar il-progress, l-impatt u l-operazzjonijiet tal-Programm InvestEU.

(41)  Ir-regoli finanzjarji orizzontali adottati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill abbażi tal-Artikolu 322 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea japplikaw għal dan ir-Regolament. Dawn ir-regoli huma stipulati fir-Regolament Finanzjarju u b'mod partikolari jiddeterminaw il-proċedura għall-iffissar u l-implimentazzjoni tal-baġit permezz ta' għotjiet, akkwist, premji u implimentazzjoni indiretta, filwaqt li jipprevedu t-twettiq ta' verifiki rigward ir-responsabbiltà tal-atturi finanzjarji. Ir-regoli adottati abbażi tal-Artikolu 322 tat-TFUE jikkonċernaw ukoll il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni f'każ ta' nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt fl-Istati Membri, peress li r-rispett għall-istat tad-dritt huwa prekundizzjoni essenzjali għal ġestjoni finanzjarja soda u effettiva tal-fondi tal-UE.

(42)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru [ir-RF l-ġdid] japplika għall-Programm InvestEU. Dan jistabbilixxi regoli dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni, inklużi r-regoli dwar il-garanziji baġitarji.

(43)  Skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(13) (ir-'Regolament Finanzjarju'), ir-Regolament (UE Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(14), ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2988/95(15) u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96(16) u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939(17), l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jenħtieġ li jiġu protetti permezz ta' miżuri proporzjonati, inklużi l-prevenzjoni, id-detezzjoni, il-korrezzjoni u l-investigazzjoni ta' irregolaritajiet, inklużi l-frodi, l-irkupru ta' fondi mitlufa, imħallsa bi żball jew użati b'mod mhux korrett u fejn xieraq, l-impożizzjoni ta' sanzjonijiet amministrattivi. B'mod partikolari, skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 u r-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96, l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) jista' jwettaq investigazzjonijiet amministrattivi, inklużi kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post, bil-ħsieb li jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Skont ir-Regolament (UE) 2017/1939, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew ('l-UPPE') jista' jinvestiga u jressaq każijiet ▌ kontra ▌l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, kif previst fid-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(18). Skont ir-Regolament Finanzjarju, kwalunkwe persuna jew entità li tirċievi fondi tal-Unjoni trid tikkoopera bis-sħiħ fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, tagħti d-drittijiet u l-aċċess meħtieġa lill-Kummissjoni, lill-OLAF, lill-UPPE fir-rigward ta' dawk l-Istati Membri li jipparteċipaw f'kooperazzjoni msaħħa skont ir-Regolament (UE) 2017/1939, u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri u tiżgura li kwalunkwe parti terza involuta fl-implimentazzjoni tal-fondi tal-Unjoni tagħti drittijiet ekwivalenti.

(44)  Pajjiżi terzi li huma membri taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) jistgħu jipparteċipaw fil-programmi tal-Unjoni fil-qafas tal-kooperazzjoni stabbilita skont il-ftehim ŻEE, li jipprevedi l-implimentazzjoni tal-programmi permezz ta' deċiżjoni skont dak il-ftehim. Pajjiżi terzi jistgħu wkoll jipparteċipaw fuq il-bażi ta' strumenti legali oħra. F'dan ir-Regolament jenħtieġ li tiġi introdotta dispożizzjoni speċifika biex jingħataw id-drittijiet u l-aċċess meħtieġa, lill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli, lill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri sabiex jeżerċitaw il-kompetenzi rispettivi tagħhom b'mod komprensiv.

(45)  Skont [ir-referenza trid tiġi aġġornata kif xieraq skont id-deċiżjoni l-ġdida dwar il-PTTE: l-Artikolu 88 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE], persuni u entitajiet stabbiliti f'pajjiżi u territorji extra-Ewropej (PTEE) huma eliġibbli għal finanzjament soġġett għar-regoli u għall-għanijiet tal-Programm InvestEU u għall-arranġamenti possibbli applikabbli għall-Istat Membru li magħhom il-PTEE rilevanti huwa konness.

(46)  Sabiex l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament jiġu ssupplimentati b'linji gwida dwar l-investiment u b'tabella ta' valutazzjoni, sabiex jiġi ffaċilitat adattament fil-pront u flessibbli tal-indikaturi tal-prestazzjoni u sabiex tiġi aġġustata r-rata ta' proviżjonament, is-setgħa tal-adozzjoni tal-atti skont l-Artikolu 290 tat-TFUE jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tat-tfassil tal-linji gwida dwar l-operazzjonijiet ta' finanzjament u ta' investiment taħt sezzjonijiet ta' politika differenti, it-tabella ta' valutazzjoni, l-emenda tal-Anness III ta' dan ir-Regolament biex jiġu rieżaminati jew ikkomplementati l-indikaturi u l-aġġustament tar-rata ta' proviżjonament. F'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, tali linji gwida dwar l-investiment jenħtieġ li jinkludu dispożizzjonijiet xierqa sabiex jiġi evitat piż amministrattiv bla bżonn. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta' tħejjija tagħha, anke fil-livell ta' esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016. B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin bħall-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi ta' esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati.

(47)  Il-Programm InvestEU jenħtieġ li jindirizza l-fallimenti tas-suq u s-sitwazzjonijiet ta' investiment subottimali madwar l-Unjoni u/jew speċifiċi għall-Istati Membri u jipprevedi ittestjar għas-suq fl-Unjoni ta' prodotti finanzjarji innovattivi u sistemi għat-tixrid tagħhom, għal fallimenti tas-suq kumplessi. Għalhekk, azzjoni fil-livell tal-Unjoni hija ġustifikata,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-Fond InvestEU li jipprovdi garanzija tal-UE li tappoġġa operazzjonijiet ta' finanzjament u ta' investiment imwettqa mis-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni b'appoġġ għall-politiki interni tal-Unjoni.

Dan ir-Regolament jistabbilixxi wkoll mekkaniżmu ta' appoġġ konsultattiv biex jappoġġa l-iżvilupp ta' proġetti investibbli u l-aċċess għall-finanzjament u biex jipprovdi bini ta' kapaċità relatat ("iċ-Ċentru tal-Konsulenza tal-InvestEU"). Huwa jistabbilixxi wkoll bażi ta' data li tagħti viżibbiltà lill-proġetti li l-promoturi tal-proġetti jkunu qed ifittxu finanzjament għalihom u li tipprovdi lill-investituri b'informazzjoni dwar opportunitajiet ta' investiment ("il-Portal tal-InvestEU").

Dan jistabbilixxi l-għanijiet tal-Programm InvestEU, il-baġit għall-perjodu mill-2021 sal-2027, il-forom ta' finanzjament tal-Unjoni u r-regoli għall-għoti ta' dan it-tip ta' finanzjament.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)  "operazzjonijiet ta' finanzjament imħallat" tfisser operazzjonijiet appoġġati mill-baġit tal-UE li jikkombinaw forom ta' appoġġ li mhuwiex ripagabbli u/jew appoġġ ripagabbli mill-baġit tal-Unjoni ma' forom ta' appoġġ ripagabbli minn istituzzjonijiet tal-iżvilupp jew istituzzjonijiet oħra tal-finanzi pubbliċi, kif ukoll minn istituzzjonijiet tal-finanzjament kummerċjali u tal-investituri; għall-finijiet ta' din id-definizzjoni, programmi tal-Unjoni ffinanzjati minn sorsi oħra minbarra l-baġit tal-Unjoni, bħal pereżempju l-Fond tal-Innovazzjoni tas-Sistema tal-UE għall-Iskambju ta' Kwoti tal-Emissjonijiet (Emissions Trading System, ETS), jistgħu jiġu assimilati ma' programmi tal-Unjoni ffinanzjati mill-baġit tal-Unjoni;

(1a)  "BEI" tfisser il-Bank Ewropew tal-Investiment;

(1b)  "Grupp tal-BEI" tfisser il-Bank Ewropew tal-Investiment u s-sussidjarji tiegħu jew entitajiet oħra kif definiti fl-Artikolu 28(1) tal-Istatut tal-BEI;

(1c)  "kontribuzzjoni finanzjarja" tfisser il-kontribuzzjoni minn sieħeb ta' implimentazzjoni fil-forma ta' kapaċità ta' teħid ta' riskju tagħhom stess li għandha tiġi pprovduta fuq bażi pari passu mal-garanzija tal-UE jew f'forom oħrajn li jippermettu implimentazzjoni effiċjenti tal-Programm InvestEU filwaqt li jiġi żgurat l-allinjament xieraq tal-interess;

(1d)  "ftehim ta' kontribuzzjoni" tfisser l-istrument legali li bih il-Kummissjoni u Stat Membru wieħed jew aktar jispeċifikaw il-kundizzjonijiet tal-garanzija tal-UE taħt il-kompartiment tal-Istat Membru, kif stipulat fl-Artikolu 9;

(2)  "garanzija tal-UE" tfisser garanzija ġenerali, irrevokabbli, mingħajr kundizzjonijiet u li tingħata fuq talba li hija pprovduta mill-baġit tal-Unjoni li taħtu l-garanziji baġitarji skont [l-Artikolu 219(1) tar-[Regolament Finanzjarju] jidħlu fis-seħħ permezz tal-iffirmar ta' ftehimiet individwali ta' garanzija ma' sħab inkarigati mill-implimentazzjoni;

(3)  "prodott finanzjarju" tfisser mekkaniżmu jew arranġament finanzjarju ▌ li skont it-termini tiegħu s-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni jipprovdi finanzjament dirett jew intermedjat lil destinatarji finali f'xi waħda mill-forom imsemmija fl-Artikolu 13;

(4)  "finanzjament u/jew operazzjonijiet ta' investiment" tfisser operazzjonijiet li jipprovdu finanzi b'mod dirett jew indirett lil destinatarji finali fil-forma ta' prodotti finanzjarji, imwettqa minn sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni f'ismu stess, ipprovdut minnu skont ir-regoli interni, il-politiki u l-proċeduri tiegħu u li jiġu kontabilizzati fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji tiegħu stess jew, fejn applikabbli, żvelati fin-noti għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji;

(5)  "fondi b'ġestjoni kondiviża" tfisser il-fondi li jipprevedu l-possibbiltà li jiġi allokat ammont minnhom għall-provvediment ta' garanzija baġitarja fil-kompartiment tal-Istat Membru tal-Fond InvestEU, jiġifieri l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), il-Fond Soċjali Ewropew+ (FSE+), il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (FEMS) u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR);

(6)  "ftehim ta' garanzija" tfisser l-istrument legali li permezz tiegħu l-Kummissjoni u sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni jispeċifikaw il-kundizzjonijiet biex jipproponu operazzjonijiet ta' finanzjament jew ta' investiment li għandhom jingħataw il-benefiċċju tal-garanzija tal-UE, biex jipprovdu l-garanzija baġitarja għal dawk l-operazzjonijiet u biex jimplimentawhom skont id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament;

(7)  "sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni" tfisser kontroparti eliġibbli bħal istituzzjoni finanzjarja jew intermedjarju ieħor li magħhom il-Kummissjoni tiffirma ftehim ta' garanzija ▌;

(8)  "Ċentru tal-Konsulenza tal-InvestEU" tfisser l-assistenza teknika definita fl-Artikolu 20;

(8a)  "Ftehim Konsultattiv" tfisser l-istrument legali fejn il-Kummissjoni u s-sieħeb konsultattiv jispeċifikaw il-kundizzjonijiet għall-implimentazzjoni taċ-Ċentru tal-Konsulenza tal-InvestEU;

(8b)  "inizjattiva konsultattiva" tfisser servizzi ta' assistenza teknika u ta' konsulenza li jappoġġaw l-investiment, inklużi attivitajiet ta' bini ta' kapaċità, kif definit fl-Artikoli 20(1) u (2), implimentati minn sħab konsultattivi, minn fornituri ta' servizzi esterni kkuntrattati mill-Kummissjoni jew minn aġenzija eżekuttiva;

(8c)  "sieħeb konsultattiv" tfisser l-entità eliġibbli bħal istituzzjoni finanzjarja jew entità oħra li magħha l-Kummissjoni tiffirma ftehim biex timplimenta inizjattiva konsultattiva waħda jew aktar, ħlief l-inizjattivi konsultattivi implimentati permezz ta' fornituri esterni ta' servizzi kkuntrattati mill-Kummissjoni jew minn aġenziji eżekuttivi;

(9)  "Portal tal-InvestEU" tfisser il-bażi ta' data definita fl-Artikolu 21;

(10)  "il-Programm InvestEU" tfisser il-Fond InvestEU, iċ-Ċentru tal-Konsulenza tal-InvestEU, u l-operazzjonijiet ta' finanzjament imħallat, b'mod kollettiv;

(10b)  "pjattaformi ta' investiment" tfisser vetturi b'għan speċjali, kontijiet ġestiti, kofinanzjament ibbażat fuq kuntratti jew arranġamenti ta' kondiviżjoni tar-riskji jew arranġamenti stabbiliti b'mezzi oħra li permezz tagħhom entitajiet jgħaddu kontribuzzjoni finanzjarja sabiex jiffinanzjaw numru ta' proġetti ta' investiment, u li jistgħu jinkludu:

(a)  pjattaformi nazzjonali jew subnazzjonali li jiġbru flimkien diversi proġetti ta' investiment fit-territorju ta' Stat Membru partikolari;

(b)  pjattaformi transfruntieri, multinazzjonali, reġjonali jew makroreġjonali li jiġbru flimkien sħab minn diversi Stati Membri, reġjuni jew pajjiżi terzi interessati fi proġetti f'żona ġeografika partikolari;

(c)  pjattaformi tematiċi li jiġbru flimkien proġetti ta' investiment f'settur partikolari.

(11)  "mikrofinanzjament" tfisser il-mikrofinanzjament kif definit fir-Regolament [[FSE+] number];

(13)  "banek jew istituzzjonijiet promozzjonali nazzjonali" (NPBIs) tfisser l-entitajiet legali impenjati f'attivitajiet finanzjarji fuq bażi professjonali, li għalihom Stat Membru, jew entità ta' Stat Membru f'livell ċentrali, reġjonali jew lokali, jingħataw mandat biex iwettqu attivitajiet ta' żvilupp jew ta' promozzjoni;

(14)  "intrapriżi żgħar u medji" jew "SMEs" tfisser intrapriżi mikro, żgħar u medji kif definiti fl-Anness għar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE(19);

(15)  "kumpaniji b'kapitalizzazzjoni żgħira/medja" tfisser entitajiet li għandhom sa 499 impjegat u li mhumiex SMEs;

(16)  "intrapriża soċjali" tfisser intrapriża soċjali kif definita fir-Regolament [[FSE+] number];

(17)  "pajjiż terz" tfisser pajjiż li mhuwiex membru tal-Unjoni.

Artikolu 3

L-għanijiet tal-Programm InvestEU

1.  L-għan ġenerali tal-Programm InvestEU huwa li jappoġġa l-għanijiet ta' politika tal-Unjoni permezz ta' operazzjonijiet ta' finanzjament u ta' investiment li jikkontribwixxu:

(a)  għall-kompetittività tal-Unjoni, inklużi r-riċerka, l-innovazzjoni u d-diġitalizzazzjoni;

(b)  għat-tkabbir u l-impjiegi fl-ekonomija tal-Unjoni, ▌is-sostenibbiltà tagħha u d-dimensjoni ambjentali u klimatika tagħha li jikkontribwixxu għall-kisba tal-SDGs u l-għanijiet tal-ftehim ta' Pariġi dwar il-klima u l-ħolqien ta' impjiegi ta' kwalità għolja;

(c)  għar-reżiljenza soċjali ▌, l-inklużività u l-innovazzjoni tal-Unjoni;

(ca)  għall-promozzjoni tal-avvanz xjentifiku u teknoloġiku, tal-kultura, l-edukazzjoni u t-taħriġ;

(d)  għall-integrazzjoni tas-swieq kapitali tal-Unjoni u għat-tisħiħ tas-Suq Uniku, inklużi soluzzjonijiet li jindirizzaw il-frammentazzjoni tas-swieq kapitali tal-Unjoni, għad-diversifikazzjoni ta' sorsi ta' finanzjament għal intrapriżi tal-Unjoni u għall-promozzjoni ta' finanzi sostenibbli.

(da)   għall-promozzjoni tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali.

2.  Il-Programm InvestEU għandu l-għanijiet speċifiċi li ġejjin:

(a)  jappoġġa operazzjonijiet ta' finanzjament u ta' investiment fl-infrastruttura sostenibbli fl-oqsma msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 7(1);

(b)  jappoġġa operazzjonijiet ta' finanzjament u ta' investiment fir-riċerka, fl-innovazzjoni u fid-diġitalizzazzjoni, filwaqt li jappoġġa t-tkabbir ta' kumpaniji innovattivi u l-introduzzjoni ta' teknoloġiji fis-suq;

(c)  iżid l-aċċess u d-disponibbiltà tal-finanzi għall-SMEs u ▌ għal kumpaniji żgħar b'kapitalizzazzjoni medja, u jsaħħaħ il-kompetittività globali tagħhom;

(d)  iżid l-aċċess għall-mikrofinanzjament u għall-finanzjament għal intrapriżi soċjali, u d-disponibbiltà tagħhom u jappoġġa operazzjonijiet ta' finanzjamenti u ta' investiment relatati mal-investimenti soċjali, mal-kompetenzi u mal-ħiliet u jiżviluppa u jikkonsolida swieq ta' investiment soċjali, fl-oqsma msemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 7(1).

Artikolu 4

Il-baġit u l-ammont tal-garanzija tal-UE

1.  Il-garanzija tal-UE għall-finijiet tal-kompartiment tal-UE msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 8(1) għandha tkun EUR 40 817 500 000 (prezzijiet attwali). Din għandha tkun provduta bir-rata ta' 40 %.

Ammont addizzjonali tal-garanzija tal-UE jista' jiġi pprovdut għall-finijiet tal-kompartiment tal-Istat Membru msemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 8(1), suġġett għall-allokazzjoni mill-Istati Membri, skont [l-Artikolu 10(1)] tar-Regolament [[CPR] number](20) u l-Artikolu [75(1)] tar-Regolament [[CAP plan] number](21) tal-ammonti korrispondenti.

Ammont addizzjonali tal-garanzija tal-UE jista' jingħata wkoll fil-forma ta' flus kontanti mill-Istati Membri għall-finijiet tal-kompartiment tal-Istat Membru.

Il-kontribuzzjonijiet minn pajjiżi terzi msemmija fl-Artikolu 5 għandhom iżidu wkoll il-garanzija tal-UE msemmija fl-ewwel subparagrafu, billi jipprovdu proviżjonament fi flus kontanti b'mod sħiħ skont [l-Artikolu 218(2)] tar-[Regolament Finanzjarju].

2.  Id-distribuzzjoni indikattiva tal-ammont imsemmi fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 hija mniżżla fl-Anness I ta' dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni tista' timmodifika l-ammonti msemmija fl-Anness I, fejn xieraq, sa 15 % għal kull għan. Din għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bi kwalunkwe modifika.

3.  Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-miżuri previsti fil-Kapitoli V u VI għandu jkun EUR 525 000 000 (prezzijiet attwali).

4.  L-ammont imsemmi fil-paragrafu 3 jista' jintuża wkoll għal assistenza teknika u amministrattiva għall-implimentazzjoni tal-Programm InvestEU, bħal attivitajiet preparatorji, ta' monitoraġġ, ta' kontroll, ta' awditu u ta' evalwazzjoni inklużi sistemi korporattivi tat-teknoloġiji tal-informazzjoni.

Artikolu 5

Pajjiżi terzi assoċjati mal-Fond InvestEU

Il-kompartiment tal-UE tal-Fond InvestEU msemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 8(1) u kull waħda mit-twieqi politiċi msemmija fl-Artikolu 7(1) jistgħu jirċievu kontribuzzjonijiet mill-pajjiżi terzi li ġejjin sabiex jipparteċipaw f'ċerti prodotti finanzjarji skont [l-Artikolu 218(2)] tar-[Regolament Finanzjarju]:

(a)  Membri tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (EFTA) li huma membri taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE), skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Ftehim ŻEE;

(b)  pajjiżi aderenti, pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali, b'konformità mal-prinċipji ġenerali u t-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali għall-parteċipazzjoni tagħhom fil-programmi tal-Unjoni stabbiliti fil-ftehimiet qafas rispettivi u fid-deċiżjonijiet tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni, jew arranġamenti simili, u b'konformità mal-kundizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fi ftehimiet bejnhom u bejn l-Unjoni;

(c)  pajjiżi koperti mill-Politika Ewropea tal-Viċinat, skont il-prinċipji ġenerali u t-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali għall-parteċipazzjoni ta' dawk il-pajjiżi fil-programmi tal-Unjoni stabbiliti fil-ftehimiet qafas rispettivi u fid-deċiżjonijiet tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni, jew arranġamenti simili, u skont il-kundizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fi ftehimiet bejn l-Unjoni u dawk il-pajjiżi;

(d)  pajjiżi terzi, skont il-kundizzjonijiet stipulati fi ftehim speċifiku li jkopri l-parteċipazzjoni ta' pajjiż terz għal kull programm tal-Unjoni, sakemm il-ftehim:

(i)  jiżgura bilanċ ġust fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet u tal-benefiċċji tal-pajjiż terz li jkun qed jipparteċipa fil-programmi tal-Unjoni;

(ii)  jistabbilixxi l-kundizzjonijiet tal-parteċipazzjoni fil-programmi, inkluż il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji għal programmi individwali u l-kostijiet amministrattivi tagħhom. Dawk il-kontribuzzjonijiet għandhom jikkostitwixxu dħul b'konformità mal-Artikolu [21(5)] tar-[Regolament Finanzjarju];

(iii)  ma jagħtix lill-pajjiż terz, is-setgħa li jieħu deċiżjonijiet dwar il-programm;

(iv)  jiggarantixxi d-drittijiet tal-Unjoni li tiżgura ġestjoni finanzjarja tajba u li tipproteġi l-interessi finanzjarji tagħha.

