Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2017/0090(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0181/2018

Testi mressqa :

A8-0181/2018

Dibattiti :

PV 11/06/2018 - 15
CRE 11/06/2018 - 15

Votazzjonijiet :

PV 12/06/2018 - 5.2
CRE 12/06/2018 - 5.2
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
PV 18/04/2019 - 10.17

Testi adottati :

P8_TA(2018)0244
P8_TA(2019)0437

Testi adottati
PDF 316kWORD 100k
Il-Ħamis, 18 ta' April 2019 - Strasburgu Verżjoni proviżorja
L-obbligu tal-ikklerjar, ir-rekwiżiti tar-rapportar u t-tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskju għal kuntratti tad-derivati OTC, u r-repożitorji tat-tranżazzjonijiet ***I
P8_TA-PROV(2019)0437A8-0181/2018
Riżoluzzjoni
 Test konsolidat

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' April 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 fir-rigward tal-obbligu tal-ikklerjar, is-sospensjoni tal-obbligu tal-ikklerjar, ir-rekwiżiti tar-rapportar, ir-rekwiżiti tat-tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskju għal kuntratti tad-derivati OTC mhux ikklerjati minn kontroparti ċentrali, ir-reġistrazzjoni u s-superviżjoni ta' repożitorji tat-tranżazzjonijiet u r-rekwiżiti għar-repożitorju tat-tranżazzjonijiet (COM(2017)0208 – C8-0147/2017 – 2017/0090(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2017)0208),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0147/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-11 ta’ Ottubru 2017(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-20 ta’ Settembru 2017(2),

–  wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-6 ta' Marzu 2019, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0181/2018),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1)ĠU C 385, 15.11.2017, p. 10.
(2)ĠU C 434, 15.12.2017, p. 63.


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-18 ta' April 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 fir-rigward tal-obbligu tal-ikklerjar, is-sospensjoni tal-obbligu tal-ikklerjar, ir-rekwiżiti tar-rapportar, it-tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskju għal kuntratti tad-derivattivi OTC mhux ikklerjati minn kontroparti ċentrali, ir-reġistrazzjoni u s-superviżjoni ta' repożitorji tat-tranżazzjonijiet u r-rekwiżiti għar-repożitorji tat-tranżazzjonijiet
P8_TC1-COD(2017)0090

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew(1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(2),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja(3),

Billi:

(1)  Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(4) daħal fis-seħħ fis-16 ta' Awwissu 2012. Ir-rekwiżiti li jinsabu fih, jiġifieri, l-ikklerjar ċentrali ta' kuntratti tad-derivattivi barra l-Borża (OTC, over-the counter) standardizzati, rekwiżiti tal-marġini u rekwiżiti ta' mitigazzjoni tar-riskju operazzjonali għal kuntratti tad-derivattivi OTC li mhumiex ikklerjati ċentralment, obbligi ta' rapportar għal kuntratti tad-derivattivi, rekwiżiti għal kontropartijiet ċentrali (CCPs) u rekwiżiti għal repożitorji tat-tranżazzjonijiet, ▌ jikkontribwixxu għat-tnaqqis tar-riskju sistemiku billi tiżdied it-trasparenza tas-suq tad-derivattivi OTC u jitnaqqas ir-riskju ta' kreditu tal-kontroparti u r-riskju operazzjonali assoċjat mad-derivattivi OTC.

(2)  Is-simplifikazzjoni ta' ċerti oqsma koperti mir-Regolament (UE) Nru 648/2012 u approċċ aktar proporzjonat għal dawk l-oqsma huma allinjati mal-programm dwar l-Idoneità u l-Prestazzjoni tar-Regolamentazzjoni tal-Kummissjoni li jenfasizza l-bżonn għat-tnaqqis tal-ispejjeż u s-simplifikazzjoni sabiex il-politiki tal-Unjoni jilħqu l-objettivi tagħhom bl-aktar mod effiċjenti, u jimmiraw, b'mod partikolari, li jnaqqsu l-piżijiet regolatorji u amministrattivi. Madankollu, jenħtieġ li dik is-simplifikazzjoni u approċċ aktar proporzjonat ikunu mingħajr preġudizzju għall-objettivi ewlenin tal-promozzjoni tal-istabbiltà finanzjarja u tal-mitigazzjoni tar-riskji sistemiċi f'konformità mad-dikjarazzjoni mill-mexxejja tal-G-20 fis-Summit tas-26 ta' Settembru 2009 f'Pittsburgh.

(3)  Sistemi ta' wara n-negozjar u swieq tal-kollateral effiċjenti u reżiljenti huma elementi essenzjali ta' unjoni tas-swieq kapitali li taħdem tajjeb l-, u huma l-bażi għall-isforzi biex jiġu appoġġati l-investimenti, it-tkabbir u l-impjiegi, f'konformità mal-prijoritajiet politiċi tal-Kummissjoni.

(4)  Fl-2015 u fl-2016, il-Kummissjoni għamlet żewġ konsultazzjonijiet pubbliċi dwar l-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 ▌. Il-Kummissjoni rċeviet ukoll input dwar l-applikazzjoni ta' dak ir-Regolament mill-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) (▌AETS▌), stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(5), il-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (▌BERS▌) stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 1092/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6) u s-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali (▌SEBĊ▌). Minn dawk il-konsultazzjonijiet pubbliċi deher li l-objettivi tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 kienu appoġġati mill-partijiet ikkonċernati u li ma kien meħtieġ l-ebda tiġdid maġġuri ta' dak ir-Regolament. Fit-23 ta' Novembru 2016, il-Kummissjoni adottat rapport ġenerali skont ir-Regolament (UE) Nru 648/2012. Għalkemm mhux id-dispożizzjonijiet kollha tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 kienu kompletament applikabbli ▌ u għalhekk evalwazzjoni komprensiva ta' dak ir-Regolament ma kinitx ▌ possibbli, dak ir-rapport identifika oqsma li għalihom kienet meħtieġa azzjoni mmirata biex jiġi żgurat li l-objettivi tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 kienu ntlaħqu b'mod aktar proporzjonat, effiċjenti u effettiv.