Artikolu 6

Implimentazzjoni u forom ta' finanzjament mill-Unjoni

1.  Il-garanzija tal-UE għandha tiġi implimentata fil-ġestjoni indiretta mal-korpi msemmija fl-[Artikolu 62(1)(c)(ii), (iii), (v) u (vi)] tar-[Regolament Finanzjarju]. Forom oħra ta' fondi tal-UE skont dan ir-Regolament għandhom jiġu implimentati f'ġestjoni diretta jew indiretta skont ir-Regolament Finanzjarju, inklużi għotjiet implimentati skont it-Titolu VIII tiegħu u l-operazzjonijiet ta' finanzjament imħallat implimentati f'konformità ma' dan l-Artikolu kemm jista' jkun mingħajr xkiel u filwaqt li jiġi żgurat appoġġ effiċjenti u koerenti tal-politiki tal-Unjoni.

2.  L-operazzjonijiet ta' finanzjament u ta' investiment koperti mill-garanzija tal-UE li jiffurmaw parti mill-operazzjoni ta' finanzjament imħallat li jikkombinaw appoġġ skont dan ir-Regolament ma' appoġġ ipprovdut skont xi programm jew programmi oħra tal-Unjoni jew mill-Fond ta' Innovazzjoni tas-Sistema għall-Iskambju ta' Kwoti tal-Emissjonijiet tal-UE (ETS) għandhom:

(a)  ikunu konsistenti mal-għanijiet tal-politika u jikkonformaw mal-kriterji ta' eliġibbiltà stabbiliti fir-regola dwar il-programm tal-Unjoni skont liema l-appoġġ ikun ingħata;

(b)  jimxu skont dan ir-Regolament.

3.  L-operazzjonijiet ta' finanzjament imħallat inkluż strument finanzjarju ffinanzjat kompletament minn programmi oħrajn tal-Unjoni jew mill-Fond għall-Innovazzjoni tal-ETS mingħajr l-użu tal-garanzija tal-UE skont dan ir-Regolament għandhom jikkonformaw mal-għanijiet ta' politika u l-kriterji ta' eliġibbiltà stabbiliti fir-regoli tal-programm tal-Unjoni skont liema tingħata l-għajnuna.

4.  Skont l-Artikolu 6(2), forom mhux ripagabbli ta' appoġġ u/jew strumenti finanzjarji mill-baġit tal-Unjoni li jifformaw parti mill-operazzjoni ta' finanzjament imħallat imsemmijin fil-paragrafi 2 u 3 għandhom jiġu deċiżi skont ir-regoli tal-programm rilevanti tal-Unjoni u għandhom jiġu implimentati f'operazzjoni ta' finanzjament imħallat skont dan ir-Regolament u skont [it-Titolu X] tar-[Regolament Finanzjarju].

Ir-rappurtar għandu jinkludi wkoll l-elementi dwar il-konsistenza mal-għanijiet ta' politika u l-kriterji ta' eliġibbiltà stabbiliti fir-regoli tal-programm tal-Unjoni li bihom l-appoġġ jingħata kif ukoll dwar il-konformità ma' dan ir-Regolament.

KAPITOLU II

Il-Fond InvestEU

Artikolu 7

Sezzjonijiet ta' politika

1.  Il-Fond InvestEU għandu jopera permezz tal-erba' sezzjonijiet ta' politika li ġejjin li għandhom jindirizzaw il-fallimenti tas-suq jew sitwazzjonijiet ta' investiment subottimali fil-kamp ta' applikazzjoni speċifiku tagħhom:

(a)  is-sezzjoni ta' politika tal-infrastruttura sostenibbli: tinkludi investiment fl-oqsma tat-trasport, inklużi t-trasport multimodali, is-sikurezza fit-toroq, anke f'konformità mal-għan tal-UE li telimina l-inċidenti tat-traffiku fatali u l-korrimenti serji sal-2050, it-tiġdid u l-manutenzjoni tal-infrastruttura tal-ferroviji u tat-toroq, tal-enerġija, b'mod partikolari l-enerġija rinnovabbli, l-effiċjenza enerġetika f'konformità mal-qafas ta' politika għall-enerġija għall-2030, il-proġetti ta' rinnovazzjoni tal-bini ffokati fuq l-iffrankar tal-enerġija u l-integrazzjoni tal-bini f'sistema konnessa diġitali u ta' enerġija, ħżin, trasport, filwaqt li jittejbu l-livelli ta' interkonnessjoni, tal-konnettività diġitali, u l-aċċess, inkluż fiż-żoni rurali, tal-provvista u tal-ipproċessar tal-materja prima, tal-ispazju, tal-oċeani, tal-ilma, inklużi l-passaġġi fuq l-ilma intern, tal-ġestjoni tal-iskart f'konformità mal-ġerarkija tal-iskart u l-ekonomija ċirkolari, tan-natura u ta' infrastruttura ambjentali oħra, tal-wirt kulturali, tat-turiżmu, tat-tagħmir, tal-assi mobbli u tal-użu ta' teknoloġiji innovattivi li jikkontribwixxu għall-għanijiet tas-sostenibbiltà tar-reżiljenza għat-tibdil fil-klima, ambjentali u/jew soċjali tal-Unjoni u li jissodisfaw l-istandards ta' sostenibbiltà ambjentali jew soċjali tal-Unjoni;

(b)  is-sezzjoni ta' politika tar-riċerka, l-innovazzjoni u d-djalogu: tinkludi attivitajiet ta' riċerka, żvilupp ta' prodott u innovazzjoni, it-trasferiment tat-teknoloġiji u tar-riżultati tar-riċerka għas-suq, filwaqt li tappoġġa l-faċilitaturi tas-suq u l-kooperazzjoni bejn l-intrapriżi, tad-dimostrazzjoni u tal-użu ta' soluzzjonijiet innovattivi u ta' appoġġ għat-tkabbir ta' kumpaniji innovattivi ▌ kif ukoll id-diġitalizzazzjoni tal-industrija tal-Unjoni;

(c)  is-sezzjoni ta' politika tal-SMEs: tinkludi l-aċċess u d-disponibbiltà tal-finanzi primarjament għall-SMEs, inklużi dawk innovattivi u dawk li joperaw fis-setturi kulturali u kreattivi, kif ukoll kumpaniji żgħar b'kapitalizzazzjoni medja;

(d)  is-sezzjoni ta' politika tal-investiment soċjali u tal-ħiliet: tinkludi l-mikrofinanzjament, il-finanzjament tal-intrapriżi soċjali u l-ekonomija soċjali u miżuri li jippromwovu l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, il-ħiliet, l-edukazzjoni, it-taħriġ u servizzi relatati; l-infrastruttura soċjali (inklużi l-infrastruttura tas-saħħa u tal-edukazzjoni u l-akkomodazzjoni soċjali u tal-istudenti); l-innovazzjoni soċjali; il-kura tas-saħħa u l-kura fit-tul; l-inklużjoni u l-aċċessibbiltà; l-attivitajiet kulturali u kreattivi b'għan soċjali; l-integrazzjoni tal-persuni vulnerabbli, inklużi ċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi.

2.  Fejn operazzjoni ta' finanzjament jew ta' investiment proposta lill-Kumitat ta' Investiment imsemmi fl-Artikolu 19 taqa' taħt aktar minn sezzjoni politika waħda, din għandha tiġi attribwita lis-sezzjoni li taħtha jaqa' l-għan prinċipali jew l-għan prinċipali tal-biċċa l-kbira tas-sottoproġetti tagħha, sakemm il-linji gwida dwar l-investiment ma jiddefinixxux mod ieħor.

3.  L-operazzjonijiet ta' finanzjament u ta' investiment għandhom jiġu eżaminati biex jiddeterminaw jekk għandhomx impatt ambjentali, klimatiku jew soċjali u jekk dan ikun minnu, għandhom ikunu soġġetti għall-ittestjar tas-sostenibbiltà klimatika, ambjentali u soċjali bil-ħsieb li jiġu mminimizzati l-impatti negattivi u jiġu mmassimizzati l-benefiċċji fuq il-klima, l-ambjent u d-dimensjoni soċjali. Għal dak il-għan, il-promoturi li jitolbu finanzjament għandhom jipprovdu informazzjoni adegwata bbażata fuq gwida li għandha tiġi żviluppata mill-Kummissjoni. Proġetti taħt ċertu daqs definit fil-linji gwida ta' prova għandhom jiġu esklużi. Proġetti li ma jkunux konsistenti mal-kisba tal-għanijiet klimatiċi ma għandhomx ikunu eliġibbli għall-appoġġ skont dan ir-Regolament.

F'konformità mal-għanijiet u l-istandards ambjentali tal-Unjoni, il-gwida tal-Kummissjoni għandha tippermetti li:

(a)  rigward l-adattament, tiġi żgurata r-reżiljenza għall-impatti negattivi potenzjali tat-tibdil fil-klima permezz ta' valutazzjoni tal-vulnerabbiltà u r-riskju tal-klima, inklużi miżuri ta' adattament rilevanti u, rigward il-mitigazzjoni, jiġu integrati l-kost tal-emissjonijiet tal-gass b'effett ta' serra u l-effetti pożittivi ta' miżuri għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima fl-analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji;

(b)  tirrapporta dwar impatti konsolidati tal-proġetti f'termini tal-komponenti ewlenin tal-kapital naturali relatati mal-arja, mal-ilma, mal-art u mal-bijodiversità;

(c)  tistima l-impatt soċjali, inkluż fuq l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, l-inklużjoni soċjali ta' ċerti żoni jew popolazzjonijiet u l-iżvilupp ekonomiku ta' żoni u setturi affettwati mill-isfidi strutturali bħalma huma l-ħtiġijiet tad-dekarbonizzazzjoni tal-ekonomija;

(ca)  tidentifika proġetti li ma jkunux konsistenti mal-kisba tal-għanijiet klimatiċi.

(cb)  tipprovdi lis-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni bi gwida għall-fini tal-eżami previst skont il-paragrafu 3(1). Fil-każ fejn is-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni jikkonkludi li ma għandha titwettaq l-ebda prova tas-sostenibbiltà, huwa għandu jipprovdi ġustifikazzjoni lill-Kumitat tal-Investiment.

4.  Is-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni għandhom jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa biex jippermettu t-traċċar ta' investiment li jikkontribwixxi biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Unjoni dwar il-klima u l-ambjent, abbażi ta' gwida li għandha tiġi pprovduta mill-Kummissjoni.

5.  Is-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni għandhom jimmiraw li mill-inqas 55 % tal-investiment taħt is-sezzjoni ta' politika tal-infrastruttura sostenibbli jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Unjoni dwar il-klima u l-ambjent.

Il-Kummissjoni, flimkien mas-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni, għandhom jirsistu li jiżguraw li l-parti tal-garanzija baġitarja użata għas-sezzjoni ta' politika tas-sostenibbiltà tiġi distribwita bl-għan li jintlaħaq bilanċ bejn l-oqsma differenti.

6.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 26 biex tiddefinixxi l-linji gwida dwar l-investiment għal kull sezzjoni ta' politika. Il-linji gwida dwar l-investiment għandhom jitħejjew fi djalogu mill-qrib mal-Grupp tal-BEI u sħab potenzjali oħra inkarigati mill-implimentazzjoni.

6a.  Il-Kummissjoni għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni tas-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni, tal-Kumitat tal-Investiment u tas-sħab konsultattivi l-informazzjoni dwar l-applikazzjoni jew l-interpretazzjoni tal-linji gwida dwar l-investiment.

Artikolu 8

Kompartimenti

1.  Kull waħda mis-sezzjonijiet ta' politika msemmija fl-Artikolu 7(1) għandha tikkonsisti f'żewġ kompartimenti li jindirizzaw fallimenti tas-suq ▌jew sitwazzjonijiet ta' investiment subottimali kif ġej:

(a)  il-kompartiment tal-UE għandu jindirizza kwalunkwe waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin:

(i)  fallimenti tas-suq jew sitwazzjonijiet ta' investiment subottimali relatati mal-prijoritajiet tal-politika tal-Unjoni ▌;

(ii)  fallimenti tas-suq jew sitwazzjonijiet subottimali ta' investiment mal-Unjoni kollha u/jew speċifiċi għall-Istati Membri; jew

(iii)  fallimenti tas-suq ▌ jew sitwazzjonijiet ta' investiment subottimali, b'mod partikolari dawk ġodda jew kumplessi li jirrikjedu l-iżvilupp ta' soluzzjonijiet finanzjarji innovattivi u strutturi tas-suq ġodda;

(b)  il-kompartiment tal-Istat Membru għandu jindirizza fallimenti tas-suq speċifiċi jew sitwazzjonijiet ta' investiment subottimali f'reġjun jew fi Stat Membru wieħed jew aktar sabiex iwettaq l-għanijiet tal-politika tal-Fondi kontribwenti b'ġestjoni kondiviża speċjalment biex isaħħaħ il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali fl-Unjoni Ewropea billi jindirizza l-iżbilanċi fost ir-reġjuni tagħha.

2.  Il-kompartimenti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom, fejn xieraq, jintużaw b'mod komplementari biex isostnu operazzjoni ta' finanzjament jew ta' investiment, inkluż billi jgħaqqdu l-appoġġ miż-żewġ kompartimenti.

Artikolu 9

Dispożizzjonijiet speċifiċi applikabbli għall-kompartiment tal-Istat Membru

1.  Għandhom jintużaw ammonti allokati minn Stat Membru fuq bażi volontarja skont l-Artikolu [10(1)] tar-Regolament [[CPR] number] jew l-Artikolu [75(1)] tar-Regolament [[CAP plan] number] għall-proviżjonament tal-parti tal-garanzija tal-UE taħt il-kompartiment tal-Istat Membru li tkopri operazzjonijiet ta' finanzjament u ta' investiment fl-Istat Membru kkonċernat jew għall-kontribuzzjoni possibbli mill-Fondi b'ġestjoni kondiviża għaċ-Ċentru tal-Konsulenza tal-InvestEU. Dawk l-ammonti għandhom jikkontribwixxu għall-kisba tal-għanijiet ta' politika magħżula fil-Ftehim ta' Sħubija u fil-programmi li jikkontribwixxu għal InvestEU.

L-ammonti allokati skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 4(1) għandhom jintużaw għall-proviżjonament tal-garanzija.

2.  L-istabbiliment ta' dik il-parti tal-garanzija tal-UE taħt il-kompartiment tal-Istat Membru għandu jkun soġġett għall-konklużjoni ta' ftehim ta' kontribuzzjoni bejn l-Istat Membru u l-Kummissjoni.

Ir-raba' subparagrafu tal-Artikolu 9(2) u l-Artikolu 9(5) ma għandhomx japplikaw għall-ammont addizzjonali pprovdut minn Stat Membru skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 4(1).

Id-dispożizzjonijiet f'dan l-Artikolu relatati mal-ammonti allokati skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament [CPR number] jew l-Artikolu 75(1) tar-Regolament [CAP plan] mhumiex applikabbli għal ftehim ta' kontribuzzjoni dwar ammont addizzjonali minn Stat Membru, imsemmi fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 4(1).

L-Istat Membru u l-Kummissjoni għandhom jikkonkludu l-ftehim ta' kontribuzzjoni jew kwalunkwe emenda għalih fi żmien erba' xhur wara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tadotta l-Ftehim ta' Sħubija jew il-pjan tal-CAP jew simultanjament mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li temenda programm jew pjan tal-CAP.

Żewġ Stati Membri jew aktar jistgħu jikkonkludu ftehim ta' kontribuzzjoni konġunta mal-Kummissjoni.

B'deroga mill-[Artikolu 211(1)] tar-[Regolament Finanzjarju], ir-rata ta' proviżjonament tal-garanzija tal-UE fil-kompartiment tal-Istat Membru għandha tiġi ffissata għal 40 % u forsi aġġustata 'l isfel jew 'l fuq f'kull ftehim ta' kontribuzzjoni sabiex jittieħdu inkunsiderazzjoni r-riskji marbuta mal-prodotti finanzjarji maħsuba biex jintużaw.

3.  Il-ftehim ta' kontribuzzjoni għandu tal-anqas jinkludi dawn l-elementi li ġejjin:

(a)  l-ammont totali tal-parti tal-garanzija tal-UE taħt il-kompartiment tal-Istat Membru li jappartjeni lill-Istat Membru, ir-rata ta' proviżjonament tiegħu, l-ammont tal-kontribuzzjoni minn Fondi b'ġestjoni kondiviża, il-fażi ta' kostituzzjoni tal-proviżjonament skont pjan finanzjarju annwali u l-ammont tal-obbligazzjoni kontinġenti riżultanti li għandu jkun kopert minn garanzija back-to-back provduta mill-Istat Membru kkonċernat;

(b)  l-istrateġija tal-Istat Membru li tikkonsisti fil-prodotti finanzjarji u fl-ingranaġġ minimu tagħhom, il-kopertura ġeografika, li tinkludi l-kopertura reġjonali jekk meħtieġa, it-tipi ta' proġetti, il-perjodu ta' investiment u, fejn applikabbli, il-kategoriji tad-destinatarji finali u tal-intermedjarji eliġibbli;

(c)  is-sieħeb jew sħab potenzjali inkarigati mill-implimentazzjoni proposti skont l-Artikolu 12, u l-obbligu għall-Kummissjoni li tinforma lill-Istat Membru dwar is-sieħeb jew sħab inkarigati mill-implimentazzjoni magħżula;

(d)  il-kontribuzzjoni possibbli mill-Fondi b'ġestjoni kondiviża għaċ-Ċentru tal-Konsulenza tal-InvestEU;

(e)  l-obbligi ta' rappurtar annwali lejn l-Istat Membru, inkluż ir-rappurtar skont l-indikaturi rilevanti relatati mal-għanijiet ta' politika koperti fil-Ftehim ta' Sħubija jew fil-programm u msemmija fil-ftehim ta' kontribuzzjoni;

(f)  dispożizzjonijiet dwar ir-remunerazzjoni tal-parti tal-garanzija tal-UE fil-kompartiment tal-Istat Membru;

(g)  kombinazzjoni possibbli ma' riżorsi fil-kompartiment tal-UE, inkluż fi struttura msaffa biex tinkiseb kopertura tar-riskju aħjar skont l-Artikolu 8(2).

4.  Il-ftehimiet ta' kontribuzzjoni għandhom jiġu implimentati mill-Kummissjoni permezz ta' ftehimiet ta' garanzija ffirmati ma' sħab inkarigati mill-implimentazzjoni skont l-Artikolu 14 u ftehimiet konsultattivi ffirmati minn sħab konsultattivi.

Meta, fi żmien disa' xhur mill-iffirmar tal-ftehim ta' kontribuzzjoni, l-ebda ftehim ta' garanzija ma jkun ġie konkluż jew l-ammont tal-ftehim ta' kontribuzzjoni ma jkunx kompletament impenjat permezz ta' ftehim jew ftehimiet ta' garanzija, il-ftehim ta' kontribuzzjoni għandu jintemm jew jiġi estiż, permezz ta' ftehim reċiproku, fl-ewwel każ jew jiġi emendat kif meħtieġ fit-tieni każ ▌. L-ammont mhux użat tal-proviżjonament li jiġi mill-ammonti allokati mill-Istati Membri skont l-Artikolu [10(1) tar-Regolament [[CPR]] tal-Artikolu [75(1)] tar-Regolament [[CAP]] għandu jerġa' jintuża skont [l-Artikolu 10(5)] tar-Regolament [[CPR] number] u l-Artikolu [75(5)] tar-Regolament [[CAP plan] number]. L-ammont mhux użat tal-proviżjonament li jiġi mill-ammonti allokati minn Stat Membru skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 4(1) għandu jitħallas lura lill-Istat Membru.

Fejn il-ftehim ta' garanzija ma ġiex implimentat kif xieraq fi żmien perjodu speċifikat fl-Artikolu [10(6)] tar-Regolament [[CPR] number] jew l-Artikolu [75(6)] tar-Regolament [[CAP plan] number], il-ftehim ta' kontribuzzjoni għandu jiġi emendat ▌. L-ammont mhux użat ta' proviżjonament li jiġi mill-ammonti allokati mill-Istati Membri skont l-Artikolu [10(1) tar-Regolament [[CPR]] tal-Artikolu [75(1)] tar-Regolament [[CAP]] għandu jerġa' jintuża skont [l-Artikolu 10(5)] tar-Regolament [[CPR] number] u l-Artikolu [75(5)] tar-Regolament [[CAP plan] number]. L-ammont mhux użat tal-proviżjonament li jiġi mill-ammonti allokati minn Stat Membru skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 4(1) għandu jitħallas lura lill-Istat Membru.

5.  Ir-regoli li ġejjin għandhom japplikaw għall-proviżjonament għall-parti tal-garanzija tal-UE taħt il-kompartiment tal-Istat Membru stabbilit bi ftehim ta' kontribuzzjoni:

(a)  wara l-fażi ta' kostituzzjoni msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, kull bilanċ annwali ta' dispożizzjonijiet, ikkalkulat billi jitqabbel l-ammont ta' dispożizzjonijiet meħtieġa mir-rata ta' proviżjonament u d-dispożizzjonijiet attwali, għandu jerġa' jintuża skont l-[Artikolu 10(7)] tas-[CPR] u l-Artikolu [75(7)] tal-[[CAP plan] number];

(b)  b'deroga mill-[Artikolu 213(4)] [tar-Regolament Finanzjarju], wara l-fażi tal-kostituzzjoni msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, il-proviżjonament ma għandux joħloq rifornimenti annwali matul id-disponibbiltà ta' dik il-parti tal-garanzija tal-UE fil-kompartiment tal-Istat Membru;

(c)  il-Kummissjoni għandha minnufih tinforma lill-Istat Membru fejn, b'riżultat ta' sejħiet għal dik il-parti tal-garanzija tal-UE fil-kompartiment tal-Istat Membru, il-livell ta' proviżjonamenti għal dik il-parti tal-garanzija tal-UE jaqa' taħt 20 % tal-proviżjonament inizjali;

(d)  jekk il-livell tal-proviżjonamenti għal dik il-parti tal-garanzija tal-UE fil-kompartiment tal-Istat Membru jilħaq l-10 % tal-proviżjonament inizjali, l-Istat Membru kkonċernat għandu jipprovdi lill-fond komuni għall-proviżjonament sa 5 % tal-proviżjonament inizjali fuq talba mill-Kummissjoni.

KAPITOLU IIA

SĦUBIJA BEJN IL-KUMMISSJONI U L-GRUPP TAL-BEI

Artikolu 9a

L-ambitu tas-sħubija

1.  Il-Kummissjoni u l-Grupp tal-BEI għandhom jiffurmaw sħubija skont dan ir-Regolament bl-għan li jappoġġaw l-implimentazzjoni u l-konsistenza tal-programm, l-inklużività, l-addizzjonalità, u l-effiċjenza tal-użu tiegħu. F'konformità mat-termini ta' dan ir-Regolament u kif speċifikat aktar fil-ftehimiet imsemmija fil-paragrafu 2, il-Grupp tal-BEI:

(a)  għandu jimplimenta l-porzjon tal-garanzija tal-UE speċifikat fl-Artikolu 10(1b);

(b)  għandu jappoġġa l-implimentazzjoni tal-kompartiment tal-UE, u fejn applikabbli skont l-Artikolu 12(1), il-kompartiment tal-Istati Membri, tal-Fond InvestEU, b'mod partikolari billi:

(i)  flimkien mas-sħab potenzjali inkarigati mill-implimentazzjoni jikkontribwixxi għal-linji gwida dwar l-investiment skont l-Artikolu 7(6), jikkontribwixxi għat-tfassil tat-tabella ta' valutazzjoni skont l-Artikolu 19(1a) u għal dokumenti oħra li jistabbilixxu l-gwida operattiva tal-Fond InvestEU,

(ii)  flimkien mal-Kummissjoni u s-sħab potenzjali inkarigati mill-implimentazzjoni, jiddefinixxi l-metodoloġija tar-riskju u s-sistema ta' mmappjar tar-riskju relatati mal-operazzjonijiet ta' finanzjament u investiment tas-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni sabiex dawn l-operazzjonijiet ikunu jistgħu jiġu vvalutati fuq skala komuni ta' klassifikazzjoni,

(iii)  fuq talba mill-Kummissjoni u bi qbil mas-sieħeb potenzjali kkonċernat inkarigat mill-implimentazzjoni, iwettaq valutazzjoni tas-sistemi ta' dak is-sieħeb potenzjali inkarigat mill-implimentazzjoni, u jipprovdi pariri tekniċi mmirati fuqhom, fejn u sal-punt meħtieġ mill-konklużjonijiet tal-awditjar tal-valutazzjoni tal-pilastru fid-dawl tal-implimentazzjoni tal-prodotti finanzjarji previsti minn dak is-sieħeb potenzjali inkarigat mill-implimentazzjoni,

(iv)  jipprovdi opinjoni mhux vinkolanti dwar l-aspetti relatati mas-settur bankarju, b'mod partikolari dwar ir-riskju finanzjarju u t-termini finanzjarji relatati mal-porzjon tal-garanzija tal-UE li għandu jiġi allokat lis-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni kif definit fil-ftehimiet ta' garanzija li għandhom jiġu konklużi ma' sħab inkarigati mill-implimentazzjoni li mhumiex il-Grupp tal-BEI. Il-Kummissjoni għandha, kif xieraq, timpenja ruħha mas-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni abbażi tas-sejbiet tal-opinjoni. Hija għandha tinforma lill-Grupp tal-BEI bl-eżitu tat-teħid ta' deċiżjonijiet tagħha,

(v)  iwettaq simulazzjonijiet u projezzjonijiet dwar ir-riskju finanzjarju u r-remunerazzjoni tal-portafoll aggregat fuq il-bażi ta' suppożizzjonijiet miftiehma mal-Kummissjoni,

(vi)  ikejjel ir-riskju finanzjarju u jfassal ir-rappurtar finanzjarju tal-portafoll aggregat, u

(vii)  jipprovdi servizzi ta' ristrutturar u rkupru stabbiliti fil-ftehim imsemmi fl-Artikolu 9a(2)(b) lill-Kummissjoni, fuq talba tal-Kummissjoni u bi qbil mas-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni, skont l-Artikolu 14(2)(g), meta s-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni ma jkunx għadu responsabbli għat-twettiq ta' attivitajiet ta' ristrutturar u rkupru skont il-ftehim ta' garanzija rilevanti;

(c)  jista', fuq talba minn bank jew istituzzjoni promozzjonali nazzjonali, jipprovdi l-bini ta' kapaċità msemmi fl-Artikolu 20(2)(f) lil dak il-bank jew istituzzjoni promozzjonali nazzjonali u/jew servizzi oħra, relatati mal-implimentazzjoni ta' prodotti finanzjarji appoġġati mill-garanzija tal-UE;

(d)  għandu, fir-rigward taċ-Ċentru tal-Konsulenza tal-InvestEU,

(i)  jiġi allokat ammont sa massimu ta' EUR [375] miljun mill-pakkett finanzjarju msemmi fl-Artikolu 4(3) għall-inizjattivi konsultattivi u l-kompiti operattivi msemmija fil-punt (ii);

(ii)  jagħti pariri lill-Kummissjoni u jwettaq kompiti operattivi, li għandhom jiġu stabbiliti fil-ftehim imsemmi fl-Artikolu 9a(2)(c), billi:

1.  jappoġġa lill-Kummissjoni fit-tfassil, fl-istabbiliment u fil-funzjonament taċ-Ċentru tal-Konsulenza tal-InvestEU;

2.  jipprovdi valutazzjoni tat-talbiet għal servizzi konsultattivi li l-Kummissjoni ma tqisx bħala li jaqgħu taħt inizjattivi konsultattivi eżistenti bl-għan li jappoġġa d-deċiżjoni ta' allokazzjoni tal-Kummissjoni;

3.  jappoġġa banek jew istituzzjonijiet promozzjonali nazzjonali billi jipprovdi l-bini tal-kapaċità msemmi fl-Artikolu 20(2)(f), fuq talba tagħhom, fir-rigward tal-iżvilupp tal-kapaċitajiet konsultattivi tagħhom biex jipparteċipaw f'inizjattivi konsultattivi;

4.  fuq talba tal-Kummissjoni u ta' sieħeb konsultattiv potenzjali u soġġett għall-qbil tal-Grupp tal-BEI, jagħmel kuntratti ma' sħab konsultattivi f'isem il-Kummissjoni għat-twettiq ta' inizjattivi konsultattivi.

Il-Grupp tal-BEI għandu jiżgura li l-kompiti tiegħu msemmija fil-paragrafu 1(d), punt (ii) jitwettqu b'mod kompletament indipendenti mir-rwol tiegħu bħala sieħeb konsultattiv.

2.  L-informazzjoni bankarja trażmessa lill-Grupp tal-BEI mill-Kummissjoni skont (ii), (iv), (v) u (vi) ta' (1)(b) għandha tkun limitata għall-informazzjoni strettament meħtieġa għall-Grupp tal-BEI biex iwettaq l-obbligi tiegħu skont dawn il-punti. Il-Kummissjoni, fi djalogu mill-qrib mal-Grupp tal-BEI u ma' sħab potenzjali inkarigati mill-implimentazzjoni, għandha tiddefinixxi n-natura u l-kamp ta' applikazzjoni tal-informazzjoni msemmija hawn fuq, filwaqt li tqis ir-rekwiżiti għal ġestjoni finanzjarja tajba tal-garanzija tal-UE, l-interessi leġittimi tas-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni fir-rigward tal-informazzjoni kummerċjalment sensittiva u l-ħtiġijiet tal-Grupp tal-BEI bl-għan li jissodisfa l-obbligi tiegħu skont dawk il-punti.

3.  Il-modalitajiet tas-sħubija għandhom jiġu stabbiliti fi ftehimiet, inklużi:

(a)  dwar l-għoti u l-implimentazzjoni tal-porzjon tal-garanzija tal-UE speċifikat fl-Artikolu 10(1b):

(i)  ftehim ta' garanzija bejn il-Kummissjoni u l-Grupp tal-BEI, jew

(ii)  ftehimiet ta' garanzija separati bejn il-Kummissjoni u l-BEI u/jew sussidjarja jew entità oħra kif definiti fl-Artikolu 28(1) tal-Istatut tal-BEI;

(b)  ftehim bejn il-Kummissjoni u l-Grupp tal-BEI fir-rigward tal-punti (b) u (c) tal-paragrafu 1;

(c)  ftehim bejn il-Kummissjoni u l-Grupp tal-BEI fir-rigward taċ-Ċentru tal-Konsulenza tal-InvestEU;

(d)  ftehimiet ta' servizz bejn il-Grupp tal-BEI u l-banek u l-istituzzjonijiet promozzjonali nazzjonali li jikkonċernaw il-bini tal-kapaċità u servizzi oħra f'konformità mal-punt (c) tal-paragrafu 1.

4.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 15(3) u 20(4), l-ispejjeż imġarrba mill-Grupp tal-BEI għat-twettiq tal-kompiti msemmija fil-punti (b) u (c) tal-paragrafu 1 għandhom jikkonformaw mal-kundizzjonijiet miftiehma skont il-ftehim imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 2 u jistgħu jiġu koperti mill-ħlasijiet lura jew mid-dħul attribwibbli għall-garanzija tal-UE li jikkontribwixxu għall-proviżjonament, f'konformità mal-Artikolu 211(4) u (5) tar-Regolament Finanzjarju, jew jiġu imposti fuq il-pakkett imsemmi fl-Artikolu 4(3), fuq il-ġustifikazzjoni ta' dawn l-ispejjeż mill-Grupp tal-BEI u fi ħdan limitu massimu ġenerali ta' [EUR 7 000 000].

5.  L-ispejjeż imġarrba mill-Grupp tal-BEI għat-twettiq tal-kompiti operattivi msemmija fil-punt (d)(ii) tal-paragrafu 1 għandhom ikunu koperti kompletament u mħallsa mill-ammont imsemmi fil-punt (d)(i) tal-paragrafu 1, fuq ġustifikazzjoni ta' dawn l-ispejjeż mill-Grupp tal-BEI u fi ħdan limitu ġenerali ta' [EUR 10 000 000].

Artikolu 9b

Kunflitt ta' interess

Fi ħdan il-qafas tas-sħubija, il-Grupp tal-BEI għandu jieħu l-miżuri u l-prekawzjonijiet kollha meħtieġa biex jevita kunflitti ta' interess ma' sħab oħra inkarigati mill-implimentazzjoni, inkluż billi jinħoloq tim dedikat u indipendenti għall-kompiti msemmija fl-Artikolu 9a(1)(b)(iii), (iv), (v), u (vi) li għandu jkun soġġett għal regoli stretti ta' kunfidenzjalità, li għandhom ikomplu japplikaw għal dawk li jkunu ħallew it-tim. Il-Grupp tal-BEI jew is-sħab l-oħra inkarigati mill-implimentazzjoni għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni mingħajr dewmien dwar kwalunkwe sitwazzjoni li tikkostitwixxi jew li aktarx twassal għal kwalunkwe kunflitt ta' dan it-tip. F'każ ta' dubju, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi jekk jeżistix kunflitt ta' interess u għandha tinforma lill-Grupp tal-BEI b'dan. F'każ ta' kunflitt ta' interess, il-Grupp tal-BEI għandu jieħu l-miżuri xierqa. Il-bord ta' tmexxija għandu jiġi infurmat bil-miżuri meħuda u bir-riżultati tagħhom.

Il-Grupp tal-BEI għandu jieħu l-prekawzjonijiet neċessarji biex jevita sitwazzjonijiet ta' kunflitt ta' interess fl-implimentazzjoni taċ-Ċentru tal-Konsulenza tal-InvestEU, b'mod partikolari fir-rigward tal-kompiti operattivi fir-rwol tiegħu ta' appoġġ lill-Kummissjoni msemmi fl-Artikolu 9a(1)(d)(ii). F'każ ta' kunflitt ta' interess, il-Grupp tal-BEI għandu jieħu l-miżuri xierqa.

KAPITOLU III

Il-garanzija tal-UE

Artikolu 10

Il-garanzija tal-UE

1.  Il-garanzija tal-UE għandha tingħata bħala garanzija irrevokabbli, mingħajr kundizzjonijiet u fuq talba lis-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni skont l-[Artikolu 219(1)] tar-[Regolament Finanzjarju] u tiġi ġestita skont it-[Titolu X] tar-[Regolament Finanzjarju] f'ġestjoni indiretta.

1a.  Ir-remunerazzjoni tal-garanzija tal-UE għandha tkun marbuta mal-karatteristiċi u l-profil tar-riskju tal-prodotti finanzjarji, filwaqt li tqis kif xieraq in-natura tal-operazzjonijiet sottostanti ta' finanzjament u investiment u t-twettiq tal-għanijiet ta' politika mmirati. Din tista' tinkludi, f'każijiet debitament ġustifikati relatati man-natura tal-għanijiet ta' politika mmirati mill-prodott finanzjarju li għandu jiġi implimentat u mal-affordabbiltà għal destinatarji finali mmirati, tnaqqis tal-ispiża jew titjib fit-termini ta' finanzjament mogħtija lid-destinatarju finali permezz ta' modulazzjoni tar-remunerazzjoni tal-garanzija tal-UE, jew, fejn meħtieġ, billi jiġu koperti l-ispejjeż amministrattivi pendenti mġarrba mis-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni permezz tal-baġit tal-UE, b'mod partikolari:

(a)  f'sitwazzjonijiet fejn il-kundizzjonijiet tas-suq finanzjarju enfasizzati jkunu jimpedixxu t-twettiq ta' operazzjoni skont il-prezzijiet abbażi tas-suq, jew

(b)  fejn meħtieġ sabiex jiġu katalizzati l-operazzjonijiet ta' finanzjament u ta' investiment f'setturi jew oqsma li qed jesperjenzaw falliment sinifikanti tas-suq jew sitwazzjoni ta' investiment subottimali u biex jiġi ffaċilitat l-istabbiliment ta' pjattaformi ta' investiment,

sal-punt li t-tnaqqis tar-remunerazzjoni tal-garanzija tal-UE jew il-kopertura tal-ispejjeż amministrattivi pendenti mġarrba mis-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni ma jkollhomx impatt sinifikanti fuq il-proviżjonament tal-garanzija InvestEU.

It-tnaqqis tar-remunerazzjoni tal-garanzija tal-UE għandu jkun ta' benefiċċju totali għad-destinatarji finali.

1b.  Il-kundizzjoni stabbilita fl-Artikolu 219(4) tar-Regolament Finanzjarju għandha tapplika għal kull sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni fuq bażi ta' portafoll.

1c.  75 % tal-garanzija tal-UE fil-kompartiment tal-UE kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(1), li tammonta għal EUR [30 613 125 000], għandha tingħata lill-Grupp tal-BEI. Il-Grupp tal-BEI għandu jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja aggregata li tammonta għal EUR [7 653 281 250]. Din il-kontribuzzjoni għandha tingħata b'mod u għamla li tiffaċilita l-implimentazzjoni tal-Fond InvestEU u l-kisba tal-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 12(2).

1d.  Il-25 % li jifdal tal-garanzija tal-UE fil-kompartiment tal-UE għandu jingħata lil sħab oħra inkarigati mill-implimentazzjoni, li għandhom jipprovdu wkoll kontribuzzjoni finanzjarja li għandha tiġi determinata fil-ftehimiet ta' garanzija.

1e.  Għandu jsir l-aqwa sforz biex jiġi żgurat li fi tmiem il-perjodu ta' investiment tkun koperta firxa wiesgħa ta' setturi u reġjuni, u tiġi evitata konċentrazzjoni settorjali jew ġeografika eċċessiva. Dawn l-isforzi għandhom jinkludu inċentivi għall-banek u istituzzjonijiet promozzjonali nazzjonali iżgħar jew anqas sofistikati li għandhom vantaġġ komparattiv minħabba l-kompetenzi lokali tagħhom ta' preżenza, għarfien u investiment. Dawk l-isforzi għandhom ikunu appoġġati mill-Kummissjoni permezz tal-iżvilupp ta' approċċ koerenti.

2.  L-appoġġ tal-garanzija tal-UE jista' jingħata għal operazzjonijiet ta' finanzjament u ta' investiment koperti minn dan ir-Regolament għal perjodu ta' investiment li jintemm fit-31 ta' Diċembru 2027. Kuntratti bejn is-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni u d-destinatarju finali jew l-intermedjarju finanzjarju jew entità oħra msemmija fl-Artikolu 13(1)(a) għandhom jiġu ffirmati sal-31 ta' Diċembru 2028.

Artikolu 11

Operazzjonijiet ta' finanzjament u ta' investiment eliġibbli

1.  Il-Fond InvestEU għandu jappoġġa biss operazzjonijiet ta' finanzjament u ta' investiment li

(a)  jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-[punti (a) sa (e) tal-Artikolu 209(2)] tar-[Regolament Finanzjarju], b'mod partikolari bir-rekwiżiti ▌rigward il-fallimenti tas-suq, is-sitwazzjonijiet ta' investiment subottimali u l-addizzjonalità kif stabbilit fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 209(2) tar-Regolament Finanzjarju u fl-Anness V ta' dan ir-Regolament u, fejn xieraq, jimmassimizzaw l-investiment privat f'konformità mal-[punt (d) tal-Artikolu 209(2)] tar-[Regolament Finanzjarju];

(b)  jikkontribwixxu għall-għanijiet ta' politika tal-Unjoni u jinsabu fil-kamp ta' applikazzjoni taż-żoni eliġibbli għal operazzjonijiet ta' finanzjament u ta' investiment taħt is-sezzjoni xierqa skont l-Anness II ta' dan ir-Regolament; ▌

(ba)  ma jipprovdux appoġġ finanzjarju għall-attivitajiet esklużi definiti fil-punt B tal-Anness V ta' dan ir-Regolament; u

(c)  ikunu konsistenti mal-linji gwida dwar l-investiment.

2.  Minbarra l-proġetti li jkunu jinsabu fl-Unjoni, il-Fond InvestEU jista' jappoġġa l-proġetti u l-operazzjonijiet li ġejjin permezz ta' finanzjament u investiment:

(a)  proġetti ▌bejn entitajiet ibbażati jew stabbiliti fi Stat Membru wieħed jew aktar u li jestendu għal pajjiż terz wieħed jew aktar, inklużi pajjiżi aderenti, pajjiżi kandidati u pajjiżi kandidati potenzjali, pajjiżi li jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni tal-Politika Ewropea tal-Viċinat, miż-Żona Ekonomika Ewropea jew mill-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles, jew għal pajjiż jew territorju extra-Ewropew kif stabbilit fl-Anness II tat-TFUE, jew għal pajjiż terz assoċjat, kemm jekk ikun hemm sieħeb u kemm jekk le f'dawk il-pajjiżi jew territorji extra-Ewropej;

(b)  operazzjonijiet ta' finanzjament u ta' investiment f'pajjiżi msemmija fl-Artikolu 5 li jkunu kkontribwew għal prodott finanzjarju speċifiku.

3.  Il-Fond InvestEU jista' jappoġġa l-operazzjonijiet ta' finanzjament u ta' investiment li jipprovdu finanzi lil destinatarji li huma entitajiet legali stabbiliti f'xi wieħed mill-pajjiżi li ġejjin:

(a)  Stat Membru jew pajjiż jew territorju extra-Ewropew marbut miegħu;

(b)  pajjiż terz jew territorju assoċjat mal-Programm InvestEU skont l-Artikolu 5;

(c)  pajjiż terz imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 2, fejn applikabbli;

(d)  pajjiżi oħra fejn meħtieġ għall-finanzjament ta' proġett f'pajjiż jew territorju msemmi fil-punti (a) sa (c).

Artikolu 12

L-għażla tas-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni, minbarra l-Grupp tal-BEI

1.  Il-Kummissjoni għandha tagħżel f'konformità mal-Artikolu 154 tar-Regolament Finanzjarju s-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni, minbarra l-Grupp tal-BEI.

Is-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni jistgħu jiffurmaw grupp. Sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni jista' jkun membru ta' grupp wieħed jew aktar.

Għall-kompartiment tal-UE, il-kontropartijiet eliġibbli għandhom ikunu esprimew l-interess tagħhom fir-rigward tal-porzjon tal-garanzija tal-UE msemmi fl-Artikolu 10(1c).▌

Għall-kompartiment tal-Istat Membru, l-Istat Membru kkonċernat jista' jipproponi kontroparti waħda jew aktar ▌ bħala sħab inkarigati mill-implimentazzjoni minn fost dawk li jkunu wrew l-interess tagħhom ▌. L-Istat Membru kkonċernat jista' jipproponi wkoll lill-Grupp tal-BEI bħala sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni u jista' jikkuntratta, bi spejjeż tiegħu, lill-Grupp tal-BEI biex jipprovdi s-servizzi elenkati fl-Artikolu 9a.

Fejn l-Istat Membru kkonċernat ma jipproponix sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tipproċedi skont it-tieni subparagrafu ta' dan il-paragrafu fost dawk is-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni li jkunu kapaċi jkopru operazzjonijiet ta' finanzjament u ta' investiment fiż-żoni ġeografiċi kkonċernati.