(5)  Jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 648/2012 ikopri l-kontropartijiet finanzjarji kollha li jistgħu joħolqu riskju sistemiku importanti għas-sistema finanzjarja. Għaldaqstant id-definizzjoni ta' kontroparti finanzjarja jenħtieġ li tiġi emendata.

(6)  Pjanijiet ta' xiri ta' azzjonijiet mill-impjegati huma skemi, normalment stabbiliti minn impriża li permezz tagħhom persuni jistgħu direttament jew indirettament, jissottoskrivu, jixtru, jirċievu jew ikollhom fil-pussess tagħhom ishma ta' impriża jew ta' impriża oħra fl-istess grupp, dment li dak il-pjan ikun ta' benefiċċju tal-inqas għall-impjegati jew impjegati preċedenti ta' dik l-impriża jew ta' impriża oħra fl-istess grupp, jew għall-membri jew membri preċedenti tal-bord ta' dik l-impriża jew ta' impriża oħra fl-istess grupp. Il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta' Ġunju 2017 dwar ir-Rieżami ta' Nofs it-Terminu tal-Pjan ta' Azzjoni dwar is-Swieq Kapitali tal-Unjoni jidentifika miżuri relatati ma' pjanijiet ta' xiri ta' azzjonijiet mill-impjegati bħala miżura possibbli biex tissaħħaħ l-unjoni tas-swieq kapitali bil-ħsieb li jitrawwem l-investiment għall-konsumaturi. Għalhekk, u f'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, impriża ta' investiment kollettiv f'titoli trasferibbli (UCITS) jew fond ta' investiment alternattiv (AIF) li jkun stabbilit esklussivament bil-għan li sservi pjan jew pjanijiet ta' xiri ta' azzjonijiet mill-impjegati, jenħtieġ li ma jiġix kwalifikat bħala kontroparti finanzjarja.

(7)  Ċerti kontropartijiet finanzjarji għandhom volum ta' attività fis-swieq tad-derivattivi OTC li huwa baxx wisq biex joħloq riskju sistemiku importanti għas-sistema finanzjarja u ▌ huwa baxx wisq biex l-ikklerjar ċentrali jkun ekonomikament vijabbli. Dawk il-kontropartijiet, magħrufa komunement bħala kontropartijiet finanzjarji żgħar, jenħtieġ li jiġu eżentati mill-obbligu tal-ikklerjar, iżda jenħtieġ li jibqgħu soġġetti għar-rekwiżit għall-iskambju tal-kollateral biex jiġi mitigat kwalunkwe riskju sistemiku. Madankollu, fejn il-pożizzjoni meħuda mill-kontroparti finanzjarja teċċedi l-limitu għall-ikklerjar għal mill-inqas klassi waħda ta' derivattivi OTC, ikkalkolat fil-livell tal-grupp, jenħtieġ li l-obbligu tal-ikklerjar japplika għall-klassijiet kollha ta' derivattivi OTC, fid-dawl tal-interkonnessjoni bejn il-kontropartijiet finanzjarji u tar-riskju sistemiku possibbli għas-sistema finanzjarja li jista' jirriżulta jekk dawk il-kuntratti tad-derivattivi OTC ma jiġux ikklerjati ċentralment. Jenħtieġ li l-kontroparti finanzjarja jkollha l-possibbiltà li turi, fi kwalunkwe ħin, li l-pożizzjonijiet tagħha ma għadhomx jeċċedu l-limitu tal-ikklerjar għal kwalunkwe klassi ta' derivattivi OTC, u f'dak il-każ l-obbligu tal-ikklerjar jenħtieġ li ma jibqax japplika.

(8)  Il-kontropartijiet mhux finanzjarji huma anqas interkonnessi minn kontropartijiet finanzjarji. Barra dan, huma ta' spiss attivi b'mod predominanti fi klassi waħda biss ta' derivattivi OTC. Għalhekk, l-attività tagħhom toħloq inqas riskju sistemiku għas-sistema finanzjarja mill-attività ta' kontropartijiet finanzjarji. L-ambitu tal-obbligu tal-ikklerjar għal kontropartijiet mhux finanzjarji li jagħżlu li jikkalkulaw il-pożizzjonijiet tagħhom darba kull 12-il xahar skont il-limiti tal-ikklerjar jenħtieġ għalhekk li jiġi ristrett. Dawk il-kontropartijiet mhux finanzjarji jenħtieġ ikunu soġġetti għall-obbligu tal-ikklerjar biss fir-rigward ▌ tal-klassijiet ta' derivattivi OTC li jeċċedu l-limitu tal-ikklerjar. Jenħtieġ li l-kontropartijiet mhux finanzjarji xorta waħda jibqgħu soġġetti għar-rekwiżit li jiskambjaw il-kollateral fejn jinqabeż xi wieħed mil-limiti tal-ikklerjar. Il-kontropartijiet mhux finanzjarji li jagħżlu li ma jikkalkulawx il-pożizzjonijiet tagħhom skont il-limiti tal-ikklerjar, jenħtieġ li jkunu soġġetti għall-obbligu tal-ikklerjar għall-klassijiet kollha ta' derivattivi OTC. Il-kontroparti mhux finanzjarja jenħtieġ li jkollha il-possibbiltà li turi, fi kwalunkwe ħin, li l-pożizzjonijiet tagħha ma għadhomx jeċċedu l-limitu tal-ikklerjar għal klassi ta' derivattivi OTC, u f'dak il-każ l-obbligu tal-ikklerjar għal dik il-klassi ta' derivattivi OTC jenħtieġ li ma jibqax japplika.