2.  Meta tagħżel is-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-portafoll ta' prodotti finanzjarji taħt il-Fond InvestEU jissodisfa l-għanijiet li ġejjin:

(a)  li jimmassimizza l-kopertura tal-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 3;

(b)  li jimmassimizza l-impatt tal-garanzija tal-UE permezz tar-riżorsi proprji impenjati mis-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni;

(c)  li jimmassimizza, fejn xieraq, l-investiment privat;

(ca)  li jippromwovi soluzzjonijiet finanzjarji u tar-riskji innovattivi biex jindirizzaw fallimenti tas-suq u sitwazzjonijiet ta' investiment subottimali;

(d)  li jikseb diversifikazzjoni ġeografika permezz ta' allokazzjoni gradwali tal-garanzija tal-UE, u li jippermetti finanzjament ta' proġetti iżgħar;

(e)  li jipprovdi diversifikazzjoni tar-riskji b'mod suffiċjenti;

3.  Meta tkun qed tagħżel is-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tqis ukoll:

(a)  l-ispiża u r-remunerazzjoni possibbli għall-baġit tal-Unjoni;

(b)  il-kapaċità tas-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni li jimplimenta bir-reqqa r-rekwiżiti tal-Artikolu 155(2) u 155(3) tar-Regolament Finanzjarju relatati mal-evitar tat-taxxa, mal-frodi tat-taxxa, mal-evażjoni tat-taxxa, mal-ħasil tal-flus, mal-finanzjament tat-terroriżmu u mal-ġuriżdizzjonijiet li ma jikkooperawx.

4.  Il-banek jew l-istituzzjonijiet promozzjonali nazzjonali jistgħu jintgħażlu bħala sħab inkarigati mill-implimentazzjoni, bil-kundizzjoni li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti f'dan l-Artikolu u fit-tieni subparagrafu u tal-Artikolu 14(1).

Artikolu 13

Tipi eliġibbli ta' finanzjament

1.  Il-garanzija tal-UE tista' tintuża għall-kopertura tar-riskji għat-tipi ta' finanzjament li ġejjin ipprovduti mis-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni:

(a)  self, garanziji, kontrogaranziji, strumenti tas-suq tal-kapital, kwalunkwe forma oħra ta' finanzjament jew tisħiħ fil-kreditu, inkluż dejn subordinat, jew parteċipazzjonijiet f'ekwità jew kważi ekwità, pprovduti direttament jew indirettament permezz ta' intermedjarji finanzjarji, fondi, pjattaformi tal-investiment jew veikoli oħra li jkunu se jiġu mgħoddija lil destinatarji finali;

(b)  finanzjament jew garanziji minn sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni lil istituzzjoni finanzjarja oħra li tippermetti lil dan tal-aħħar li jwettaq attivitajiet ta' finanzjament imsemmija fil-punt (a).

Sabiex jiġi kopert mill-garanzija tal-UE, il-finanzjament imsemmi fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandu jingħata, jinkiseb jew jinħareġ għall-benefiċċju tal-operazzjonijiet ta' finanzjament jew ta' investiment imsemmija fl-Artikolu 11(1), fejn il-finanzjament mis-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni jkun ingħata f'konformità ma' ftehim jew tranżazzjoni ta' finanzjament iffirmati jew sottoskritti mis-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni wara li jiġi ffirmat il-ftehim ta' garanzija bejn il-Kummissjoni u s-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni u li ma jkunx skada jew ġie kkanċellat.

2.  L-operazzjonijiet ta' finanzjament u ta' investiment permezz ta' fondi jew strutturi intermedjarji simili oħra għandhom ikunu appoġġati mill-garanzija tal-UE skont id-dispożizzjonijiet li għandhom jiġu stabbiliti fil-linji gwida tal-investiment anki jekk tali struttura tinvesti minoranza tal-ammonti investiti tagħha barra l-Unjoni u fil-pajjiżi msemmija fl-Artikolu 11(2) jew f'assi għajr dawk eliġibbli skont dan ir-Regolament.

Artikolu 14

Ftehim ta' garanzija

1.  Il-Kummissjoni għandha tikkonkludi ftehim ta' garanzija ma' kull sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni dwar l-għoti tal-garanzija tal-UE, b'konformità mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament sa ammont li jiġi determinat mill-Kummissjoni.

F'każ li s-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni jiffurmaw grupp ▌, għandu jiġi konkluż ftehim ta' garanzija uniku bejn il-Kummissjoni u kull sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni fil-grupp jew ma' sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni wieħed f'isem il-grupp.

2.  Il-ftehimiet ta' garanzija għandhom jinkludu, b'mod partikolari, dispożizzjonijiet rigward:

(a)  l-ammont u t-termini tal-kontribuzzjoni finanzjarja li għandha tiġi pprovduta mis-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni;

(b)  it-termini tal-finanzjament jew tal-garanziji li għandhom jiġu pprovduti mis-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni lil entità ġuridika oħra li tipparteċipa fl-implimentazzjoni, kull meta dan ikun il-każ;

(c)  f'konformità mal-Artikolu 16, regoli dettaljati dwar il-provvediment tal-garanzija tal-UE, inkluża l-kopertura ta' portafolli ta' tipi speċifiċi ta' strumenti u l-avvenimenti rispettivi li joħolqu sejħiet possibbli għall-garanzija tal-UE;

(d)  ir-remunerazzjoni għat-teħid tar-riskji li għandha tiġi allokata fi proporzjon mas-sehem rispettiv fit-teħid tar-riskji tal-Unjoni u s-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni jew kif aġġustata fil-każijiet debitament ġustifikati skont l-Artikolu 16(1);

(e)  il-kundizzjonijiet tal-ħlas;

(f)  l-impenn tas-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni li jaċċetta d-deċiżjonijiet mill-Kummissjoni u mill-Kumitat tal-Investiment fir-rigward tal-użu tal-garanzija tal-UE għall-benefiċċju ta' operazzjoni ta' finanzjament jew ta' investiment li tiġi proposta, mingħajr preġudizzju għat-teħid tad-deċiżjonijiet tas-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni dwar l-operazzjoni mingħajr il-garanzija tal-UE;

(g)  dispożizzjonijiet u proċeduri relatati mal-irkupru ta' pretensjonijiet li għandhom jiġu fdati lis-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni;

(h)  ir-rappurtar finanzjarju u operattiv u l-monitoraġġ tal-operazzjonijiet taħt il-garanzija tal-UE;

(i)  indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni, b'mod partikolari fir-rigward tal-użu tal-garanzija tal-UE, it-twettiq tal-għanijiet u l-kriterji stabbiliti fl-Artikoli 3, 7 u 11 kif ukoll il-mobilizzazzjoni tal-kapital privat;

(j)  fejn applikabbli, dispożizzjonijiet u proċeduri relatati ma' operazzjonijiet ta' finanzjament imħallat;

(k)  dispożizzjonijiet rilevanti oħra f'konformità mar-rekwiżiti tal-Artikolu 155(2) u tat-[Titolu X] tar-[Regolament Finanzjarju];

(l)  l-eżistenza ta' mekkaniżmi adegwati għal tħassib potenzjali ta' investituri privati.

3.  Ftehim ta' garanzija għandu wkoll jipprovdi li r-remunerazzjoni attribwibbli lill-Unjoni minn operazzjonijiet ta' finanzjament u ta' investiment koperti minn dan ir-Regolament għandha tiġi pprovduta wara t-tnaqqis ta' pagamenti dovuti fir-rigward ta' sejħiet fuq il-garanzija tal-UE.

4.  Barra minn hekk, ftehim ta' garanzija għandu jipprovdi li kull ammont dovut lis-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni relatat mal-garanzija tal-UE għandu jitnaqqas mill-ammont globali tar-remunerazzjoni, tad-dħul u tal-ħlasijiet lura dovuti mis-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni lill-Unjoni minn operazzjonijiet ta' finanzjament u ta' investiment koperti minn dan Regolament. Meta dan l-ammont ma jkunx suffiċjenti biex ikopri l-ammont dovut lil sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni skont l-Artikolu 15(3), l-ammont pendenti għandu jittieħed mill-proviżjonament tal-garanzija tal-UE.

5.  Fejn il-ftehim ta' garanzija jiġi konkluż taħt il-kompartiment tal-Istat Membru, dan jista' jipprevedi l-parteċipazzjoni ta' rappreżentanti mill-Istat Membru jew mir-reġjuni kkonċernati fil-monitoraġġ fuq l-implimentazzjoni tal-ftehim ta' garanzija.

Artikolu 15

Rekwiżiti għall-użu tal-garanzija tal-UE

1.  L-għoti tal-garanzija tal-UE għandu jkun soġġett għad-dħul fis-seħħ tal-ftehim ta' garanzija mas-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni rilevanti.

2.  L-operazzjonijiet ta' finanzjament u ta' investiment għandhom ikunu koperti mill-garanzija tal-UE biss fejn jissodisfaw il-kriterji stabbiliti f'dan ir-Regolament u fil-linji gwida tal-investiment rilevanti u fejn l-Kumitat tal-Investiment ikun ikkonkluda li dawn jissodisfaw ir-rekwiżiti biex jibbenefikaw mill-appoġġ tal-garanzija tal-UE. Is-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni għandhom jibqgħu responsabbli biex jiżguraw il-konformità tal-operazzjonijiet ta' finanzjament u ta' investiment ma' dan ir-Regolament u mal-linji gwida ta' investiment rilevanti.

3.  Ebda kost amministrattiv jew tariffa relatati mal-implimentazzjoni ta' operazzjonijiet ta' finanzjament u ta' investiment taħt il-garanzija tal-UE ma għandhom ikun dovuti lis-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni mill-Kummissjoni, sakemm in-natura tal-għanijiet ta' politika mmirati mill-prodott finanzjarju li jkollu jiġi implimentat u l-aċċessibbiltà ekonomika għad-destinatarji finali mmirati jew it-tip ta' finanzjament ipprovdut jkunu jippermettu lis-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni jiġġustifika debitament lill-Kummissjoni l-ħtieġa li ssir eċċezzjoni. Il-kopertura ta' dawn l-ispejjeż mill-baġit tal-UE għandha tkun limitata għal ammont strettament meħtieġ għall-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet ta' finanzjament u ta' investiment, u mogħtija biss sal-punt sa liema l-ispiża ma tkunx koperta mid-dħul li jirċievu s-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni fir-rigward tal-operazzjonijiet ta' finanzjament u ta' investiment ikkonċernati. L-arranġamenti relatati mat-tariffi għandhom jiġu stabbiliti fil-ftehim ta' garanzija u għandhom ikunu konformi mal-modalitajiet stabbiliti fl-Artikolu 14(4) u mal-Artikolu 209(2)(g)] tar-Regolament Finanzjarju.

4.  Barra minn hekk, is-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni jista' juża l-garanzija tal-UE biex jissodisfa s-sehem rilevanti minn kwalunkwe spiża ta' rkupru, sakemm dan ma jitnaqqasx mid-dħul mill-irkupru, skont l-Artikolu 14(4).

Artikolu 16

Il-kopertura u t-termini tal-garanzija tal-UE

1.  Ir-remunerazzjoni għat-teħid tar-riskji għandha tiġi allokata bejn l-Unjoni u sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni fi proporzjon mas-sehem rispettiv tagħhom fit-teħid tar-riskji ta' portafoll ta' operazzjonijiet ta' finanzjament u ta' investiment jew, fejn ikun rilevanti, ta' operazzjonijiet individwali. Ir-remunerazzjoni tal-garanzija tal-UE tista' tonqos f'każijiet debitament ġustifikati msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 10(1).

Is-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni għandu jkollu skopertura xierqa għar-riskji tiegħu stess għal operazzjonijiet ta' finanzjament u ta' investiment appoġġati mill-garanzija tal-UE, sakemm eċċezzjonalment l-għanijiet tal-politika mmirati mill-prodott finanzjarju li jkollu jiġi implimentat ikunu ta' tali natura li s-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni ma jkunx jista' jikkontribwixxi b'mod raġonevoli l-kapaċità ta' rfigħ tar-riskji fiha.

2.  Il-garanzija tal-UE għandha tkopri:

(a)  prodotti tad-dejn imsemmija fl-Artikolu 13(1)(a):

(i)  il-kapital u l-imgħax kollu u l-ammonti dovuti lis-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni iżda mhux riċevuti f'konformità mat-termini tal-operazzjonijiet ta' finanzjament sal-avveniment ta' inadempjenza; id-dejn subordinat, id-differiment, ir-ribass jew iċ-ċessjoni mitluba għandhom jitqiesu bħala avveniment ta' inadempjenza;

(ii)  it-telf fuq ir-ristrutturar;

(iii)  it-telf li jirriżulta minn fluttwazzjonijiet ta' muniti barra mill-euro fi swieq fejn il-possibilitajiet għall-iħħeġġjar fit-tul ikunu limitati;

(b)  investimenti ta' ekwità jew kważi ekwità msemmija fl-Artikolu 13(1)(a), l-ammonti investiti u l-ispejjeż tal-finanzjament assoċjati tagħhom u telf li jirriżulta minn fluttwazzjonijiet ta' muniti li mhumiex l-euro;

(c)  finanzjament jew garanziji minn sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni lil entità ġuridika oħra msemmija fl-Artikolu 13(1)(b), l-ammonti użati u l-ispejjeż tal-finanzjament assoċjati magħhom.

3.  Fejn l-Unjoni tagħmel pagament lis-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni fuq sejħa fuq il-garanzija tal-UE, dan għandu jiġi surrogat fid-drittijiet rilevanti, safejn jibqgħu jeżistu, tas-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni relatat ma' kwalunkwe operazzjoni ta' finanzjament jew ta' investiment koperta mill-garanzija tal-UE.

Is-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni għandu, f'isem l-Unjoni, isegwi l-irkupru ta' pretensjonijiet għall-ammonti surrogati u jirrimborża lill-Unjoni mis-somom irkuprati.

KAPITOLU IV

GOVERNANZA

Artikolu 17

Il-Bord Konsultattiv

1.  Il-Kummissjoni u l-Bord ta' Tmexxija għandhom ikunu megħjuna minn Bord Konsultattiv▌.

1a.  Il-Bord Konsultattiv għandu jagħmel dak kollu possibbli biex jiżgura bilanċ tal-ġeneru u għandu jinkludi fih:

(a)  rappreżentant ta' kull sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni;

(b)  rappreżentant ta' kull Stat Membru;

(c)  espert maħtur mill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,

(d)  espert maħtur mill-Kumitat tar-Reġjuni.

4.  Il-Bord Konsultattiv għandu jkun presedut minn rappreżentant tal-Kummissjoni. Ir-rappreżentant innominat mill-Grupp tal-BEI għandu jkun l-viċi president.

Il-Bord Konsultattiv għandu jiltaqa' regolarment u mill-inqas darbtejn fis-sena fuq talba tal-President. ▌

5.  Il-Bord Konsultattiv għandu

(a)  ▌jipprovdi pariri lill-Kummissjoni u lill-Bord ta' Tmexxija dwar it-tfassil ta' prodotti finanzjarji li għandhom jiġu implimentati skont dan ir-Regolament;

(b)  jagħti pariri lill-Kummissjoni u lill-Bord ta' Tmexxija dwar l-iżviluppi tas-suq, il-fallimenti tas-suq u dwar is-sitwazzjonijiet ta' investiment subottimali u l-kundizzjonijiet tas-suq;

(c)  jiskambja opinjonijiet dwar l-iżviluppi tas-suq u jaqsam l-aħjar prattiki.

5a.  Il-laqgħat tar-rappreżentanti tal-Istati Membri f'format separat għandhom ikunu organizzati wkoll mill-inqas darbtejn fis-sena u preseduti mill-Kummissjoni.

5b.  Il-Bord Konsultattiv u l-format tal-Istati Membri tiegħu jistgħu jifformulaw rakkomandazzjonijiet dwar l-implimentazzjoni u l-funzjonament tal-programm InvestEU, li jiġi kkunsidrati mill-Bord ta' Tmexxija.

5c.  Il-minuti dettaljati tal-laqgħat tal-Bord Konsultattiv għandhom isiru pubbliċi mill-aktar fis possibbli wara li jkunu ġew approvati mill-Bord Konsultattiv.

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi r-regoli u l-proċeduri operattivi u tamministra s-segretarjat tal-Bord Konsultattiv. Id-dokumentazzjoni u l-informazzjoni kollha rilevanti għandhom ikunu għad-dispożizzjoni tal-Bord Konsultattiv biex jaqdi l-kompiti tiegħu.

5d.  Il-banek jew l-istituzzjonijiet promozzjonali nazzjonali rappreżentati fil-Bord Konsultattiv għandhom jagħżlu minn fosthom ir-rappreżentanti tas-sħab l-oħra inkarigati mill-implimentazzjoni li mhumiex tal-Grupp tal-BEI fil-Bord ta' Tmexxija msemmi fl-Artikolu 17a(1). Il-banek jew l-istituzzjonijiet promozzjonali nazzjonali għandhom jimmiraw għal rappreżentanza bbilanċjata fil-Bord ta' Tmexxija f'termini tad-daqs u tal-pożizzjoni ġeografika tagħhom. Ir-rappreżentanti magħżula għandhom jirrappreżentaw il-pożizzjoni komuni maqbula tas-sħab kollha inkarigati mill-implimentazzjoni li mhumiex tal-Grupp tal-BEI.

Artikolu 17a

Il-Bord ta' Tmexxija

1.  Għandu jiġi stabbilit Bord ta' Tmexxija għall-Programm InvestEU. Għandu jkun kompost minn erba' rappreżentanti tal-Kummissjoni, tliet rappreżentanti tal-Grupp tal-BEI u żewġ rappreżentanti tas-sħab l-oħra inkarigati mill-implimentazzjoni li mhumiex tal-Grupp tal-BEI u espert maħtur bħala membru mingħajr dritt ta' vot mill-Parlament Ewropew. Dak l-espert ma għandux ifittex jew isegwi struzzjonijiet minn istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji jew aġenziji tal-Unjoni Ewropea, mill-ebda gvern ta' Stat Membru jew mill-ebda korp pubbliku jew privat ieħor u għandu jaġixxi b'indipendenza sħiħa. L-espert għandu jaqdi dmirijietu b'mod imparzjali u fl-interess tal-Fond InvestEU.

Il-membri għandhom jinħatru għal mandat ta' erba' snin, li jista' jiġġedded darba, bl-eċċezzjoni tar-rappreżentanti tas-sħab l-oħra inkarigati mill-implimentazzjoni li mhumiex tal-Grupp tal-BEI, li jinħatru għal mandat ta' sentejn.

2.  Il-Bord ta' Tmexxija għandu jagħżel President minn fost ir-rappreżentanti tal-Kummissjoni għal mandat ta' erba' snin, li jista' jiġġedded darba. Il-President għandu jirrapporta darbtejn fis-sena lir-rappreżentanti tal-Istati Membri fil-Bord Konsultattiv dwar l-implimentazzjoni u l-funzjonament tal-Programm InvestEU.

Il-minuti dettaljati tal-laqgħat tal-Bord ta' Tmexxija għandhom jiġu ppubblikati malli jiġu approvati mill-Bord ta' Tmexxija.

3.  Il-Bord ta' Tmexxija għandu:

(a)  jiddetermina l-gwida strateġika u operattiva għas-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni, inkluża l-gwida dwar it-tfassil tal-prodotti finanzjarji u dwar politiki u proċeduri operattivi oħrajn neċessarji għall-funzjonament tal-Fond InvestEU;

(b)  jadotta qafas metodoloġiku għar-riskji żviluppat mill-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mal-Grupp tal-BEI u mas-sħab l-oħra inkarigati mill-implimentazzjoni;

(c)  jissorvelja l-implimentazzjoni tal-Programm InvestEU;

(d)  jiġi kkonsultat, billi jippreżenta l-fehmiet tal-membri kollha tiegħu, dwar il-lista finali tal-kandidati għall-Kumitat tal-Investiment qabel l-għażla f'konformità mal-Artikolu 19(2);

(e)  jadotta r-regoli ta' proċedura tas-segretarjat għall-Kumitat tal-Investiment imsemmi fl-Artikolu 19(2).

(f)  jadotta r-regoli applikabbli għall-operazzjonijiet bi pjattaformi ta' investiment.

4.  Il-Bord ta' Tmexxija għandu juża approċċ kunsenswali fid-diskussjonijiet tiegħu, jiġifieri jqis kemm jista' jkun possibbli l-pożizzjoni tal-membri kollha. Jekk il-membri ma jistgħux jikkonverġu fil-pożizzjonijiet tagħhom, id-deċiżjonijiet tal-Bord ta' Tmexxija jittieħdu b'maġġoranza tal-membri bi dritt ta' vot, li tikkonsisti mill-inqas f'seba' voti.

Artikolu 17b

Tabella ta' valutazzjoni

1.  Għandha tkun stabbilita tabella ta' valutazzjoni ta' indikaturi (it-"tabella ta' valutazzjoni") biex tkun żgurata valutazzjoni indipendenti, trasparenti u armonizzata min-naħa tal-Kumitat tal-Investiment tat-talbiet għall-użu tal-garanzija tal-UE għal operazzjoni ta' finanzjament jew ta' investiment proposta minn sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni.

2.  Is-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni għandhom jimlew it-tabella ta' valutazzjoni dwar il-proposti tagħhom għal operazzjonijiet ta' finanzjament u ta' investiment.

3.  It-tabella ta' valutazzjoni għandha, b'mod partikolari, tkopri dawn l-elementi li ġejjin:

(a)  deskrizzjoni tal-operazzjonijiet ta' finanzjament u ta' investiment;

(b)  il-kontribut fl-għanijiet tal-politika tal-UE;

(c)  addizzjonalità, deskrizzjoni tal-falliment tas-suq jew tas-sitwazzjoni ta' investiment subottimali u kontribut tekniku min-naħa tas-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni;

(d)  l-impatt tal-investiment;

(e)  il-profil finanzjarju tal-operazzjonijiet ta' finanzjament u ta' investiment;

(f)  indikaturi komplementari.

4.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 26 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi elementi addizzjonali tat-tabella ta' valutazzjoni, fosthom regoli dettaljati għat-tabella ta' valutazzjoni biex jintużaw mis-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni.

Artikolu 18

Verifika tal-politiki

3.  Il-Kummissjoni għandha tikkonferma jekk l-operazzjonijiet ta' investiment u ta' finanzjament proposti mis-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni li mhumiex tal-BEI jkunux konformi mal-leġiżlazzjoni u mal-politiki tal-Unjoni.

3a.  Fil-każ tal-operazzjonijiet ta' finanzjament u ta' investiment tal-BEI fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, tali operazzjonijiet ma għandhomx ikunu koperti mill-garanzija tal-UE meta l-Kummissjoni toħroġ opinjoni favorevoli fi ħdan il-qafas tal-proċedura prevista fl-Artikolu 19 tal-Protokoll nru 5,

Artikolu 19

Il-Kumitat tal-Investiment

1.  Għandu jiġi stabbilit Kumitat tal-Investiment totalment indipendenti għall-Fond InvestEU. Huwa għandu:

(a)  jeżamina l-proposti għal operazzjonijiet ta' finanzjament u ta' investiment ippreżentati minn sħab inkarigati mill-implimentazzjoni għal kopertura taħt il-garanzija tal-UE, li għaddew minn kontroll tal-konformità mal-leġiżlazzjoni u mal-politiki tal-Unjoni mwettaq mill-Kummissjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 18(3) jew irċevew opinjoni favorevoli fi ħdan il-qafas tal-proċedura prevista fl-Artikolu 19 tal-Protokoll nru 5;

(b)  jivverifika l-konformità tagħhom ma' dan ir-Regolament u mal-linji gwida ta' investiment rilevanti,

(ba)  ▌jagħti attenzjoni partikolari għar-rekwiżit ta' addizzjonalità msemmi fl-Artikolu 209(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju u fl-Anness V ta' dan ir-Regolament u l-ħtieġa li jiġi attratt l-investiment privat imsemmi fl-Artikolu 209(2)(d) tar-Regolament Finanzjarju u

(c)  jivverifika jekk l-operazzjonijiet ta' finanzjament u ta' investiment li jitressqu biex jibbenefikaw mill-appoġġ tal-garanzija tal-UE jikkonformawx mar-rekwiżiti rilevanti kollha.

2.  Il-Kumitat tal-Investiment għandu jiltaqa' f'erba' konfigurazzjonijiet differenti, li jikkorrispondu mas-sezzjonijiet ta' politika msemmija fl-Artikolu 7(1).

Kull konfigurazzjoni tal-Kumitat tal-Investiment għandha tkun magħmula minn sitt esperti esterni remunerati. L-esperti għandhom jintgħażlu f'konformità mal-Artikolu 237 tar-Regolament Finanzjarju u jinħatru mill-Kummissjoni, fuq rakkomandazzjoni tal-Bord ta' Tmexxija, għal mandat ▌li ma jaqbiżx l-erba' snin, li jiġġedded darba. Huma għandhom ikunu remunerati mill-Unjoni. Il-Kummissjoni, fuq rakkomandazzjoni tal-Bord ta' Tmexxija, tista' tiddeċiedi li ġġedded il-mandat ta' membru stabbilit tal-Kumitat tal-Investiment mingħajr ma tuża l-proċedura stabbilita f'dan il-paragrafu.

L-esperti għandu jkollhom livell għoli ta' esperjenza rilevanti fis-suq fl-istrutturar u fil-finanzjament tal-proġetti jew fil-finanzjament ta' SMEs jew ta' korporazzjonijiet.

Il-kompożizzjoni tal-Kumitat tal-Investiment għandha tiżgura li jkollu għarfien wiesa' tas-setturi koperti mis-sezzjonijiet ta' politika msemmija fl-Artikolu 7(1) u tas-swieq ġeografiċi fl-Unjoni u li kumplessivament ikollu bilanċ bejn il-ġeneri.

Erba' membri għandhom ikunu membri permanenti tal-erba' konfigurazzjonijiet tal-Kumitat tal-Investiment. Barra minn hekk, l-erba' konfigurazzjonijiet għandu jkollhom żewġ esperti kull wieħed b'esperjenza fl-investiment fis-setturi koperti minn dik is-sezzjoni ta' politika. Mill-inqas wieħed mill-membri permanenti għandu jkollu kompetenza fl-investiment sostenibbli. Il-Bord ta' Tmexxija għandu jassenja l-membri tal-Kumitat tal-Investiment għall-konfigurazzjoni jew konfigurazzjonijiet xierqa tiegħu. Il-Kumitat tal-Investiment għandu jaħtar president minn fost il-membri permanenti tiegħu.

3.  Meta jipparteċipaw fl-attivitajiet tal-Kumitat tal-Investiment, il-membri tiegħu għandhom iwettqu d-doveri tagħhom imparzjalment u fl-interess uniku tal-Fond InvestEU. Huma ma għandhomx ifittxu jew jieħdu struzzjonijiet mis-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni, mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni, mill-Istati Membri, jew minn kwalunkwe korp pubbliku jew privat ieħor.

Is-CVs u d-dikjarazzjonijiet ta' interess ta' kull membru tal-Kumitat tal-Investiment għandhom ikunu ppubblikati u aġġornati kostantement. Kull membru tal-Kumitat tal-Investiment għandu jikkomunika minnufih lill-Kummissjoni u lill-Bord ta' Tmexxija l-informazzjoni kollha meħtieġa biex jibqa' jiġi vverifikat fuq bażi kontinwa li ma jkun hemm ebda kunflitt ta' interessi.

Il-Bord ta' Tmexxija jista' jirrakkomanda li l-Kummissjoni tneħħi membru mill-funzjonijiet tiegħu jekk ma jirrispettax ir-rekwiżiti stabbiliti f'dan il-paragrafu jew minħabba raġunijiet oħra debitament ġustifikati.

4.  Meta jaġixxi skont dan l-Artikolu, il-Kumitat tal-Investiment għandu jkun assistit minn segretarjat. Is-segretarjat għandu jkun indipendenti u għandu jagħti kont lill-President tal-Kumitat tal-Investiment. Is-segretarjat għandu jinsab amministrattivament fi ħdan il-Kummissjoni. Ir-regoli ta' proċedura tas-segretarjat għandhom jiżguraw il-kunfidenzjalità tal-iskambji ta' informazzjoni u ta' dokumenti bejn is-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni u l-korpi governattivi rispettivi. Il-Grupp tal-BEI jista' jressaq proposti għal operazzjonijiet ta' finanzjament u ta' investiment direttament lill-Kumitat tal-Investiment u għandu jinnotifikahom lis-segretarjat.

Id-dokumentazzjoni fornuta mis-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni għandu jkun fiha formola ta' talba standardizzata, it-tabella ta' valutazzjoni msemmija fl-Artikolu 17b u kwalunkwe dokument ieħor li l-Kumitat tal-Investiment jidhirlu rilevanti, partikolarment deskrizzjoni tan-natura tal-falliment tas-suq jew tas-sitwazzjoni ta' investiment subottimali u kif dan se jittaffa mill-operazzjoni ta' finanzjament jew ta' investiment kif ukoll valutazzjoni soda li turi l-addizzjonalità tal-operazzjoni ta' finanzjament jew ta' investiment. Is-segretarjat għandu jivverifika l-kompletezza tad-dokumentazzjoni fornuta mis-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni li mhumiex tal-Grupp tal-BEI. Il-Kumitat tal-Investiment jista' jitlob kjarifiki relatati ma' proposta għal operazzjoni ta' finanzjament jew ta' investiment mingħand is-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni kkonċernat, anki permezz ta' preżenza diretta waqt id-diskussjoni tal-operazzjoni msemmija qabel. Kwalunkwe valutazzjoni tal-proġett imwettqa minn sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni ma għandhiex tkun vinkolanti fuq il-Kumitat tal-Investiment għall-finijiet ta' operazzjoni ta' finanzjament jew ta' investiment li tibbenefika mill-kopertura mill-garanzija tal-UE

Il-Kumitat tal-Investiment għandu juża fil-valutazzjoni u l-verifika tiegħu tal-proposti tabella ta' valutazzjoni fir-rigward tal-indikaturi msemmija fl-Artikolu 17b.

5.  Il-konklużjonijiet tal-Kumitat tal-Investiment għandhom jiġu adottati b'maġġoranza sempliċi mill-membri tiegħu, dment li tali maġġoranza sempliċi tinkludi mill-inqas wieħed mill-esperti mhux permanenti tas-sezzjoni ta' politika li fl-ambitu tagħha ssir il-proposta. F'każ ta' parità, il-President tal-Kumitat tal-Investiment ikollu l-vot deċiżiv.

Il-konklużjonijiet tal-Kumitat tal-Investiment li japprovaw l-appoġġ tal-garanzija tal-UE għal operazzjoni ta' finanzjament jew ta' investiment għandhom ikunu aċċessibbli għall-pubbliku u għandhom jinkludu r-raġuni għall-approvazzjoni u l-informazzjoni dwar l-operazzjoni, partikolarment id-deskrizzjoni tagħha, l-identità tal-promoturi jew tal-intermedjarji finanzjarji, u tal-għanijiet tal-operazzjoni. Il-konklużjonijiet għandhom jirreferu wkoll għall-valutazzjoni globali li toħroġ mit-tabella ta' valutazzjoni.

It-tabella ta' valutazzjoni għandha tkun disponibbli għall-pubbliku wara l-iffirmar ta' operazzjoni jew sottoproġett ta' finanzjament jew ta' investiment, jekk applikabbli.

Il-pubblikazzjonijiet imsemmijin fit-tieni u fit-tielet subparagrafi ma għandux ikun fihom informazzjoni kummerċjalment sensittiva jew data personali li ma għandhiex tiġi żvelata skont ir-regoli tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data. Il-partijiet kummerċjalment sensittivi tal-konklużjonijiet tal-Kumitat tal-Investiment għandhom jiġu trażmessi mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fuq talba, soġġetti għal rekwiżiti stretti ta' kunfidenzjalità.

Darbtejn fis-sena, il-Kumitat tal-Investiment għandu jippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill lista tal-konklużjonijiet kollha kif ukoll it-tabelli ta' valutazzjoni ppubblikati relatati magħhom. Din il-preżentazzjoni għandha tinkludi d-deċiżjonijiet li jirrifjutaw l-użu tal-garanzija tal-UE u tkun soġġetta għal rekwiżiti stretti ta' kunfidenzjalità.

Il-konklużjonijiet tal-Kumitat tal-Investiment għandhom ikunu disponibbli fil-ħin għas-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni kkonċernat.

L-informazzjoni kollha relatata mal-proposti għall-operazzjonijiet ta' finanzjament u ta' investiment fornuta lill-Kumitat tal-Investiment u l-konklużjonijiet dwarhom mill-istess Kumitat għandhom ikunu reġistrati f'arkivju ċentrali mis-segretarjat tal-Kumitat tal-Investiment.

6.  Fejn il-Kumitat tal-Investiment jintalab japprova l-użu tal-garanzija tal-UE għal operazzjoni ta' finanzjament jew investiment li tkun faċilità, programm jew struttura b'sottoproġetti sottostanti, dik l-approvazzjoni għandha tinkludi s-sottoproġetti sottostanti, sakemm il-Kumitat tal-Investiment ma jiddeċidix li jżomm id-dritt li japprovahom separatament. Jekk l-approvazzjoni tikkonċerna sottoproġetti ta' daqs taħt it-EUR 3 000 000, il-Kumitat tal-Investiment ma għandux iżomm dan id-dritt.

6a.  Il-Kumitat tal-Investiment jista', meta jidhirlu neċessarju, iġib għall-attenzjoni tal-Kummissjoni kwalunkwe kwistjoni operattiva relatata mal-applikazzjoni jew mal-interpretazzjoni tal-linji gwida għall-investiment.

KAPITOLU V

Iċ-Ċentru tal-Konsulenza tal-InvestEU

Artikolu 20

Iċ-Ċentru tal-Konsulenza tal-InvestEU

1.  Iċ-Ċentru tal-Konsulenza tal-InvestEU għandu jipprovdi appoġġ konsultattiv għall-identifikazzjoni, għat-tħejjija, għall-iżvilupp, għall-istrutturar, għall-akkwist u għall-implimentazzjoni ta' proġetti ta' investiment, jew itejjeb il-kapaċità ta' promoturi u intermedjarji finanzjarji biex jimplimentaw operazzjonijiet ta' finanzjament u ta' investiment. L-appoġġ tiegħu jista' jkopri kwalunkwe stadju taċ-ċiklu tal-ħajja ta' proġett jew ta' finanzjament ta' entità appoġġata, kif xieraq.

Il-Kummissjoni għandha tiffirma l-ftehimiet konsultattivi mal-Grupp tal-BEI u ma 'sħab konsultattivi potenzjali oħrajn u tinkarigahom bl-għoti ta' appoġġ konsultattiv, kif imsemmi fis-subparagrafu preċedenti, u s-servizzi msemmija fil-paragrafu 2. Il-Kummissjoni għandha wkoll tkun tista' timplimenta inizjattivi konsultattivi, anki billi tistipula kuntratt ma' fornituri ta' servizzi esterni. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-punt ta' dħul ċentrali għaċ-Ċentru tal-Konsulenza tal-InvestEU u talloka t-talbiet għal appoġġ konsultattiv lill-inizjattiva konsultattiva xierqa. Il-Kummissjoni, il-Grupp tal-BEI u s-sħab konsultattivi l-oħra għandhom jikkooperaw mill-qrib bil-għan li jiżguraw l-effiċjenza, is-sinerġiji u l-kopertura ġeografika effettiva tal-appoġġ fl-Unjoni kollha, filwaqt li jqisu l-istrutturi u x-xogħol eżistenti.

L-inizjattivi konsultattivi għandhom ikunu disponibbli bħala komponent taħt kull sezzjoni ta' politika msemmija fl-Artikolu 7(1) u jkopru s-setturi ▌ta' dik is-sezzjoni. Barra minn hekk, l-inizjattivi konsultattivi ▌għandhom ikunu disponibbli taħt komponent transsettorjali.

2.  Iċ-Ċentru tal-Konsulenza tal-InvestEU għandu b'mod partikolari jipprovdi s-servizzi li ġejjin:

(a)  jipprovdi punt ta' dħul ċentrali, ġestit mill-Kummissjoni u li jkun jinsab fi ħdanha, għall-għajnuna rigward l-iżvilupp tal-proġetti fl-ambitu taċ-Ċentru tal-Konsulenza tal-InvestEU lill-awtoritajiet u lill-promoturi tal-proġetti▌;

(aa)  ixerred mal-awtoritajiet u mal-promoturi tal-proġetti l-informazzjoni addizzjonali kollha disponibbli fir-rigward tal-linji gwida għall-investiment, inkluża l-informazzjoni dwar l-applikazzjoni u l-interpretazzjoni tal-linji gwida għall-investiment fornuti mill-Kummissjoni;

(b)  jgħin lill-promoturi tal-proġetti, fejn xieraq, fl-iżvilupp tal-proġetti tagħhom sabiex jissodisfaw l-għanijiet u l-kriterji tal-eliġibbiltà stabbiliti fl-Artikoli 3, 7 u 11 u jiffaċilita l-iżvilupp ta' aggregaturi għal proġetti ta' daqs żgħir, inkluż permezz tal-pjattaformi ta' investiment imsemmija fil-punt (e); madankollu, din l-għajnuna ma tippreġudikax il-konklużjonijiet tal-Kumitat tal-Investiment dwar il-kopertura tal-appoġġ tal-garanzija tal-UE għal tali proġetti;

(c)  jappoġġa l-azzjonijiet u jqawwi l-għarfien lokali biex jiffaċilita l-użu tal-appoġġ tal-Fond InvestEU madwar l-Unjoni u jikkontribwixxi b'mod attiv fejn possibbli għall-għan tad-diversifikazzjoni settorjali u ġeografika tal-Fond InvestEU billi jappoġġa s-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni biex joriġinaw u jiżviluppaw operazzjonijiet potenzjali ta' finanzjament u ta' investiment;

(d)  jiffaċilita l-istabbiliment ta' pjattaformi kollaborattivi għal skambju bejn il-pari u għal skambju ta' data, ta' kompetenzi u tal-aħjar prattiki biex jappoġġa r-riżerva tal-proġetti u l-iżvilupp tas-settur;

(e)  jipprovdi appoġġ konsultattiv proattiv dwar l-istabbiliment ta' pjattaformi ta' investiment, inklużi pjattaformi ta' investiment transfruntiera u makroreġjonali kif ukoll pjattaformi ta' investiment li jirraggruppaw il-proġetti ta' daqs żgħir u medju fi Stat Membru wieħed jew aktar skont it-tema jew ir-reġjun;

(ea)   jappoġġa l-użu ta' finanzjament imħallat permezz ta' għotjiet jew strumenti finanzjarji ffinanzjati mill-baġit tal-Unjoni jew minn sorsi oħra sabiex jissaħħu s-sinerġiji u l-komplementarjetà bejn l-istrumenti tal-UE u jiġi massimizzat l-effett ta' lieva u l-impatt tal-Programm InvestEU;

(f)  jappoġġa azzjonijiet għall-bini tal-kapaċità sabiex jiġu żviluppati kapaċitajiet, ħiliet u proċessi organizzattivi u biex tiġi aċċelerata l-prontezza għall-investiment tal-organizzazzjonijiet sabiex il-promoturi u l-awtoritajiet jibnu riżervi ta' proġetti ta' investiment, jiżviluppaw mekkaniżmi finanzjarji u pjattaformi ta' investiment u jimmaniġġjaw proġetti u sabiex l-intermedjarji finanzjarji jimplimentaw operazzjonijiet ta' finanzjament u ta' investiment għall-benefiċċju ta' entitajiet li jkunu qed jaffaċċjaw diffikultajiet biex jiksbu aċċess għall-finanzi, inkluż permezz ta' appoġġ għall-iżvilupp ta' kapaċità ta' valutazzjoni tar-riskji jew ta' għarfien speċifiku għas-settur;

(fa)  jipprovdi appoġġ konsultattiv għan-negozji l-ġodda (start-ups), speċjalment meta jfittxu li jipproteġu r-riċerka u l-investimenti ta' innovazzjoni tagħhom billi jiksbu titli ta' proprjetà intellettwali, bħal privattivi.

3.  Iċ-Ċentru tal-Konsulenza tal-InvestEU għandu jkun disponibbli għal promoturi ta' proġetti pubbliċi u privati, inklużi l-SMEs u n-negozji l-ġodda, għall-awtoritajiet pubbliċi u għall-banek promozzjonali nazzjonali, kif ukoll għal intermedjarji finanzjarji u intermedjarji oħrajn.

4.  Il-Kummissjoni għandhom tikkonkludi ftehim konsultattiv ma' kull sieħeb konsultattiv dwar l-implimentazzjoni ta' inizjattiva konsultattiva waħda jew aktar. Jistgħu jiġu applikati tariffi għas-servizzi msemmija fil-paragrafu 2 biex ikopru parti mill-ispejjeż fuq il-provvista ta' dawk is-servizzi, ħlief għas-servizzi pprovduti lil promoturi ta' proġetti pubbliċi u lil istituzzjonijiet mingħajr skop ta' lukru, li għandhom ikunu mingħajr ħlas, meta jkun ġustifikat. Għat-tariffi applikati għall-SMEs għandu jiġi ffissat limitu massimu ta' terz tal-kost tal-provvista tas-servizzi msemmija fil-paragrafu 2.

5.  Sabiex jinkiseb l-għan imsemmi fil-paragrafu 1 u biex tiġi ffaċilitata l-provvista ta' appoġġ konsultattiv, iċ-Ċentru tal-Konsulenza tal-InvestEU għandu jibni fuq il-kompetenza tal-Kummissjoni, tal-Grupp tal-BEI u tas-sħab konsultattivi l-oħra.

5a.  Kull inizjattivi konsultattiva għandha tkun stabbilita abbażi ta' mekkaniżmu ta' qsim tal-kostijiet bejn il-Kummissjoni u s-sħab konsultattivi, sakemm il-Kummissjoni, f'każijiet debitament ġustifikati meta l-ispeċifiċitajiet tal-inizjattiva konsultattiva jeħtieġu hekk, u fil-garanzija ta' trattament koerenti u ekwu min-naħa tas-sħab konsultattivi kollha, taċċetta li tkopri l-kostijiet kollha tal-inizjattiva konsultattiva.

6.  Iċ-Ċentru tal-Konsulenza tal-InvestEU għandu jkollu preżenza lokali, fejn meħtieġ. Din għandha tiġi stabbilita b'mod partikolari fi Stati Membri jew f'reġjuni li jħabbtu wiċċhom ma' diffikultajiet fl-iżvilupp ta' proġetti taħt il-Fond InvestEU. Iċ-Ċentru tal-Konsulenza tal-InvestEU għandu jgħin fit-trasferiment ta' għarfien fil-livell reġjonali u lokali bil-għan li jissaħħu l-kapaċità u l-għarfien espert reġjonali u lokali għall-appoġġ imsemmija fil-paragrafu 1, inkluż l-appoġġ biex jiġu implimentati u milqugħa proġetti ta' daqs żgħir.

6a.  Bil-għan li jipprovdi l-appoġġ konsultattiv imsemmi fil-paragrafu 1 u jiffaċilita l-għoti ta' dak l-appoġġ konsultattiv fil-livell lokali, iċ-Ċentru ta' Konsulenza tal-InvestEU għandu jikkoopera, meta possibbli, mal-għarfien espert tal-banek jew istituzzjonijiet promozzjonali nazzjonali, u jibbenefika minnu. Il-ftehimiet ta' kooperazzjoni mal-banek jew mal-istituzzjonijiet promozzjonali nazzjonali għandhom ikunu konklużi fl-ambitu taċ-Ċentru ta' Konsulenza tal-InvestEU, meta jkun il-każ, ma' mill-inqas bank wieħed jew istituzzjoni waħda promozzjonali nazzjonali għal kull Stat Membru.

7.  Is-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni għandhom, meta jkun il-każ, jipproponu lill-promoturi tal-proġetti li japplikaw għal finanzjament, inklużi b'mod partikolari l-proġetti ta' daqs żgħir, biex jitolbu l-appoġġ taċ-Ċentru tal-Konsulenza tal-InvestEU sabiex itejbu, fejn xieraq, it-tħejjija tal-proġetti tagħhom u biex tkun tista' ssir il-valutazzjoni tal-possibbiltà tar-raggruppament tal-proġetti.