(9)  Sabiex jittieħed kont ta' kwalunkwe żvilupp fis-swieq finanzjarji, jenħtieġ li l-AETS tirriezamina perjodikament il-limiti tal-ikklerjar u li taġġornahom, fejn meħtieġ. Dak ir-rieżami perjodiku jenħtieġ li jkun akkumpanjat minn rapport.

(10)  Ir-rekwiżit tal-ikklerjar ta' ċerti kuntratti tad-derivattivi OTC konklużi qabel ma jidħol fis-seħħ l-obbligu tal-ikklerjar joħloq inċertezza legali u kumplikazzjonijiet operazzjonali, filwaqt li jipprovdi benefiċċji limitati. B'mod partikolari, dak ir-rekwiżit joħloq spejjeż u piżijiet addizzjonali għall-kontropartijiet ta' dawk il-kuntratti, u jista' wkoll jaffettwa l-funzjonament bla xkiel tas-suq mingħajr titjib sinifikanti fl-applikazzjoni uniformi u koerenti tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 jew fl-istabbiliment ta' kundizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni għall-parteċipant fis-suq. Dan ir-rekwiżit għalhekk jenħtieġ li jitneħħa.

(11)  Il-kontropartijiet li għandhom volum limitat ta' attività fis-suq tad-derivattivi OTC jiffaċċjaw diffikultajiet biex ikollhom aċċess għall-ikklerjar ċentrali, kemm bħala klijent ta' membru tal-ikklerjar kif ukoll permezz ta' arranġamenti ta' ikklerjar indirett. ▌Il-membri tal-ikklerjar u l-klijenti tal-membri tal-ikklerjar li jipprovdu servizzi tal-ikklerjar, kemm b'mod dirett lil kontropartijiet oħrajn jew b'mod indirett billi jippermettu lill-klijenti tagħhom stess jipprovdu dawk is-servizzi lil kontropartijiet oħrajn, jenħtieġ li għalhekk jiġu ▌rikjesti li jagħmlu dan skont termini kummerċjali ġusti, raġonevoli, nondiskriminatorji u trasparenti. Filwaqt li jenħtieġ li dan ir-rekwiżit ma jirriżultax f'regolamentazzjoni tal-prezzijiet jew f'obbligu li jiġu stipulati kuntratti, jenħtieġ li membri tal-ikklerjar u l-klijenti jkunu jistgħu jikkontrollaw ir-riskji relatati mas-servizzi tal-ikklerjar offruti, bħar-riskji tal-kontroparti.

(12)  L-informazzjoni dwar l-istrumenti finanzjarji koperti mill-awtorizzazzjonijiet ta' CCPs tista' ma tispeċifikax il-klassijiet kollha ta' derivattivi OTC li CCP hija awtorizzata li tikklerja. Sabiex ikun żgurat li l-AETS tkun tista' twettaq il-kompiti u d-dmirijiet tagħha fir-rigward tal-obbligu tal-ikklerjar, l-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jinnotifikaw lill-AETS mingħajr dewmien bi kwalunkwe informazzjoni li jirċievu minn CCP dwar l-intenzjoni tas-CCP li tibda tikklerja klassi ta' derivattivi OTC li hi koperta mill-awtorizzazzjoni eżistenti tagħha.

(13)  F'ċerti sitwazzjonijiet eċċezzjonali jenħtieġ li jkun possibbli li l-obbligu tal-ikklerjar jiġi sospiż temporanjament. Tali sospensjoni jenħtieġ li tkun possibbli fejn il-kriterji li abbażi tagħhom ▌klassijiet speċifiċi ta' derivattivi OTC jkunu saru soġġetti għall-obbligu tal-ikklerjar ma għadhomx jiġu ssodisfati. Dan jista' jkun il-każ fejn klassijiet partikolari ta' derivattivi OTC isiru inadatti għall-ikklerjar ċentrali obbligatorju jew fejn kien hemm bidla materjali f'waħda minn dawk il-kriterji fir-rigward ta' ▌klassijiet partikolari ta' derivattivi OTC. Jenħtieġ li sospensjoni tal-obbligu tal-ikklerjar tkun possibbli wkoll fejn CCP tieqaf toffri servizz tal-ikklerjar għal ▌ klassijiet speċifiċi ta' derivattivi OTC jew għal tip speċifiku ta' kontroparti u CCPs oħrajn ma jistgħux jintervjenu malajr biżżejjed biex jieħdu f'idejhom dawk is-servizzi ta' kklerjar. ▌ Is-sospensjoni tal- obbligu tal-ikklerjar jenħtieġ li tkun ukoll possibbli fejn din tkun ikkunsiderata neċessarja biex tiġi evitata theddida serja għall-istabbiltà finanzjarja fl-Unjoni. Sabiex tiġi żgurata l-istabbiltà finanzjarja u biex jiġi evitat tfixkil tas-suq, jenħtieġ li l-AETS, filwaqt li tqis l-objettivi tal-G20, tiżgura li, fejn tkun xierqa l-abolizzjoni tal-obbligu tal-ikklerjar, dik l-abolizzjoni tkun instigata waqt is-sospensjoni tal-obbligu tal-ikklerjar u fi żmien biżżejjed biex tippermetti l-l-emenda tal-istandards tekniċi regolatorji rilevanti.