Is-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni u s-sħab konsultattivi għandhom ukoll jinfurmaw lill-promoturi, fejn rilevanti, dwar il-possibbiltà li jelenkaw il-proġetti tagħhom fuq il-Portal tal-InvestEU msemmi fl-Artikolu 21.

KAPITOLU VI

Artikolu 21

Il-Portal tal-InvestEU

1.  Il-Portal tal-InvestEU għandu jiġi stabbilit mill-Kummissjoni. Dan għandu jkun bażi ta' data aċċessibbli faċilment u faċli biex tintuża, li tipprovdi informazzjoni rilevanti dwar kull proġett.

2.  Il-Portal tal-InvestEU għandu jipprovdi kanal għal promoturi ta' proġetti biex iressqu l-proġetti tagħhom li għalihom huma jkunu qegħdin ifittxu finanzjament viżibbli u b'hekk jipprovdi informazzjoni dwarhom lill-investituri. L-inklużjoni ta' proġetti fil-Portal tal-InvestEU għandha tkun mingħajr preġudizzju għad-deċiżjonijiet dwar il-proġetti finali magħżula għall-appoġġ skont dan ir-Regolament, fl-ambitu ta' kwalunkwe strument ieħor tal-Unjoni, jew għall-finanzjament pubbliku.

3.  Il-proġetti li jkunu kompatibbli mal-leġiżlazzjoni u mal-politiki tal-Unjoni biss għandhom jiġu elenkati fil-Portal.

4.  Il-proġetti li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 3 għandhom jiġu trażmessi mill-Kummissjoni lis-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni rilevanti, u kif jixraq, meta teżisti inizjattiva konsultattiva, liċ-Ċentru ta' Konsulenza tal-InvestEU.

5.  Is-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni għandhom jeżaminaw proġetti li jaqgħu fl-ambitu ġeografiku u tal-attività tagħhom.

KAPITOLU VII

OBBLIGU TA' RENDIKONT, MONITORAĠĠ U RAPPURTAR, EVALWAZZJONI U KONTROLL

Artikolu 21a

Obbligu ta' rendikont

1.  Fuq talba tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill, il-President tal-Bord ta' Tmexxija għandu jirrapporta dwar il-prestazzjoni tal-Fond tal-InvestEU lill-istituzzjoni rikjedenti, inkluż billi jipparteċipa f'seduta ta' smigħ quddiem il-Parlament Ewropew.

2.  Il-President tal-Bord ta' Tmexxija għandu jwieġeb bil-fomm jew bil-miktub għall-mistoqsijiet indirizzati lill-Fond tal-InvestEU mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill, fi kwalunkwe każ fi żmien ħames ġimgħat mid-data tal-wasla ta' mistoqsija.

Artikolu 22

Monitoraġġ u rappurtar

1.  L-indikaturi għar-rappurtar dwar il-progress tal-implimentazzjoni tal-Programm InvestEU lejn l-ilħuq tal-għanijiet ġenerali u speċifiċi stipulati fl-Artikolu 3 huma stabbiliti fl-Anness III ta' dan ir-Regolament.

2.  Biex tiżgura valutazzjoni effettiva tal-progress tal-Programm InvestEU biex jikseb l-għanijiet tiegħu, il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 26 biex temenda l-Anness III ta' dan ir-Regolament biex tirrevedi jew tikkomplementa l-indikaturi fejn jitqies neċessarju u d-dispożizzjonijiet dwar l-istabbiliment ta' qafas tal-monitoraġġ u tal-evalwazzjoni.

3.  Is-sistema ta' rappurtar dwar il-prestazzjoni għandha tiżgura li d-data għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni u r-riżultati tinġabar b'mod effiċjenti, effettiv u f'waqtu, tippermetti monitoraġġ adegwat tal-portafoll tar-riskju u tal-garanziji. Għal dan il-għan, għandhom jiġu imposti rekwiżiti ta' rappurtar proporzjonati fuq is-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni, fuq is-sħab konsultattivi u fuq id-destinatarji l-oħra tal-fondi tal-Unjoni, kif ikun xieraq.

4.  Il-Kummissjoni għandha tirrapporta dwar l-implimentazzjoni tal-Programm InvestEU skont l-Artikoli 241 u 250 tar-Regolament Finanzjarju. Skont l-Artikolu 41(5) tar-Regolament Finanzjarju, ir-rapport annwali għandu jagħti informazzjoni dwar il-livell ta' implimentazzjoni tal-Programm fil-konfront tal-għanijiet u tal-indikaturi tal-prestazzjoni tiegħu. Għal dan il-għan, is-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni għandhom jipprovdu kull sena l-informazzjoni, anki fuq il-funzjonament tal-garanzija, meħtieġa biex jippermettu li l-Kummissjoni tikkonforma mal-obbligi ta' rappurtar tagħha.

5.  Barra minn hekk, kull sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni għandu jissottometti rapport kull sitt xhur lill-Kummissjoni dwar l-operazzjonijiet ta' finanzjament u ta' investiment koperti minn dan ir-Regolament, imqassam skont il-kompartiment tal-UE u l-kompartiment tal-Istati Membri, kif xieraq. Is-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni għandu jippreżenta wkoll l-informazzjoni dwar il-kompartiment tal-Istati Membri lill-Istat Membru li jkun qiegħed jimplimenta l-kompartiment tiegħu. Ir-rapport għandu jinkludi valutazzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti dwar l-użu tal-garanzija tal-UE u mal-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni stabbiliti fl-Anness III ta' dan ir-Regolament. Ir-rapport għandu jinkludi wkoll data operazzjonali, statistika, finanzjarja u ta' kontabilità kif ukoll stima tal-flussi tal-flus mistennija dwar kull operazzjoni ta' finanzjament u ta' investiment u fil-livell tal-kompartiment, tas-sezzjoni ta' politika u tal-livell tal-Fond InvestEU. Darba fis-sena, ir-rapport tal-Grupp tal-BEI u, meta jkun xieraq, mis-sħab l-oħra inkarigati mill-implimentazzjoni, għandu jinkludi wkoll l-informazzjoni dwar l-ostakli għall-investiment li rriżultaw fit-twettiq tal-operazzjonijiet ta' finanzjament u ta' investiment li jkopri dan ir-Regolament. Ir-rapporti għandu jkun fihom l-informazzjoni li s-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni għandhom jipprovdu skont l-Artikolu 155(1)(a) tar-Regolament Finanzjarju.

Artikolu 23

Evalwazzjoni

1.  L-evalwazzjonijiet għandhom jitwettqu f'waqthom sabiex jikkontribwixxu għall-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet.

2.  [Sat-30 ta' Settembru 2024], il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill evalwazzjoni interim indipendenti dwar il-Programm InvestEU, b'mod partikolari dwar l-użu tal-garanzija tal-UE, dwar il-funzjonament tal-modalitajiet stabbiliti skont l-Artikolu 9a(1)(b) u (c), dwar l-allokazzjoni tal-garanzija tal-UE prevista fil-paragrafi (1b) u (1c) tal-Artikolu 10, dwar l-implimentazzjoni taċ-Ċentru tal-Konsulenza tal-InvestEU, dwar l-allokazzjoni baġitarja prevista fil-punt (d)(i) tal-Artikolu 9a(1), u dwar l-Artikolu 7. L-evalwazzjoni għandha b'mod partikolari turi l-mod kif l-inklużjoni tas-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni u tas-sħab konsultattivi kkontribwiet għall-ksib tal-objettivi tal-Programm InvestEU kif ukoll għall-għanijiet ta' politika tal-UE, speċjalment fir-rigward tal-valur miżjud, tal-bilanċ ġeografiku u settorjali tal-operazzjonijiet ta' finanzjament u ta' investiment appoġġati. L-evalwazzjoni għandha wkoll tivvaluta l-applikazzjoni tal-verifika tas-sostenibbiltà u l-enfasi fuq l-SMEs li tintlaħaq fl-ambitu tas-sezzjoni għall-SMEs.

3.  Fi tmiem l-implimentazzjoni tal-Programm InvestEU, iżda mhux aktar tard minn erba' snin wara t-tmiem tal-perjodu speċifikat fl-Artikolu 1, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill evalwazzjoni finali indipendenti tal-Programm InvestEU, b'mod partikolari dwar l-użu tal-garanzija tal-UE.

4.  Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-konklużjonijiet tal-evalwazzjonijiet, akkumpanjati bl-osservazzjonijiet tagħha, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni.

5.  Is-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni u s-sħab konsultattivi għandhom jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni u jipprovdu lill-Kummissjoni l-informazzjoni meħtieġa biex twettaq l-evalwazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2.

6.  Skont l-[Artikolu 211(1)] tar-[Regolament Finanzjarju], il-Kummissjoni għandha tinkludi kull tliet snin fir-rapport annwali msemmi fl-[Artikolu 250] tar-[Regolament Finanzjarju] rieżami tal-adegwatezza tar-rata ta' proviżjonament stabbilita fl-Artikolu 4(1) ta' dan ir-Regolament apparagun mal-profil tar-riskju reali tal-operazzjonijiet ta' finanzjament u ta' investiment koperti mill-garanzija tal-UE. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 26 sabiex taġġusta, abbażi ta' dak ir-rieżami, ir-rata ta' proviżjonament stabbilita fl-Artikolu 4(1) ta' dan ir-Regolament b'mhux aktar minn 15 %.

Artikolu 24

Awditi

L-awditi dwar l-użu tal-finanzjament tal-Unjoni mwettqa minn persuni jew minn entitajiet, inklużi oħrajn minbarra dawk imqabbda mill-istituzzjonijiet jew mill-korpi tal-Unjoni, għandhom jiffurmaw il-bażi tal-garanzija globali skont l-[Artikolu 127] tar-[Regolament Finanzjarju].

Artikolu 25

Ħarsien tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni

Meta pajjiż terz jipparteċipa fil-Programm InvestEU permezz ta' deċiżjoni taħt ftehim internazzjonali jew permezz ta' kwalunkwe strument ġuridiku ieħor, il-pajjiż terz għandu jagħti d-drittijiet u l-aċċess meħtieġa mill-uffiċjal ta' awtorizzazzjoni responsabbli, mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri biex jeżerċitaw il-kompetenzi rispettivi tagħhom b'mod komprensiv. Fil-każ tal-OLAF, dawn id-drittijiet għandhom jinkludu d-dritt li jsiru investigazzjonijiet, inkluż verifiki u spezzjonijiet fuq il-post, b'konformità mar-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF).

Artikolu 26

Eżerċizzju tad-delega

1.  Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu. L-atti delegati li jikkonċernaw l-attivitajiet li jitwettqu tal-Grupp tal-BEI u tas-sħab l-oħra inkarigati mill-implimentazzjoni, jew li jinvolvuhom, għandhom jitħejjew wara konsultazzjoni mal-Grupp tal-BEI u mas-sħab potenzjali inkarigati mill-implimentazzjoni.

2.  Is-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikoli 7(6), 17b, 22(2) u 23(6) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin mid-[dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta' setgħa mhux iktar tard minn disa' xhur qabel tmiem tal-perjodu ta' ħames snin. Id-delega ta' setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta' żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.

3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 7(6), 17b, 22(2) u 23(6) tista' tiġi revokata f'kull ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħat speċifikati f'dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Din ma għandha taffettwa l-validità tal-ebda att delegat li jkun fis-seħħ.

4.  Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-esperti deżinjati minn kull Stat Membru b'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016.

5.  Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifika simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwaru.

6.  Att delegat adottat skont l-Artikoli 7(6), 17b, 22(2) u 23(6) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun saret ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu infurmaw lill-Kummissjoni li ma jkunux se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

KAPITOLU VIII

TRASPARENZA U VIŻIBBILTÀ

Artikolu 27

Informazzjoni, komunikazzjoni u pubbliċità

1.  Is-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni u s-sħab konsultattivi għandhom jirrikonoxxu l-oriġini u jiżguraw il-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni (b'mod partikolari meta jippromwovu l-azzjonijiet u r-riżultati tagħhom) billi jipprovdu informazzjoni koerenti, effettiva u mmirata lil diversi udjenzi, inklużi lill-midja u lill-pubbliku.

1a.  Is-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni u s-sħab konsultattivi għandhom jinformaw, jew għandhom jobbligaw lill-intermedjarji finanzjarji jinformaw, lid-destinatarji finali, fosthom l-SMEs, bl-eżistenza tal-appoġġ InvestEU billi jagħmlu din l-informazzjoni viżibbli b'mod ċar, partikolarment fil-każ tal-SMEs, fil-ftehim rilevanti li jipprovdi l-appoġġ InvestEU, b'hekk tiżdied is-sensibilizzazzjoni pubblika u titjieb il-viżibbiltà.

2.  Il-Kummissjoni għandha timplimenta azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' komunikazzjoni relatati mal-Programm InvestEU, u l-azzjonijiet u r-riżultati tiegħu. Ir-riżorsi finanzjarji allokati għall-Programm InvestEU għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-komunikazzjoni korporattiva tal-prijoritajiet ta' politika tal-Unjoni, sakemm dawn ikunu relatati mal-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 3.

KAPITOLU IX

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI U TRANŻITORJI

Artikolu 28

Dispożizzjonijiet tranżitorji

1.  Id-dħul, il-ħlas lura u l-irkupri minn strumenti finanzjarji stabbiliti mill-programmi msemmija fl-Anness IV ta' dan ir-Regolament jistgħu jintużaw għall-proviżjonament tal-garanzija tal-UE skont dan ir-Regolament.

2.  Id-dħul, il-ħlasijiet lura u l-irkupri mill-garanzija tal-UE stabbiliti bir-Regolament (UE) 2015/1017 jistgħu jintużaw għall-proviżjonament tal-garanzija tal-UE skont dan ir-Regolament, sakemm ma jintużawx għall-finijiet imsemmija fl-Artikoli 4, 9 u 12 tar-Regolament (UE) 2015/1017.

Artikolu 29

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2021.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

ANNESS I

Ammonti għal kull għan speċifiku

Id-distribuzzjoni indikattiva msemmija fl-Artikolu 4(2) b'risq operazzjonijiet finanzjarji u ta' investiment għandha tkun kif ġej:

(a)  EUR 11 500 000 000 għall-għanijiet imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 3(2);

(b)  ▌EUR 11 250 000 000 għall-għanijiet imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 3(2);

(c)  ▌EUR 12 500 000 000 għall-għanijiet imsemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 3(2);

(d)  ▌EUR 5 567 500 000 għall-għanijiet imsemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 3(2).

ANNESS II

Oqsma eliġibbli għal operazzjonijiet ta' finanzjament u ta' investiment

L-operazzjonijiet ta' finanzjament u ta' investiment jistgħu jaqgħu taħt qasam wieħed jew iktar minn dawn li ġejjin:

1.  L-iżvilupp tas-settur tal-enerġija f'konformità mal-prijoritajiet tal-Unjoni tal-Enerġija, inkluż is-sigurtà tal-provvista tal-enerġija, it-tranżizzjoni għall-enerġija nadifa u l-impenji li saru taħt l-Aġenda 2030 u tal-Ftehim ta' Pariġi, b'mod partikolari permezz ta':

(a)  l-espansjoni tal-ġenerazzjoni, tal-provvista jew tal-użu ta' sorsi u soluzzjonijiet enerġetiċi rinnovabbli nodfa u sostenibbli kif ukoll sikuri u sostenibbli u b'żero emissjonijiet jew b'emissjonijiet baxxi oħrajn;

(b)  l-effiċjenza u l-iffrankar tal-enerġija (b'enfasi fuq it-tnaqqis tad-domanda permezz ta' ġestjoni tad-domanda u r-rinnovazzjoni tal-bini);

(c)  l-iżvilupp, l-installazzjoni ta' sistemi intelliġenti u l-modernizzazzjoni tal-infrastruttura tal-enerġija sostenibbli, b'mod partikolari, iżda mhux biss, fil-livell tat-trażmissjoni u d-distribuzzjoni, it-teknoloġiji tal-ħżin, l-interkonnessjoni tal-elettriku u l-grilji intelliġenti;

(ca)  l-iżvilupp ta' sistemi innovattivi ta' provvista ta' tisħin b'żero emissjonijiet u b'emissjonijiet baxxi u l-produzzjoni kombinata tal-elettriku u tat-tisħin;

(d)  il-produzzjoni u l-provvista ta' fjuwils sintetiċi sostenibbli minn sorsi rinnovabbli/mingħajr emissjonijiet ta' karbonju, u sorsi sikuri sostenibbli oħrajn b'żero emissjonijiet u b'emissjonijiet baxxi; il-bijofjuwils, il-bijomassa u l-fjuwils alternattivi, anki għall-modi kollha tat-trasport, skont l-għanijiet tad-Direttiva 2018/2001;

(e)  l-infrastruttura għall-ġbir tal-karbonju, u għall-ħżin tal-karbonju fi proċessi industrijali, impjanti tal-bijoenerġija u faċilitajiet tal-manifattura lejn it-tranżizzjoni enerġetika.

2.  L-iżvilupp ta' soluzzjonijiet ta' mobilità u infrastrutturi tat-trasport sostenibbli u sikuri, u tagħmir u teknoloġiji innovattivi f'konformità mal-prijoritajiet tat-trasport tal-Unjoni u l-impenji li saru taħt il-Ftehim ta' Pariġi, b'mod partikolari permezz ta':

(a)  proġetti li jappoġġaw l-iżvilupp tal-infrastruttura TEN-T, inklużi l-manutenzjoni u s-sikurezza tal-infrastruttura u n-nodi urbani u l-portijiet marittimi u ta' navigazzjoni interna tagħha, l-ajruporti tagħha, it-terminals multimodali tagħha u l-konnessjoni tagħhom man-netwerks prinċipali, u l-applikazzjonijiet telematiċi stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1315/2013;

(aa)  proġetti infrastrutturali tat-TEN-T li jipprevedu l-użu ta' mill-inqas żewġ modi tat-trasport differenti, b'mod partikolari terminals tat-trasport tal-merkanzija multimodali u n-nodi tat-trasport tal-passiġġieri;

(b)  proġetti ta' mobilità urbana intelliġenti u sostenibbli, inklużi l-passaġġi fuq l-ilma interni soluzzjonijiet innovattivi ta' mobilità, (li jindirizzaw mezzi ta' trasport urban b'emissjonijiet baxxi, l-aċċessibbiltà mhux diskriminatorja, it-tnaqqis tat-tniġġis tal-arja u l-istorbju, il-konsum tal-enerġija, in-netwerk tal-bliet intelliġenti, il-manutenzjoni, jew iż-żieda tal-livelli ta' sikurezza u t-tnaqqis tal-inċidenti, inkluż għaċ-ċiklisti u l-persuni bil-mixi);

(c)  l-appoġġ għat-tiġdid u l-modernizzazzjoni a posteriori ta' mezzi mobbli tat-trasport bl-għan li jiġu adottati soluzzjonijiet ta' mobilità b'emissjonijiet baxxi u b'żero emissjonijiet, inkluż l-użu ta' fjuwils alternattivi u fil-vetturi tal-mezzi kollha tat-trasport;

(d)  infrastruttura ferrovjarja, proġetti ferrovjarji oħra, infrastrutturi għall-passaġġi fuq l-ilma interni, proġetti ta' tranżitu b'kapaċità għolja u portijiet marittimi u awtostradi tal-baħar;

(e)  infrastruttura tal-fjuwils alternattivi għall-modi kollha tat-trasport, inkluża l-infrastruttura tal-iċċarġjar elettriku;

(ea)  proġetti għall-mobilità intelliġenti u sostenibbli oħrajn, iċċentrati fuq dawn l-aspetti:

(i)  is-sikurezza stradali;

(ii)  l-aċċessibbiltà;

(iii)  it-tnaqqis tal-emissjonijiet,

(iv)  l-iżvilupp u t-tixrid ta' teknoloġiji u servizzi ġodda tat-trasport, pereżempju fir-rigward ta' modi ta' trasport konnessi u awtonomi, jew sistemi ta' bejgħ ta' biljetti integrati;

(eb)  proġetti għaż-żamma jew it-titjib tal-infrastruttura tat-trasport eżistenti, inklużi l-awtostradi fuq it-TEN-T fejn neċessarju għall-ammeljorament, iż-żamma jew it-titjib tas-sikurezza stradali, għall-iżvilupp ta' servizzi tal-ITS jew għall-iżgurar tal-integrità u l-istandards tal-infrastrutturi, żoni u faċilitajiet ta' parkeġġ sikuri, punti ta' riforniment ta' ċarġ u ta' fjuwil għall-fjuwils alternattivi.

3.  L-ambjent u r-riżorsi, b'mod partikolari permezz ta':

(a)  l-ilma, inkluża l-provvista tal-ilma tajjeb għax-xorb u s-servizzi tas-sanità, u l-effiċjenza tan-netwerks, it-tnaqqis ta' ħruġ aċċidentali, l-infrastruttura għall-ġbir u t-trattament tal-ilma mormi, l-infrastruttura tal-kosta u infrastruttura ekoloġika oħra relatata mal-ilma;

(b)  l-infrastruttura għall-immaniġġjar tal-iskart;

(c)  proġetti u intrapriżi fl-oqsma tal-ġestjoni tar-riżorsi ambjentali u t-teknoloġija sostenibbli;

(d)  it-titjib u r-restawr tal-ekosistemi u s-servizzi tagħhom inkluż permezz it-tisħiħ tan-natura u tal-bijodiversità permezz tal-proġetti infrastrutturali "ħodor" u "blu";

(e)  l-iżvilupp urban, rurali u kostali sostenibbli;

(f)  azzjonijiet dwar it-tibdil fil-klima, l-adattament għall-klima u l-mitigazzjoni tal-klima, inkluż it-tnaqqis tar-riskju tad-diżastri naturali;

(g)  proġetti u intrapriżi li jimplimentaw l-ekonomija ċirkolari billi jintegraw aspetti tal-effiċjenza fir-riżorsi fil-produzzjoni u fil-ħajja tal-prodott, inkluża l-provvista sostenibbli ta' materja prima primarja u sekondarja;

(h)  id-dekarbonizzazzjoni u t-tnaqqis sostanzjali tal-emissjonijiet ta' industriji intensivi fl-enerġija, inkluż id-dimostrazzjoni ▌u l-implimentazzjoni ta' teknoloġiji innovattivi b'emissjonijiet baxxi.