(14)  L-obbligu stabbilit fir-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7) li kontropartijiet jinnegozjaw derivattivi li huma soġġetti għall-obbligu tal-ikklerjar għaċ-ċentri tan-negozjar jiġi, f'konformità mal-proċedura tal-obbligu tan-negozjar speċifikata f'dak ir-Regolament, skattat meta klassi ta' derivattivi tkun dikjarata li tkun soġġetta għall-obbligu tal-ikklerjar. Is-sospensjoni tal-obbligu tal-ikklerjar tista' tipprevjeni lill-kontropartijiet milli jkunu jistgħu jikkonformaw mal-obbligu tan-negozjar. Bħala konsegwenza, fejn is-sospensjoni tal-obbligu tal-ikklerjar tkun intalbet, u fejn ikun ikkunsidrat li hemm bidla materjali fil-kriterji biex l-obbligu tan-negozjar jieħu effett, jenħtieġ li jkun possibbli li l-AETS tipproponi s-sospensjoni konkorrenti tal-obbligu tan-negozjar abbażi tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 minflok ir-Regolament (UE) Nru 600/2014.

(15)  Ir-rapportar ta'kuntratti storiċi wera li huwa diffiċli peress li ċerti dettalji li issa meħtieġa li jiġu rrapportati ma kinux meħtieġa li jiġu rrapportati qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) Nru 648/2012. Dan wassal għal rata għolja ta' falliment fir-rapportar u għal kwalità fqira ta' data rrapportata, filwaqt li l-piż tar-rapportar ta' dawk il-kuntratti għadu sinifikanti. Għalhekk hemm probabbiltà għolja li dik id-data storika tibqa' ma tintużax. Barra minn hekk, sakemm issir effettiva l-iskadenza għar-rapportar ta' kuntratti storiċi, għadd ta' dawk il-kuntratti ikunu diġà skadew u, magħhom, l-iskoperturi u r-riskji korrispondenti. Għal dik ir-raġuni, jenħtieġ li r-rekwiżit li jiġu rrapportati kuntratti storiċi jitneħħa.

(16)  It-tranżazzjonijiet intragrupp li jinvolvu kontropartijiet mhux finanzjarji jirrappreżentaw frazzjoni relattivament żgħira tal-kuntratti ta' derivattivi OTC kollha u jintużaw primarjament għall-hedging intern fi ħdan gruppi. Dawk it-tranżazzjonijiet għalhekk ma jikkontribwixxux b'mod sinifikanti għar-riskju sistemiku u għall-interkonnessjoni, iżda l-obbligu li jiġu rrapportati tali tranżazzjonijiet jimponi spejjeż u piżijiet sinifikanti fuq kontropartijiet mhux finanzjarji. ▌ It-tranżazzjonijiet bejn kontropartijiet fi ħdan grupp, fejn mill-inqas waħda mill-kontropartijiet tkun kontroparti mhux finanzjarja, jenħtieġ li għalhekk jiġu eżentati mill-obbligu ta' rapportar, irrispettivament mill-post fejn tkun stabbilita l-kontroparti mhux finanzjarja.

(17)  Fl-2017, il-Kummissjoni nediet kontroll tal-idoneità dwar ir-rapportar pubbliku mill-kumpaniji. L-għan ta' dak il-kontroll huwa li tinġabar evidenza dwar il-konsistenza, il-koerenza, l-effettività u l-effiċjenza tal-qafas tar-rapportar tal-Unjoni. F'dak l-isfond, għandha tiġi analizzata aktar fil-fond il-possibbiltà li tiġi evitata duplikazzjoni bla bżonn tar-rapportar u l-possibbiltà ta' tnaqqis jew simplifikazzjoni tar-rapportar ta' kuntratti ta' derivattivi mhux OTC, b'kont meħud tal-ħtieġa għal rapportar f'waqtu u l-miżuri adottati bis-saħħa tar-Regolamenti (UE) Nru 648/2012 u (UE) Nru 600/2014. B'mod partikolari, dik l-analiżi għandha tikkunsidra d-dettalji rapportati, l-aċċessibbiltà tad-data mill-awtoritajiet rilevanti, kif ukoll il-miżuri għas-simplifikazzjoni ulterjuri tal-katini tar-rapportar għal kuntratti ta' derivattivi mhux OTC mingħajr telf żejjed ta' informazzjoni, b'mod partikolari fir-rigward ta' kontropartijiet mhux finanzjarji li mhumiex soġġetti għall-obbligu tal-ikklerjar. Valutazzjoni aktar ġenerali tal-effettività u l-effiċjenza tal-miżuri li ġew introdotti fir-Regolament (UE) Nru 648/2012 biex jittejjeb il-funzjonament u jitnaqqas il-piż tar-rapportar ta' kuntratti ta' derivattivi OTC jenħtieġ li tiġi kkunsidrata, meta jkunu disponibbli esperjenza u data suffiċjenti dwar l-applikazzjoni ta' dak ir-Regolament, b'mod partikolari fir-rigward tal-kwalità u tal-aċċessibbiltà tad-data rapportata lir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet u l-aċċettazzjoni u fir-rigward tal-implimentazzjoni ta' rapportar delegat.

(18)  Biex jitnaqqas il-piż tar-rapportar ta' kuntratti ta'derivattivi OTC għal ▌ kontropartijiet mhux finanzjarji li mhumiex soġġetti għall-obbligu tal-ikklerjar, jenħtieġ li l-kontroparti finanzjarja, bħala regola, tkun unikament responsabbli, ▌ anki legalment, ▌ għar-rapportar kemm f'isimha kif ukoll f'isem ▌ kontropartijiet mhux finanzjarji li mhumiex soġġetti għall-obbligu tal-ikklerjar fir-rigward ta' kuntratti ta' derivattivi OTC konklużi minn dawk il-kontropartijiet, kif ukoll għall-iżgurar tal-korrettezza tad-dettalji ▌ rapportati. Sabiex jiġi żgurat li l-kontroparti finanzjarja jkollha d-data li għandha bżonn sabiex tissodisfa l-obbligu ta' rapportar tagħha, jenħtieġ li l-kontroparti mhux finanzjarja tipprovdi d-dettalji relatati mal-kuntratti tad-derivattivi OTC li l-kontroparti finanzjarja ma tistax tkun raġonevolment mistennija li jkollha. Madankollu, jenħtieġ li jkun possibbli li kontropartijiet mhux finanzjarji jagħżlu li jirrapportaw il-kuntratti tad-derivattivi OTC tagħhom. F'tali -każijiet, il-kontroparti mhux finanzjarja jenħtieġ li tinforma kif xieraq lill-kontroparti finanzjarja u jenħtieġ li tkun responsabbli, anki legalment, għar-rapportar ta' dik id-data u għall-iżgurar tal-korrettezza tagħha.

(19)  Jenħtieġ li tiġi determinata wkoll ir-responsabbiltà għar-rapportar ta' kuntratti ta'derivattivi OTC fejn waħda mill-kontropartijiet, jew it-tnejn li huma, ikunu UCITS jew AIF. Jenħtieġ għalhekk li jiġi speċifikat li l-kumpannija ta' ġestjoni ta' UCITS hija responsabbli ▌ , anki legalment, ▌ għar-rapportar f'isem dik l-UCITS fir-rigward tal-kuntratti ta' derivattivi OTC konklużi minn dik l-UCITS, kif ukoll għall-iżgurar tal-korrettezza ▌ tad-dettalji rapportati. Bl-istess mod, jenħtieġ li l-maniġer ta' AIF ikun responsabbli, ▌, anki legalment, ▌ għar-rapportar f'isem dak l-AIF fir-rigward ta' kuntratti ta' derivattivi OTC konklużi minn dak l-AIF, kif ukoll għall-iżgurar tal-korrettezza i ▌ tad-dettalji rapportati.

(20)  Biex jiġu evitati inkonsistenzi madwar l-Unjoni fl-applikazzjoni tat-tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskju, minħabba l-kumplessità tal-proċeduri ta' ġestjoni tar-riskju li jirrikjedu l-iskambju f'waqtu, preċiż u segregat b'mod xieraq tal-kollateral tal-kontropartijiet li jinvolvu l-użu ta' mudelli interni, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jivvalidaw dawk il-proċeduri ta' ġestjoni tar-riskju jew kwalunkwe bidla sinifikanti f'dawk il-proċeduri, qabel ma jiġu applikati.

(21)  Il-ħtieġa ta' konverġenza regolatorja internazzjonali u l-ħtieġa li l-kontropartijiet mhux finanzjarji u l-kontropartijiet finanzjarji żgħar inaqqsu r-riskji assoċjati mal-iskoperturi għar-riskju tal-valuta tagħhom joħolqu n-neċessità li jiġu stabbiliti proċeduri ta' ġestjoni tar-riskju speċjali għal tranżazzjonijiet forward tal-kambju saldati b'mod fiżiku u swap tal-valuti skont ir-rata tal-kambju saldati b'mod fiżiku. Fid-dawl tal-profil tar-riskju speċifiku tagħhom, huwa xieraq li jiġi ristrett l-iskambju obbligatorju ta' marġini ta' varjazzjoni fuq tranżazzjonijiet forward tal-kambju saldati b'mod fiżiku għal tranżazzjonijiet bejn l-aktar kontropartijiet sistemiċi sabiex tiġi limitata l-akkumulazzjoni ta' riskju sistemiku u biex tiġi evitata diverġenza regolatorja internazzjonali. Il-konverġenza regolatorja internazzjonali jenħtieġ li tiġi żgurata wkoll fir-rigward tal-proċeduri tal-ġestjoni tar-riskju għal klassijiet oħra ta' derivattivi.

(22)  Is-servizzi għat-tnaqqis tar-riskju wara n-negozjar jinkludu servizzi bħall-kompressjoni tal-portafoll. Il-kompressjoni tal-portafoll hija eskluża mill-kamp ta' applikazzjoni tal-obbligu ta' negozjar stabbilit fir-Regolament (UE) Nru 600/2014. Sabiex ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 jiġi allinjat mar-Regolament (UE) Nru 600/2014, fejn meħtieġ u xieraq, filwaqt li jittieħed kont tad-differenzi bejn dawk iż-żewġ Regolamenti, il-potenzjal ta' ċirkomvenzjoni tal-obbligu tal-ikklerjar u l-punt sa liema s-servizzi ta' tnaqqis tar-riskju ta' wara n-negozjar itaffu jew inaqqsu r-riskji, jenħtieġ li l-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mal-AETS u l-BERS, tivvaluta liema tranżazzjonijiet li jirriżultaw minn servizzi ta' tnaqqis tar-riskju ta' wara n-negozjar, jekk ikun hemm, jenħtieġ li jingħataw eżenzjoni mill-obbligu tal-ikklerjar.