(ha)  id-dekarbonizzazzjoni tal-produzzjoni enerġetika u l-katina ta' distribuzzjoni billi jiġi gradwalment eliminat l-użu tal-faħam u taż-żejt;

(hb)  il-proġetti li jippromwovu l-patrimonju kulturali sostenibbli.

4.  L-iżvilupp ta' infrastruttura ta' konnettività diġitali, b'mod partikolari permezz ta' proġetti li jappoġġaw l-installazzjoni ta' netwerks diġitali b'kapaċità għolja ħafna, il-konnettività 5G u t-titjib tal-konnettività diġitali u l-aċċess, b'mod partikolari għaż-żoni rurali u r-reġjuni periferiċi.

5.  Ir-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni, partikolarment permezz ta':

(a)  ir-riċerka, inkluża l-infrastruttura ta' riċerka u l-appoġġ għad-dinja akkademika, u proġetti ta' innovazzjoni li jikkontribwixxu għall-objettivi tal-Orizzont Ewropa;

(b)  il-proġetti korporattivi, li jinkludu taħriġ u promozzjoni tal-ħolqien ta' raggruppamenti u netwerks tan-negozji;

(c)  il-proġetti u l-programmi ta' dimostrazzjoni kif ukoll it-tixrid ta' infrastrutturi, teknoloġiji u proċessi relatati;

(d)  il-proġetti ta' riċerka u innovazzjoni kollaborattivi bejn id-dinja akkademika, l-organizzazzjonijiet tar-riċerka u l-innovazzjoni u l-industrija is-sħubijiet pubbliċi-privati u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili;

(e)  it-trasferiment tal-għarfien u t-teknoloġiji;

(ea)  ir-riċerka fil-qasam tat-Teknoloġiji Abilitanti Essenzjali (KETs) u l-applikazzjonijiet industrijali tagħhom, inklużi materjali ġodda u avvanzati;

(f)  il-prodotti tas-saħħa effettivi u aċċessibbli l-ġodda, inklużi l-prodotti farmaċewtiċi, l-apparat mediku, id-dijanjostika u l-prodotti mediċinali terapewtiċi avvanzati, l-aġenti antimikrobiċi l-ġodda u l-proċess ta' żvilupp innovattiv li jevitaw it-testijiet fuq l-annimali.

6.  L-iżvilupp, it-tixrid u l-espansjoni ta' teknoloġiji u servizzi diġitali, li jikkontribwixxu primarjament għall-għanijiet tal-programm Ewropa Diġitali b'mod partikolari permezz ta':

(a)  l-intelliġenza artifiċjali;

(aa)  it-teknoloġija kwantistika;

(b)  iċ-ċibersigurtà u l-infrastrutturi tal-protezzjoni tan-netwerks;

(c)  l-internet tal-oġġetti;

(d)  il-blockchain u t-teknoloġiji tar-reġistru distribwit l-oħrajn;

(e)  il-ħiliet diġitali avvanzati;

(ea)  ir-robotika u l-awtomatizzazzjoni;

(eb)  il-fotonika;

(f)  it-teknoloġiji u s-servizzi diġitali avvanzati l-oħrajn li jikkontribwixxu għad-diġitalizzazzjoni tal-industrija tal-Unjoni u għall-integrazzjoni tat-teknoloġiji, tas-servizzi u tal-ħiliet diġitali fis-settur tat-trasport tal-Unjoni.

7.  Is-sostenn finanzjarju lil entitajiet li ma jimpjegawx iktar minn 499 impjegat, b'enfasi partikolari fuq l-SMEs, u kumpaniji b'kapitalizzazzjoni medja żgħar, partikolarment permezz ta':

(a)  l-għoti ta' kapital operatorju u investiment;

(b)  l-għoti ta' finanzjament ta' riskju mill-istadju inizjali sal-espansjoni biex tiġi żgurata l-pożizzjoni ta' tmexxija fis-setturi innovattivi u sostenibbli, inkluż it-tisħiħ tad-diġitalizzazzjoni u tal-kapaċità ta' innovazzjoni tagħhom, u biex tiġi żgurata l-kompetittività globali tagħhom;

(ba)  l-għoti ta' finanzjament għall-akkwiżizzjoni ta' impriża jew parteċipazzjoni f'impriża min-naħa tal-impjegati.

8.  Is-setturi kulturali u kreattivi, il-patrimonju kulturali, il-midja, is-settur awdjoviżiv, il-ġurnaliżmu u l-istampa, b'mod partikolari permezz ta', iżda mhux biss, l-iżvilupp ta' teknoloġiji ġodda, l-użu tat-teknoloġiji diġitali u l-ġestjoni teknoloġika tad-drittijiet ta' proprjetà intellettwali.

9.  It-turiżmu.

9a.  Ir-riabilitazzjoni tas-siti industrijali (inklużi s-siti kkontaminati) u r-restituzzjoni għal użu sostenibbli.

10.  L-agrikoltura, il-forestrija, is-sajd, l-akkwakultura sostenibbli u elementi oħra tal-bijoekonomija sostenibbli inġenerali.

11.  L-investimenti soċjali, fosthom dawk li jappoġġaw l-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, b'mod partikolari permezz ta':

(a)  il-mikrofinanzjament, il-finanzjament tal-intrapriżi etiċi u soċjali u l-ekonomija soċjali;

(b)  id-domanda u l-offerta tal-ħiliet;

(c)  l-edukazzjoni, it-taħriġ u s-servizzi relatati, inkluż għall-adulti;

(d)  l-infrastruttura soċjali, b'mod partikolari

(i)  l-edukazzjoni u t-taħriġ inklużivi, inkluża l-edukazzjoni u l-indukrar tat-tfal f'età bikrija, u l-infrastrutturi u l-faċilitajiet edukattivi relatati tagħhom, l-indukrar alternattiv tat-tfal, l-alloġġi għall-istudenti u t-tagħmir diġitali, li jkunu aċċessibbli għal kulħadd;

(ii)  l-akkomodazzjoni soċjali;

(iii)  is-saħħa u l-kura fit-tul, inklużi l-kliniki, l-isptarijiet, il-kura tas-saħħa primarja, is-servizzi fid-djar u l-kura bbażata fil-komunità;

(e)  l-innovazzjoni soċjali, inklużi soluzzjonijiet u skemi soċjali innovattivi bil-mira li jippromwovu impatti u riżultati soċjali fl-oqsma msemmija f'dan il-punt;

(f)  l-attivitajiet kulturali b'għan soċjali;

(fa)  il-miżuri maħsuba li jippromwovu l-ugwaljanza bejn il-ġeneri;

(g)  l-integrazzjoni ta' nies vulnerabbli, inklużi ċittadini ta' pajjiżi terzi;

(h)  is-soluzzjonijiet tas-saħħa innovattivi, fosthom is-saħħa elettronika, is-servizzi tas-saħħa u mudelli ġodda tal-kura;

(i)  l-inklużjoni u l-aċċessibbiltà għal nies b'diżabbiltà.

12.  L-iżvilupp tal-industrija tad-difiża, biex b'hekk jingħata kontribut lill-awtonomija strateġika tal-Unjoni, b'mod partikolari permezz ta' appoġġ għal:

(a)  il-katina ta' provvista tad-difiża tal-Unjoni, b'mod partikolari permezz tal-appoġġ finanzjarju għall-SMEs u l-kumpaniji b'kapitalizzazzjoni medja;

(b)  kumpaniji li jieħdu sehem fi proġetti ta' innovazzjoni rivoluzzjonarji fis-settur tad-difiżi u teknoloġiji b'użu doppju relatati mill-qrib;

(c)  il-katina tal-provvista tas-settur tad-difiża matul il-parteċipazzjoni fi proġetti ta' riċerka u żvilupp kollaborattivi, inklużi dawk appoġġati mill-Fond Ewropew għad-Difiża;

(d)  l-infrastruttura għar-riċerka u taħriġ għad-difiża.

13.  L-ispazju, partikolarment permezz tal-iżvilupp tas-settur spazjali f'konformità mal-objettivi tal-Istrateġija Spazjali:

(a)  biex jiġu massimizzati l-benefiċċji għas-soċjetà u l-ekonomija tal-Unjoni;

(b)  biex titrawwem il-kompetittività tas-sistemi u t-teknoloġiji spazjali, billi tiġi indirizzata b'mod partikolari l-vulnerabbiltà tal-ktajjen ta' provvista;

(c)  għall-irfid tal-intraprenditorija spazjali, inkluż l-iżvilupp downstream;

(d)  biex titrawwem l-awtonomija tal-Unjoni għall-aċċess sigur għall-ispazju, inklużi aspetti ta' użu doppju.

13a.  L-ibħra u l-oċeani, permezz tal-iżvilupp ta' proġetti u intrapriżi fil-qasam tal-Ekonomija Blu, u l-Prinċipji ta' Finanzjament tiegħu, b'mod partikolari permezz tal-intraprenditorija u l-industrija marittimi, l-enerġija rinnovabbli tal-baħar u l-ekonomija ċirkolari.

ANNESS III

Indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni

1.  Volum ta' finanzjament ta' InvestEU (imqassam skont s-sezzjoni ta' politika)

1.1  Volum ta' operazzjonijiet iffirmati

1.2  Investiment mobilizzat

1.3  Ammont ta' finanzjament privat mobilizzat

1.4  Ingranaġġ u l-effett multiplikatur miksuba

2.  Kopertura ġeografika ta' InvestEU (imqassma skont is-sezzjoni ta' politika, il-pajjiż u r-reġjun fil-livell NUTS 2)

2.1  Għadd ta' pajjiżi koperti mill-operazzjonijiet

2.1a  Għadd ta' reġjuni koperti mill-operazzjonijiet

2.1b  Volum tal-operazzjonijiet għal kull Stat Membru u għal kull reġjun

3.  Impatt tal-finanzjament ta' InvestEU

3.1  Għadd ta' impjiegi maħluqa jew appoġġati

3.2  Investiment li jappoġġa objettivi klimatiċi u, meta jkun japplika, imqassam fid-dettall għal kull sezzjoni ta' politika

3.3  Investiment li jappoġġa d-diġitalizzazzjoni

3.3a  Investiment li jappoġġa t-tranżizzjoni industrijali

4.  Infrastruttura sostenibbli

4.1  Enerġija: kapaċità addizzjonali ta' ġenerazzjoni ta' enerġija rinnovabbli u b'żero emissjonijiet u b'emissjonijiet baxxi oħra li tkun sikura u sostenibbli installata (MW)

4.2  Enerġija: għadd ta' unitajiet domestiċi, għadd ta' stabbilimenti pubbliċi u kummerċjali bi klassifikazzjoni mtejba tal-konsum tal-enerġija

4.2a  Enerġija: iffrankar enerġetiku stmat iġġenerat mill-proġetti f'Km/siegħa

4.2b  Enerġija: emissjonijiet annwali ta' gassijiet b'effett ta' serra mnaqqsa/evitati f'tunnellata ta' ekwivalenti CO2

4.2c  Enerġija: Volum ta' investiment fl-iżvilupp, l-installazzjoni ta' sistemi intelliġenti u l-modernizzazzjoni tal-infrastruttura tal-enerġija sostenibbli

4.3  Diġitali: Unitajiet domestiċi addizzjonali, intrapriżi jew bini pubbliku b'aċċess għall-broadband ta' mill-inqas 100 Mbps, li jista' jiġi ammeljorat għal veloċità ta' Gigabits, jew b'għadd ta' hotspots tal-WiFi maħluqa

4.4  Trasport: investiment mobilizzat, b'mod partikolari fit-TEN-T

–  Numru ta' proġetti ta' kollegamenti transfruntiera u neqsin (inklużi proġetti relatati ma' nodi urbani, konnessjonijiet ferrovjarji reġjonali transfruntiera, pjattaformi multimodali, portijiet marittimi, portijiet għan-navigazzjoni interna, konnessjonijiet għall-ajruporti u terminals stradali-ferrovjarji tan-netwerk ewlieni u komprensiv TEN-T)

–  Numru ta' proġetti li jikkontribwixxu għad-diġitalizzazzjoni tat-trasport, b'mod partikolari permezz tal-użu tal-ERTMS, RIS, ITS, VTMIS/servizzi marittimi elettroniċi u SESAR

–  Numru ta' punti ta' riforniment ta' fjuwil alternattiv mibnija jew ammeljorati

–  Numru ta' proġetti li jikkontribwixxu għas-sikurezza tat-trasport

4.5  Ambjent: investiment li jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-pjanijiet u l-programmi meħtieġa mill-acquis tal-Unjoni relatati mal-kwalità tal-arja, l-ilma, l-iskart, u n-natura.

5.  Riċerka, innovazzjoni u diġitalizzazzjoni

5.1  Kontribuzzjoni għall-objettiv ta' 3 % tal-PDG tal-Unjoni investiti fir-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni

5.2  Għadd ta' intrapriżi appoġġati skont id-daqs li jagħmlu proġetti ta' riċerka u innovazzjoni

6.  SMEs

6.1  Għadd ta' intrapriżi appoġġati, skont id-daqs (mikro, żgħar, ta' daqs medju, u kumpaniji żgħar b'kapitalizzazzjoni medja)

6.2  Għadd ta' intrapriżi appoġġati skont l-istadju li qegħdin fih (bikri, tkabbir/espansjoni)

6.2a  Għadd ta' intrapriżi appoġġati skont l-Istat Membru jew ir-reġjun fil-livell ta' NUTS 2

6.2b  Għadd ta' intrapriżi appoġġati skont is-setturi skont il-kodiċi NACE

6.2c  Perċentwal ta' volum ta' investiment fl-ambitu tas-sezzjoni SMEs dirett lejn l-SMEs

7.  Investiment soċjali u ħiliet

7.1  Infrastruttura soċjali: kapaċità tal-infrastruttura soċjali, u l-aċċess għaliha, appoġġata skont is-settur: kostruzzjoni għal skopijiet abitattivi, edukazzjoni, saħħa, ieħor

7.2  Mikrofinanzjament u l-finanzjament tal-intrapriżi soċjali:  għadd ta' destinatarji tal-mikrofinanzjamenti u ta' intrapriżi tal-ekonomija soċjali appoġġati

7.5  Ħiliet: għadd ta' individwi li qed jiksbu ħiliet ġodda jew li ħiliethom qed jiġu validati u ċertifikati: kwalifika tal-edukazzjoni formali u tat-taħriġ

ANNESS IV

Il-Programm InvestEU – Strumenti preċedenti

A.  Strumenti ta' ekwità:

—  Faċilità Ewropea għat-Teknoloġiji (ETF98): id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 98/347/KE tad-19 ta' Mejju 1998 dwar il-miżuri ta' assistenza finanzjarja għal impriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs) innovattivi u li joħolqu l-impjiegi — l-inizjattiva tkabbir u impjiegi (ĠU L 155, 29.5.1998, p. 43).

—  TTP: id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tadotta deċiżjoni ta' finanzjament rigward il-finanzjament ta' azzjonijiet tal-attività "Suq intern tal-beni u politiki settorjali" tad-Direttorat Ġenerali għall-Intrapriża u l-Industrija għall-2007 u li tadotta d-deċiżjoni qafas rigward il-finanzjament tal-azzjoni preparatorja "L-UE tassumi r-rwol tagħha f'dinja globalizzata" u ta' erba' proġetti pilota: "Erasmus għal Intraprendituri Żgħażagħ", "Miżuri biex jippromovu l-kooperazzjoni u s-sħubiji bejn l-intrapriżi żgħar ħafna, dawk żgħar u dawk medji", "Trasferiment Teknoloġiku" u "Destinazzjonijiet Ewropej ta' Eċċellenza " tad-Direttorat Ġenerali għall-Intrapriża u l-Industrija għall-2007 (C(2007) 531).

—  Faċilità Ewropea għat-Teknoloġiji (ETF01): id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2000/819/KE tal-20 ta' Diċembru 2000 dwar programm multi-annwali għall-intrapriża u l-intraprenditorija, u partikolarment għall-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (IŻM) (2001-2005) (ĠU L 333, 29.12.2000, p. 84).

—  GIF: id-Deċiżjoni Nru 1639/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 2006 li tistabbilixxi Programm Kwadru għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni (2007 sa 2013) (ĠU L 310, 9.11.2006, p. 15).

—  Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (FNE): ir-Regolament (UE) Nru 1316/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 913/2010 u jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 680/2007 u (KE) Nru 67/2010 (ĠU L 348, 20.12.2013, p. 129) kif modifikat mir-Regolament (UE) 2015/1017 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ġunju 2015 dwar il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi, iċ-Ċentru Ewropew ta' Konsulenza għall-Investimenti u l-Portal Ewropew ta' Proġetti ta' Investiment u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1291/2013 u (UE) Nru 1316/2013 — il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (ĠU L 169, 1.7.2015, p. 1).

—  EFG tal-COSME: ir-Regolament (UE) Nru 1287/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi Programm għall-Kompetittività tal-Intrapriżi u l-intrapriżi ż-żgħar u ta' daqs medju (COSME) (2014-2020) u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1639/2006/KE (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 33).

—  InnovFin Ekwità:

–  ir-Regolament (UE) Nru 1291/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi Orizzont 2020 – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 104);

–  ir-Regolament (UE) Nru 1290/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi r-regoli għal parteċipazzjoni u disseminazzjoni f'"Orizzont 2020 – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020)" u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1906/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 81);

–  id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2013/743/UE tat-3 ta' Diċembru 2013 li tistabbilixxi l-programm speċifiku li jimplimenta Orizzont 2020 – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) u li tħassar id-Deċiżjonijiet 2006/971/KE, 2006/972/KE, 2006/973/KE, 2006/974/KE u 2006/975/KE (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 965).

—  Tieqa għall-Investimenti għall-Bini tal-Kapaċità tal-EaSI: ir-Regolament (UE) Nru 1296/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar Programm tal-Unjoni Ewropea għall-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali ("EaSI") u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 283/2010/UE li tistabbilixxi Faċilità Ewropea ta' Mikrofinanzjament Progress għall-impjiegi u l-inklużjoni soċjali (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 238).

B.  Strumenti ta' garanzija

—  Faċilità ta' Garanzija għall-SMEs '98 (SMEG98): id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 98/347/KE tad-19 ta' Mejju 1998 dwar il-miżuri ta' assistenza finanzjarja għal impriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs) innovattivi u li joħolqu l-impjiegi – l-inizjattiva tkabbir u impjiegi (ĠU L 155, 29.5.1998, p. 43).

—  Faċilità ta' Garanzija għall-SMEs '01 (SMEG01): id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2000/819/KE tal-20 ta' Diċembru 2000 dwar programm multi-annwali għall-intrapriża u l-intraprenditorija, u partikolarment għall-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (IŻM) (2001-2005) (ĠU L 333, 29.12.2000, p. 84).

—  Faċilità ta' Garanzija għall-SMEs '07 (SMEG07): id-Deċiżjoni Nru 1639/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 2006 li tistabbilixxi Programm Kwadru għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni (2007 sa 2013) (ĠU L 310, 9.11.2006, p. 15).

—  Faċilità Ewropea ta' Mikrofinanzjament Progress – Garanzija (EPMF-G): id-Deċiżjoni Nru 283/2010/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Marzu 2010 li tistabbilixxi Faċilità Ewropea ta' Mikrofinanzjament Progress għall-impjiegi u l-inklużjoni soċjali (ĠU L 87, 7.4.2010, p. 1).

—  RSI:

–  id-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar is-Seba' Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għall-attivitajiet ta' riċerka, ta' żvilupp teknoloġiku u ta' dimostrazzjoni (2007-2013) Dikjarazzjonijiet mill-Kummissjoni (ĠU L 412, 30.12.2006, p. 1);

–  id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2006/971/KE tad-19 ta' Diċembru 2006 dwar il-Programm Speċifiku "Kooperazzjoni li jimplimenta s-Seba' Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għal attivitajiet ta' riċerka, żvilupp teknoloġiku u dimostrazzjoni (2007 sa 2013)" (ĠU L 400, 30.12.2006, p. 86);

–  id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2006/974/KE tad-19 ta' Diċembru 2006 dwar il-Programm Speċifiku: Kapaċitajiet li jimplimenta s-Seba' Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għall-attivitajiet ta' riċerka, żvilupp teknoloġiku u dimostrazzjoni (2007-2013) (ĠU L 400, 30.12.2006, p. 299).

—  EaSI-Garanzija: ir-Regolament (UE) Nru 1296/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar Programm tal-Unjoni Ewropea għall-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali ("EaSI") u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 283/2010/UE li tistabbilixxi Faċilità Ewropea ta' Mikrofinanzjament Progress għall-impjiegi u l-inklużjoni soċjali (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 238).

—  Faċilità ta' Garanzija għal Self COSME (LGF tal-COSME): ir-Regolament (UE) Nru 1287/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi Programm għall-Kompetittività tal-Intrapriżi u l-intrapriżi ż-żgħar u ta' daqs medju (COSME) (2014-2020) u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1639/2006/KE (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 33).

—  InnovFin Dejn:

–  ir-Regolament (UE) Nru 1290/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi r-regoli għal parteċipazzjoni u disseminazzjoni f'"Orizzont 2020 – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020)" u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1906/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 81);

–  ir-Regolament (UE) Nru 1291/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi Orizzont 2020 – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 104);

–  id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2013/743/UE tat-3 ta' Diċembru 2013 li tistabbilixxi l-programm speċifiku li jimplimenta Orizzont 2020 – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) u li tħassar id-Deċiżjonijiet 2006/971/KE, 2006/972/KE, 2006/973/KE, 2006/974/KE u 2006/975/KE (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 965).

—  Faċilità ta' Garanzija tas-Setturi Kulturali u Kreattivi (CCS GF): ir-Regolament (UE) Nru 1295/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-Programm Ewropa Kreattiva (2014 sa 2020) u li jħassar id-Deċiżjonijiet Nru 1718/2006/KE, Nru 1855/2006/KE u Nru 1041/2009/KE (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 221).