(23)  Biex tiżdied it-trasparenza u l-prevedibbiltà tal-marġni inizjali u biex is-CCPs jinżammu milli jimmodifikaw il-mudelli tal-marġni inizjali tagħhom b'modi li jistgħu jidhru proċikliċi, is-CCPs jenħtieġ li jipprovdu lill-membri tal-ikklerjar tagħhom b'għodod biex jissimulaw ir-rekwiżiti tal-marġni inizjali tagħhom u jenħtieġ li jipprovdulhom ħarsa ġenerali dettaljata tal-mudelli tal-marġni inizjali li jużaw. Dan huwa konsistenti mal-istandards internazzjonali ppubblikati mill-Kumitat dwar l-Infrastrutturi tal-Pagamenti u tas-Swieq u l-Bord tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Kummissjonijiet tat-Titoli, b'mod partikolari mal-qafas ta' divulgazzjoni ppubblikat f'Diċembru 2012 u l-istandards tad-divulgazzjoni kwantitattiva pubblika għas-CCPs fl-2015, li huma rilevanti għat-trawwim ta' fehim tajjeb tar-riskji u l-ispejjeż involuti fi kwalunkwe parteċipazzjoni f'CCP minn membri tal-ikklerjar u t-titjib tat-trasparenza ta' CCPs lejn il-parteċipanti fis-suq.

(24)  Il-liġijiet nazzjonali tal-Istati Membri dwar l-insolvenza ma għandhomx ifixklu lis-CCPs milli jkunu jistgħu jwettqu b'ċertezza legali suffiċjenti t-trasferiment tal-pożizzjonijiet tal-klijenti jew li jħallsu r-rikavati ta' likwidazzjoni direttament lill-klijenti f'każ ta' insolvenza ta' membru tal-ikklerjar fir-rigward ta' assi miżmuma f'kontijiet tal-klijent segregati omnibus jew individwali. Biex jingħataw inċentivi għall-ikklerjar u biex jitjieb l-aċċess għalih, jenħtieġ li l-liġijiet nazzjonali tal-Istati Membri dwar l-insolvenza ma jfixklux lil CCPs milli jsegwu l-proċeduri ta' inadempjenza f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 648/2012 fir-rigward tal-assi u l-pożizzjonijiet f'kontijiet tal-klijenti segregati omnibus jew individwali miżmuma għand il-membru tal-ikklerjar u għand is-CCP. Jenħtieġ li fejn ikunu stabbiliti arranġamenti ta' kklerjar indiretti, il-klijenti indiretti jkomplu xorta waħda jibbenefikaw mill-protezzjoni li tkun ekwivalenti għal dik prevista taħt ir-regoli ta' segregazzjoni u portabbiltà u l-proċeduri ta' inadempjenza stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 648/2012.

(25)  Il-multi imposti mill-AETS fuq ir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet taħt is-superviżjoni diretta tagħha jenħtieġ li jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi biżżejjed biex tiġi żgurata l-effettività tas-setgħat superviżorji tal-AETS u biex tiżdied it-trasparenza tal-pożizzjonijiet u l-iskopertura tad-derivattivi ▌. L-ammonti tal-multi previsti inizjalment fir-Regolament (UE) Nru 648/2012 taw prova li ma humiex dissważivi biżżejjed fid-dawl tal-fatturat tar-repożitorji tat-tranżazzjonijiet, u dan jista' potenzjalment ikun ta' xkiel għall-effettività tas-setgħat superviżorji tal-AETS skont dak ir-Regolament, fir-rigward tar-repożitorji tat-tranżazzjonijiet. Għalhekk jenħtieġ li l-limitu massimu tal-ammonti bażiċi tal-multi jiżdied.

(26)  L-awtoritajiet tal-pajjiżi terzi jenħtieġ li jkollhom aċċess għad-data rrapportata lir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet tal-Unjoni fejn ċerti kundizzjonijiet li jiggarantixxu t-trattament ta' dik id-data jiġu ssodisfati mill-pajjiż terz u fejn dak il-pajjiż terz jipprevedi obbligu legalment vinkolanti u infurzabbli li jagħti aċċess dirett lill-awtoritajiet tal-Unjoni għal data rrapportata lir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet f'dak il-pajjiż terz.

(27)  Ir-Regolament (UE) 2015/2365 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(8) jippermetti li ssir proċedura simplifikata ta' reġistrazzjoni għar-repożitorji tat-tranżazzjonijiet li huma diġà rreġistrati skont ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 u li jixtiequ jestendu dik ir-reġistrazzjoni biex jipprovdu s-servizzi tagħhom fir-rigward ta' tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli. Jenħtieġ li tiddaħħal fis-seħħ proċedura tar-reġistrazzjoni simplifikata simili għar-reġistrazzjoni tar-repożitorji tat-tranżazzjonijiet li huma diġà reġistrati skont ir-Regolament (UE) 2015/2365 u jixtiequ jestendu dik ir-reġistrazzjoni biex jipprovdu s-servizzi tagħhom fir-rigward tal-kuntratt ta' derivattivi.