—  Faċilità ta' Garanzija ta' Self lill-Istudenti (SLGF): ir-Regolament (UE) Nru 1288/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi 'Erasmus+': il-programm tal-Unjoni għall-edukazzjoni, taħriġ, żgħażagħ u sport u li jħassar id-Deċiżjonijiet Nru 1719/2006/KE, Nru 1720/2006/KE u Nru 1298/2008/KE (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 50).

—  Finanzjament Privat għall-Effiċjenza Enerġetika (PF4EE): ir-Regolament (UE) Nru 1293/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar l-istabbiliment ta' Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 614/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 185).

C.  Strument tal-kondiviżjoni tar-riskju:

—  Faċilità Finanzjarja bil-Qsim tar-Riskju (FFQR): id-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar is-Seba' Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għall-attivitajiet ta' riċerka, ta' żvilupp teknoloġiku u ta' dimostrazzjoni (2007-2013) (ĠU L 412, 30.12.2006, p. 1).

—  InnovFin:

–  ir-Regolament (UE) Nru 1290/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi r-regoli għal parteċipazzjoni u disseminazzjoni f'"Orizzont 2020 – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020)" u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1906/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 81);

–  ir-Regolament (UE) Nru 1291/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi Orizzont 2020 – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 104).

—  Strument ta' Dejn tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (CEF DI): ir-Regolament (UE) Nru 1316/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 913/2010 u jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 680/2007 u (KE) Nru 67/2010 (ĠU L 348, 20.12.2013, p. 129).

—  Faċilità ta' Finanzjament tal-Kapital Naturali (NCFF): ir-Regolament (UE) Nru 1293/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar l-istabbiliment ta' Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 614/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 185).

D.  Veikoli ta' investiment dedikati:

—  Faċilità Ewropea ta' Mikrofinanzjament Progress – Fonds commun de placements – fonds d'investissements spécialisés (EPMF FCP-FIS): id-Deċiżjoni Nru 283/2010/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Marzu 2010 li tistabbilixxi Faċilità Ewropea ta' Mikrofinanzjament Progress għall-impjiegi u l-inklużjoni soċjali (ĠU L 87, 7.4.2010, p. 1).

—  Marguerite:

–  ir-Regolament (KE) Nru 680/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ġunju 2007 li jistabbilixxi r-regoli ġenerali għall-għoti ta' għajnuna finanzjarja Komunitarja fil-qasam tan-netwerks trans-Ewropej tat-trasport u tal-enerġija (ĠU L 162, 22.6.2007, p. 1);

–  id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 25.2.2010 dwar il-parteċipazzjoni tal-Unjoni Ewropea fil-Fond Ewropew tal-2020 għall-Enerġija, it-Tibdil fil-Klima u l-Infrastruttura (il-Fond Marguerite) (C(2010) 941).

—  Fond Ewropew għall-Effiċjenza Enerġetika (EEEF): ir-Regolament (UE) Nru 1233/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Diċembru 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 663/2009 li jistabbilixxi programm li jgħin l-irkupru ekonomiku permezz tal-għoti ta' għajnuna finanzjarja Komunitarja għal proġetti fil-qasam tal-enerġija (ĠU L 346, 30.12.2010, p. 5).

ANNESS V

Fallimenti tas-suq, sitwazzjonijiet ta' investiment subottimali, addizzjonalità u attivitajiet esklużi

A.  Fallimenti tas-suq, sitwazzjonijiet ta' investiment subottimali u addizzjonalità

B'konformità mal-Artikolu 209 tar-Regolament Finanzjarju, il-garanzija tal-UE għandha tindirizza l-fallimenti tas-suq jew is-sitwazzjonijiet ta' investiment subottimali (Artikolu 209(2)(a)) u tikseb addizzjonalità billi tipprevjeni s-sostituzzjoni tal-appoġġ u tal-investiment potenzjali minn sorsi pubbliċi jew privati oħra (Artikolu 209(2)(b)).

Bil-għan li jkun hemm konformità mal-punti (a) u (b) tal-Artikolu 209(2) tar-Regolament Finanzjarju, l-operazzjonijiet ta' finanzjament u ta' investiment li jibbenefikaw mill-garanzija tal-UE għandhom jissodisfaw dawn ir-rekwiżiti li ġejjin li huma stabbiliti fil-punti 1 u 2 ta' hawn taħt:

1.  Fallimenti tas-suq u sitwazzjonijiet ta' investiment subottimali

Bil-għan li jkunu indirizzati l-fallimenti tas-suq jew is-sitwazzjonijiet ta' investiment subottimali kif imsemmi fl-Artikolu 209(2)(a) tar-Regolament Finanzjarju, l-investimenti fil-mira tal-operazzjonijiet ta' finanzjament u ta' investiment għandhom jinkludu waħda minn dawn il-karatteristiċi:

(a)  natura ta' beni pubbliku (bħall-edukazzjoni u l-ħiliet, l-assistenza tas-saħħa u l-aċċessibbiltà, is-sigurtà u d-difiża, u l-infrastrutturi disponibbli bl-ebda kost jew b'kost negliġibbli) li għalih l-operatur jew il-kumpanija ma jistgħux jiksbu biżżejjed vantaġġi finanzjarji;

(b)  esternalitajiet li l-operatur jew il-kumpanija b'mod ġenerali jonqsu milli jinternalizzaw bħall-investiment fir-R&Ż, l-effiċjenza enerġetika, il-protezzjoni klimatika jew il-ħarsien tal-ambjent;

(c)  asimmetriji fl-informazzjoni, b'mod partikolari fil-każ tal-SMEs u tal-kumpaniji ż-żgħar b'kapitalizzazzjoni medja, inklużi livelli tar-riskju ogħla relatati ma' ditti fi stadju bikri, ditti prinċipalment b'assi intanġibbli jew b'kollateral insuffiċjenti, jew ditti li jikkonċentraw fuq attivitajiet b'riskju ogħla;

(d)  proġetti infrastrutturali transfruntiera u s-servizzi relatati jew fondi li jinvestu fuq bażi transfruntiera ħalli jindirizzaw il-frammentazzjoni u jżidu l-koordinament fi ħdan is-suq intern tal-UE;

(e)  skopertura għal livelli ogħla ta' riskju f'ċerti setturi, pajjiżi jew reġjuni li jaqbżu l-livelli li l-atturi finanzjarji privati jistgħu jew huma lesti li jaċċettaw. Dan jinkludi l-fatt li l-investiment kieku ma kienx isir jew ma kienx isir fl-istess kobor minħabba n-novità tiegħu jew ir-riskji assoċjati mal-innovazzjoni jew mat-teknoloġija mhux murija bil-provi;

(f)  fallimenti tas-suq jew sitwazzjonijiet ta' investiment subottimali ġodda u/jew kumplessi skont l-Artikolu 8(1)(a)(iii) ta' dan ir-Regolament.

2.  Addizzjonalità

L-operazzjonijiet ta' finanzjament u ta' investiment għandhom jissodisfaw iż-żewġ aspetti tal-addizzjonalità kif isemmi l-Artikolu 209(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju. Dan ifisser li l-operazzjonijiet kieku ma jkunux isiru jew ma kinux isiru fl-istess kobor min-naħa tas-sorsi pubbliċi jew privati mingħajr l-appoġġ tal-Fond InvestEU. Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, dawn għandhom jinftiehmu bħala operazzjonijiet ta' finanzjament jew ta' investiment li jkollhom jissodisfaw dawn iż-żewġ kriterji li ġejjin:

(1)  biex jitqies addizzjonali għas-sorsi privati msemmija fl-Artikolu 209(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju, il-Fond InvestEU għandu jappoġġa l-operazzjonijiet ta' finanzjament u ta' investiment tas-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni li jimmiraw l-investimenti li, minħabba l-karatteristiċi tagħhom (kunsiderazzjonijiet ta' natura ta' beni pubbliku, esternalitajiet, asimmetriji fl-informazzjoni, koeżjoni soċjoekonomika jew ta' tip ieħor), ma jistgħux jiġġeneraw biżżejjed redditu finanzjarju fil-livell tas-suq jew jinħassu riskjużi wisq (meta mqabbla mal-livelli ta' riskju li l-entitajiet privati rilevanti jkunu lesti li jaċċettaw). Għalhekk, tali operazzjonijiet ta' finanzjament u ta' investiment ma jistgħux jaċċedu għall-finanzjament tas-suq f'kundizzjonijiet raġonevoli f'termini ta' prezzijiet, rekwiżiti ta' kollateral, tip ta' finanzjament, durata ta' finanzjament mogħti jew kundizzjonijiet oħra u kieku ma jkunux saru jew ma kinux isiru fl-istess kobor mingħajr l-appoġġ pubbliku;

(2)  biex jitqies addizzjonali għall-appoġġ eżistenti min-naħa ta' sorsi pubbliċi oħrajn imsemmija fl-Artikolu 209(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju, il-Fond InvestEU għandu jappoġġa biss l-operazzjonijiet ta' finanzjament u ta' investiment li għalihom japplikaw dawn il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)  l-operazzjonijiet ta' finanzjament jew ta' investiment kieku ma kinux isiru jew ma kinux isiru fl-istess kobor min-naħa tas-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni mingħajr l-appoġġ tal-Fond InvestEU u

(b)  l-operazzjonijiet ta' finanzjament jew ta' investiment kieku ma kinux isiru jew ma kinux isiru fl-istess kobor fl-ambitu ta' strumenti pubbliċi eżistenti oħrajn, bħal strumenti finanzjarji f'reġim ta' ġestjoni kondiviża li joperaw fil-livell reġjonali u nazzjonali. Madankollu, għandu jkun possibbli użu komplementari ta' InvestEU u riżorsi pubbliċi oħrajn, partikolarment meta jista' jinkiseb il-valur miżjud tal-UE u meta jista' jkun ottimizzat l-użu tar-riżorsi pubbliċi biex jinkisbu l-għanijiet ta' politika b'mod effiċjenti.

Bil-għan li jintwera li l-operazzjonijiet ta' finanzjament u ta' investiment li jibbenefikaw mill-garanzija tal-UE huma addizzjonali għall-appoġġ mis-suq u ta' tip pubbliku ieħor, is-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni għandhom ifornu informazzjoni li turi mill-inqas waħda mill-karatteristiċi li ġejjin:

(a)  l-appoġġ jingħata permezz ta' pożizzjonijiet subordinati fir-rigward ta' selliefa pubbliċi jew privati oħrajn jew fi ħdan l-istruttura ta' finanzjament;

(b)  l-appoġġ jingħata permezz ta' ekwità jew kważi ekwità jew permezz ta' dejn b'rekwiżiti relatati ma' durata twila, prezzijiet, kollateral jew kundizzjonijiet oħrajn mhux biżżejjed disponibbli fis-suq jew minn sorsi pubbliċi oħrajn. L-appoġġ jingħata għall-operazzjonijiet li jippreżentaw profil ta' riskju ogħla meta mqabbla mar-riskju ġeneralment aċċettat mill-attivitajiet standard tas-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni jew l-appoġġ jingħata lis-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni biex jeċċedu l-kapaċità tagħhom stess biex jappoġġaw tali operazzjonijiet;

(c)  parteċipazzjoni f'mekkaniżmi ta' kondiviżjoni tar-riskju li jimmiraw oqsma ta' politika li jesponu lis-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni għal livelli ta' riskju ogħla meta mqabbla mal-livelli ġeneralment aċċettati mis-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni jew li l-atturi finanzjarji privati jistgħu jew huma lesti li jaċċettaw;

(d)  l-appoġġ li jikkatalizza/jattira finanzjamenti privati jew pubbliċi addizzjonali u huwa komplementari ma' sorsi privati u kummerċjali oħrajn, partikolarment minn klassijiet ta' investituri jew investituri istituzzjonali tradizzjonalment avversi għar-riskju, bħala r-riżultati ta' effett ta' senjalizzazzjoni tal-appoġġ mogħti fl-ambitu tal-Fond InvestEU;

(e)  l-appoġġ jingħata permezz ta' prodotti finanzjarji mhux disponibbli jew mhux offruti f'livell suffiċjenti fil-pajjiżi jew fir-reġjuni fil-mira minħabba swieq neqsin, sottożviluppati jew inkompluti.

Fil-każ ta' operazzjonijiet ta' finanzjament u ta' investiment b'intermedjazzjoni, partikolarment għall-appoġġ tal-SMEs, l-addizzjonalità għandha tkun ivverifikata fil-livell tal-intermedjarju, pjuttost milli fil-livell tad-destinatarju finali. Titqies li teżisti l-addizzjonalità meta l-Fond InvestEU jappoġġa lill-intermedjarju finanzjarju biex joħloq portafoll ġdid b'livell ta' riskju ogħla jew iżid il-volum ta' attivitajiet li diġà jippreżentaw riskju għoli, meta mqabbla mal-livelli ta' riskju li l-atturi finanzjarji privati u pubbliċi attwalment jistgħu jew huma lesti li jaċċettaw fl-Istat(i) Membru/i jew fir-reġjuni fil-mira.

Il-garanzija tal-UE ma għandhiex tingħata għall-appoġġ ta' operazzjonijiet ta' rifinanzjament (pereżempju sostituzzjoni ta' ftehimiet ta' self eżistenti jew forom oħra ta' appoġġ finanzjarju għal proġett li diġà ġew parzjalment jew totalment materjalizzati), għajr f'ċirkostanzi eċċezzjonali speċifiċi u ġustifikati b'mod adegwat li fihom jintwera li l-operazzjoni fl-ambitu tal-garanzija tal-UE se tippermetti li jsir investiment ġdid f'qasam ta' politika eliġibbli ta' ammont, addizzjonali għall-volum abitwali ta' attività min-naħa tas-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni jew mill-intermedjarju finanzjarju, tal-anqas ekwivalenti għall-ammont tal-operazzjoni li tissodisfa l-kriterji ta' eliġibbiltà stabbiliti f'dan ir-Regolament. Il-kriterji msemmijin hawn fuq fir-rigward tal-fallimenti tas-suq, tas-sitwazzjonijiet ta' investiment subottimali u tal-addizzjonalità għandhom japplikaw anki għal tali operazzjonijiet ta' rifinanzjament.

B.  Attivitajiet esklużi

Il-Fond InvestEU ma għandux jappoġġa:

(1)  attivitajiet li jillimitaw id-drittijiet u l-libertà individwali tal-persuni jew jiksru d-drittijiet tal-bniedem;

(2)  fil-qasam tal-attivitajiet tad-difiża, l-użu, l-iżvilupp jew il-produzzjoni ta' prodotti u teknoloġiji li huma projbiti mid-dritt internazzjonali applikabbli;

(3)  prodotti u attivitajiet relatati mat-tabakk (produzzjoni, distribuzzjoni, ipproċessar u kummerċ);

(4)  attivitajiet esklużi fl-Artikolu [X] tar-Regolament [Orizzont Ewropa]: riċerka dwar il-klonazzjoni tal-bnedmin għal skopijiet riproduttivi; attivitajiet maħsuba li jimmodifikaw il-patrimonju ġenetiku tal-bnedmin li jistgħu jagħmlu dawn il-bidliet ereditarji, attivitajiet li joħolqu embrijuni umani unikament għal skopijiet ta' riċerka jew għal skopijiet ta' akkwist ta' ċelloli staminali, inkluż permezz ta' trasferiment ta' nuklei ta' ċelloli somatiċi;

(5)  logħob tal-azzard (produzzjoni, kostruzzjoni, distribuzzjoni, ipproċessar, kummerċ jew attivitajiet relatati mas-software);

(6)  kummerċ tas-sess u infrastrutturi, servizzi u mezzi ta' komunikazzjoni relatati;

(7)  attivitajiet li jinvolvu annimali ħajjin għal skopijiet sperimentali u xjentifiċi jekk u sakemm il-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa għall-Protezzjoni tal-Annimali Vertebrati Użati għal Skopijiet Sperimentali u Skopijiet Xjentifiċi Oħra ma tistax tkun garantita;

(8)  attività ta' żvilupp ta' proprjetajiet immobbli, jiġifieri attività bl-iskop waħdieni li tirrinnova, tirriloka jew terġa' tbiegħ binjiet eżistenti kif ukoll proġetti immobiljari ġodda; madankollu, għandhom ikunu eliġibbli l-attivitajiet fis-settur immobiljari li huma relatati mal-objettivi speċifiċi ta' InvestEU kif speċifikati fl-Artikolu 3(2) ta' dan ir-Regolament u/jew mal-oqsma eliġibbli għall-operazzjonijiet ta' finanzjament u ta' investiment fl-ambitu tal-Anness II ta' dan ir-Regolament, bħall-investimenti fil-proġetti ta' effiċjenza enerġetika jew fl-akkomodazzjoni soċjali;

(9)  attivitajiet finanzjarji bħax-xiri jew il-kummerċ fl-istrumenti finanzjarji. B'mod partikolari, għandhom ikunu esklużi l-interventi li jimmiraw lejn l-akkwiżizzjoni (buy-out) maħsuba għal "asset stripping" jew lejn kapital ta' sostituzzjoni maħsub għal "asset stripping";

(10)  attivitajiet projbiti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli;

(11)  id-dekummissjonar, it-tħaddim, l-adattament jew il-kostruzzjoni ta' impjanti tal-enerġija nukleari;

(12)  l-investimenti relatati mal-attivitajiet tal-minjieri/estrazzjoni, ipproċessar, distribuzzjoni, ħżin jew kombustjoni ta' fjuwils fossili solidi u żejt kif ukoll investimenti relatati mal-estrazzjoni ta' gass. Din l-esklużjoni ma tapplikax għal:

i.  proġetti li għalihom m'hemmx teknoloġija alternattiva possibbli;

ii.  proġetti relatati mal-prevenzjoni u mal-kontroll tat-tniġġis;

iii.  proġetti mgħammra b'installazzjonijiet għall-ġbir, l-użu u l-ħżin tal-karbonju; proġetti industrijali jew ta' riċerka li jwasslu għal tnaqqis sostanzjali tal-emissjonijiet ta' gass b'effett ta' serra meta mqabbla mal-parametru/i referenzjarju/i tal-Iskema tal-UE għan-negozjar ta' emissjonijiet;

(13)  l-investimenti fil-faċilitajiet għar-rimi tal-iskart f'landfill. Din l-esklużjoni ma tapplikax għall-investimenti fis-segwenti:

i.  faċilitajiet ta' landfill li huma element anċillari ta' proġett ta' investiment industrijali jew tal-minjieri u fil-każ li ntwera li l-użu ta' landfill huwa l-unika għażla fattibbli għat-trattament tal-iskart industrijali jew tal-minjieri prodott mill-attività kkonċernata stess;

ii.  faċilitajiet ta' landfill eżistenti biex ikun żgurat l-użu ta' gass tal-landfill u jkun promoss l-irkupru mil-landfills (landfill mining) u l-ipproċessar mill-ġdid tal-iskart;

(14)  l-investimenti fl-impjanti ta' trattament mekkaniku u bijoloġiku (TMB). Din l-esklużjoni ma tapplikax għall-investimenti maħsuba biex fl-impjanti TMB jiġu installati a posteriori sistemi għal skopijiet ta' rkupru enerġetiku jew għal operazzjonijiet ta' riċiklaġġ ta' skart isseparat bħal kompostjar u diġestjoni anaerobika;

(15)  l-investimenti f'inċineraturi għat-trattament tal-iskart. Din l-esklużjoni ma tapplikax għall-investimenti fis-segwenti:

i.  l-impjanti ddedikati esklużivament għat-trattament ta' skart perikoluż mhux riċiklabbli;

ii.  l-impjanti eżistenti biex iżidu l-effiċjenza enerġetika, jiġbru gassijiet tal-egżost għall-ħżin jew jużaw jew jirkupraw materjali mill-irmied tal-inċinerazzjoni dment li tali investimenti ma jirriżultawx f'żieda tal-kapaċità ta' pproċessar ta' skart tal-impjant.

Is-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni għandhom jibqgħu responsabbli biex jiżguraw il-konformità fil-mument tal-iffirmar u jimmonitorjaw il-konformità tal-operazzjonijiet ta' finanzjament u ta' investiment mal-kriterji ta' esklużjoni matul l-implimentazzjoni tal-proġett u jieħdu azzjonijiet korrettivi xierqa jekk ikun il-każ.

(1)ĠU C […], […], p. […].
(2)ĠU C […], […], p. […].
(3) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta’ April 2019. It-test fuq sfond griż ma ntlaħaqx qbil dwaru fil-kuntest tan-negozjati interistituzzjonali.
(4)COM(2018)0097 final.
(5)COM(2018)0353.
(6)Id-Direttiva (UE) 2016/2284 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Diċembru 2016 dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet nazzjonali ta' ċerti inkwinanti atmosferiċi, li temenda d-Direttiva 2003/35/KE u li tħassar id-Direttiva 2001/81/KE (ĠU L 344, 17.12.2016, p. 1).
(7)COM(2017)0206.
(8)COM(2017)0250.
(9)Ippubblikat bħala Dokument ta' Diskussjoni dwar l-Ekonomija Ewropea 074 f'Jannar 2018.
(10)
(11)Ir-referenza trid tiġi aġġornata: ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1. Ir-rapport jinsab disponibbli hawn: https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=uriserv:OJ.C_.2013.373.01.0001.01.MLT&toc=OJ:C:2013:373:TOC
(12)Il-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016 (ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1).
(13) Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).
(14)Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L248, 18.9.2013, p. 1).
(15)Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1).
(16)Ir-Regolament tal-Kunsill (EURATOM, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra (ĠU L 292,15.11.1996, p.2).
(17)Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta' Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (‘l-UPPE') (ĠU L 283, 31.10.2017, p.1)
(18)Id-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 29).
(19) Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta' Mejju 2003 dwar id-definizzjoni ta' intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju (ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36).
(20)
(21)

Aġġornata l-aħħar: 17 ta' Lulju 2019Avviż legali