(28)  Il-kwalità u trasparenza insuffiċjenti tad-data li r-repożitorji tat-tranżazzjonijiet jagħmlu disponibbli tagħmilha diffiċli għall-entitajiet li ngħataw aċċess għal dik id-data biex jużawha biex jimmonitorjaw is-swieq tad-derivattivi u tipprevjeni lir-regolaturi u lis-superviżuri milli jidentifikaw riskji ta' stabbiltà finanzjarja fi żmien debitu. Biex titjieb il-kwalità u t-trasparenza tad-data, u biex jiġu allinjati r-rekwiżiti ta' rapportar tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 ma' dawk tar-Regolamenti (UE) 2015/2365 u ▌ (UE) Nru 600/2014, hija meħtieġa aktar armonizzazzjoni tar-regoli u r-rekwiżiti tar-rapportar, b'mod partikolari, aktar armonizzazzjoni tal-istandards tad-data, tal-formats, tal-metodi, u l-arranġamenti għar-rapportar tad-data, kif ukoll aktar armonizzazzjoni tal-proċeduri li għandhom jiġu applikati mir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet għall-validazzjoni tad-data rrapportata fir-rigward tal-kompletezza u l-korrettezza tagħhom u tal-proċeduri għar-rikonċiljazzjoni tad-data ma' repożitorji tat-tranżazzjonijiet oħrajn. Barra minn hekk, ir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet jenħtieġ li jagħtu lill-kontropartijiet li ma jirrappurtawx aċċess għad-data kollha rrapportata f'isimhom b'termini kummerċjali raġonevoli fuq talba.

(29)  F'termini tas-servizzi pprovduti mir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet, ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 stabbilixxa ambjent kompetittiv. Jenħtieġ li l-kontropartijiet għalhekk ikunu jistgħu jagħżlu r-repożitorju tat-tranżazzjonijiet li jixtiequ jirrapportaw lilu u jenħtieġ li jkunu jistgħu jbiddlu r-repożitorju tat-tranżazzjonijiet jekk jagħżlu li jagħmlu dan. Biex tiġi ffaċilitata tali bidla u biex tiġi żgurata d-disponibbiltà kontinwa tad-data mingħajr duplikazzjoni, ir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet jenħtieġ li jistabbilixxu politiki xierqa biex jiżguraw it-trasferiment tad-data rrapportata lejn repożitorji tat-tranżazzjonijiet oħrajn fejn ikun mitlub minn kontroparti li hija soġġetta għall-obbligu ta' rapportar.

(30)  Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 jistabbilixxi li l-obbligu tal-ikklerjar ma għandux japplika għal arranġamenti tal-iskema tal-pensjonijiet sakemm tiġi żviluppata soluzzjoni teknika xierqa mis-CCPs għat-trasferiment ta' kollateral mhux fi flus bħala marġini ta' varjazzjoni. Billi sa issa għadha ma ġietx żviluppata soluzzjoni vijabbli li tiffaċilita l-parteċipazzjoni ta' arranġamenti tal-iskema tal-pensjonijiet fl-ikklerjar ċentrali, jenħtieġ li dak il-perijodu transitorju jiġi estiż biex japplika għal mill-inqas sentejn oħra. L-ikklerjar ċentrali jenħtieġ li madankollu jibqa' l-għan aħħari, meta jitqies li l-iżviluppi regolatorji u tas-suq attwali jippermettu lill-parteċipanti tas-suq biex jiżviluppaw soluzzjonijiet tekniċi xierqa f'dak il-perijodu. Bl-għajnuna tal-AETS, tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) (EBA), stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(9), tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) (EIOPA) stabbilita bir-Regolament Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(10) u tal-BERS, jenħtieġ li l-Kummissjoni timmonitorja l-progress magħmul mis-CCPs, il-membri tal-ikklerjar u l-arranġamenti tal-iskema tal-pensjonijiet lejn soluzzjonijiet vijabbli li jiffaċilitaw il-parteċipazzjoni tal-arranġamenti tal-iskema tal-pensjonijiet fl-ikklerjar ċentrali u tħejji rapport dwar dak il-progress. Dak ir-rapport jenħtieġ li jkopri wkoll is-soluzzjonijiet u l-ispejjeż relatati għall- arranġamenti tal-iskema tal-pensjonijiet , u b'hekk jittieħed kont tal-iżviluppi regolatorji u tas-suq bħal bidliet għat-tip ta' kontroparti finanzjarja li hija soġġetta għall-obbligu tal-ikklerjar. Sabiex tipprevedi għal żviluppi li ma kienux previsti fiż-żmien tal-adozzjoni ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li testendi dak il-perijodu transitorju darbtejn għal perjodu ta' sena, wara li tkun ivvalutat bir-reqqa l-ħtieġa għal estensjoni bħal din.

(31)  Il-perijodu transitorju li matulu arranġamenti tal-iskema tal-pensjonijiet kienu eżentati mill-obbligu tal-ikklerjar skada fis-16 ta' Awwissu 2018. Għal raġunijiet ta' ċertezza legali, u biex tkun evitata kwalunkwe diskontinwità, huwa neċessarju li tiġi applikata b'mod retroattiv l-estensjoni ta' dak il-perijodu transitorju għall-kuntratti ta' derivattivi OTC konklużi minn arranġamenti tal-iskema tal-pensjonijiet mis-17 ta' Awwissu 2018 sa ... [il-jum qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju].

(32)  Sabiex il-qafas regolatorju jiġi simplifikat, jenħtieġ li jiġi kkunsidrat il-miżura sa liema jkun meħtieġ u xieraq li jiġi allinjat l-obbligu tan-negozjar taħt ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 mat-tibdil magħmul taħt dan ir-Regolament għall-obbligu tal-ikklerjar għad-derivattivi, b'mod partikolari, għall-ambitu tal-entitajiet li huma soġġetti għall-obbligu tal-ikklerjar. Meta jkunu disponibbli esperjenza u data suffiċjenti dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li ssir valutazzjoni aktar ġenerali tal-effetti ta' dan ir-Regolament fuq il-livell ta' kklerjar minn tipi differenti ta' kontroparti u fuq id-distribuzzjoni tal-ikklerjar f'kull tip ta' kontroparti, kif ukoll tal-aċċessibbiltà tas-servizzi tal-ikklerjar, inkluż l-effiċjenza tat-tibdil magħmul taħt dan ir-Regolament fir-rigward tal-forniment ta' servizzi tal-ikklerjar skont termini kummerċjali ġusti, raġonevoli, nondiskriminatorji u trasparenti biex ikun iffaċilitat l-aċċess għall-ikklerjar.

(33)  Biex tkun żgurata l-armonizzazzjoni konsistenti ta' meta t-termini kummerċjali relatati mal-forniment ta' servizzi tal-ikklerjar huma meqjusa ġusti, raġonevoli, nondiskriminatorji u trasparenti, u sabiex jingħata żmien addizzjonali biex il-parteċipanti tas-suq jiżviluppaw soluzzjonijiet tal-ikklerjar għall-arranġamenti tal-iskemi tal-pensjonijiet taħt ċerti kondizzjonijiet, is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-ispeċifikazzjoni tal-kondizzjonijiet li taħthom it-termini kummerċjali relatati mal-forniment ta' servizzi tal-ikklerjar huma kkunsidrati ġusti, raġonevoli, nondiskriminatorji u trasparenti, u fir-rigward tal-estensjoni tal-perijodu transitorju li matulu l-obbligu tal-ikklerjar jenħtieġ li ma japplikax għal kuntratti ta' derivattivi OTC konklużi minn arranġamenti tal-iskemi tal-pensjonijiet Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet adatti matul il-ħidma ta' tħejjija tagħha, inkluż fil-livell ta' esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet(11). B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li fih jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom sistematikament aċċess għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jkunu qed jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati.

(34)  Biex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, u b'mod partikolari fir-rigward tas-sospensjoni tal-obbligu tal-ikklerjar u tal-obbligu tan-negozjar u fir-rigward tal-aċċess dirett mill-awtoritajiet rilevanti tal-pajjiżi terzi għal informazzjoni li tkun tinsab ▌ fir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet stabbiliti ġewwa l-Unjoni, is-setgħat ta' implimentazzjoni jenħtieġ li jingħataw lill-Kummissjoni. Dawk is-setgħat jenħtieġ li jiġu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(12) ▌. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tadotta minnufih atti ta' implimentazzjoni applikabbli biex jiġu sospiżi l-obbligu tal-ikklerjar u l-obbligu tan-negozjar għal klassijiet speċifiċi ta' derivattivi OTC peress li huwa neċessarju li jkun hemm deċiżjoni rapida li tiżgura ċ-ċertezza legali dwar l-eżitu tal-proċedura ta' sospensjoni u għalhekk ikun hemm raġunijiet imperattivi ta' urġenza debitament ġustifikati.

(35)  Biex tiġi żgurata l-armonizzazzjoni konsistenti tar-regoli dwar it-tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskju, ir-reġistrazzjoni tar-repożitorji tat-tranżazzjonijiet u r-rekwiżiti ta' rapportar, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta standards tekniċi regolatorji żviluppati mill-EBA jew mill-AETS fir-rigward ta' dawn li ġejjin: proċeduri superviżorji biex tiġi żgurata validazzjoni inizjali u kontinwa tal-proċeduri tal-ġestjoni tar-riskju li jeħtieġu l-iskambju f'waqtu, preċiż u segregat b'mod xieraq tal-kollateral; id-dettalji tal-applikazzjoni ssimplifikata għal estensjoni tar-reġistrazzjoni ta' repożitorju tat-tranżazzjonijiet li huwa diġà reġistrat taħt ir-Regolament (UE) 2015/2365; il-proċeduri għar-rikonċiljazzjoni tad-data bejn ir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet, il-proċeduri li għandhom jiġu applikati mir-repożitorju tat-tranżazzjonijiet biex jivverifika l-konformità mar-rekwiżiti tar-rapportar mill-kontroparti tar-rapportar jew mill-entità li tippreżenta u biex jivverifika l-kompletezza u l-korrettezza tad-data rrapportata; it-termini u l-kundizzjonijiet, l-arranġamenti u d-dokumentazzjoni meħtieġa li taħthom ċerti entitajiet huma mogħtija aċċess għar-repożitorji tat-tranżazzjonijiet. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tadotta dawk l-istandards tekniċi regolatorji permezz ta' atti delegati skont l-Artikolu 290 TFUE u skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 ▌ ▌ ▌ u (UE) Nru 1095/2010▌.

(36)  Jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata wkoll is-setgħa li tadotta standards tekniċi ta' implimentazzjoni żviluppati mill-AETS ▌ fir-rigward tal-istandards tad-data għall-informazzjoni li għandha tiġi rrapportata għall-klassijiet differenti tad-derivattivi u fir-rigward tal-metodi u l-arranġamenti għar-rapportar u l-format tal-applikazzjoni għal estensjoni tar-reġistrazzjoni ta' repożitorju tat-tranżazzjonijiet li jkun diġà reġistrat taħt ir-Regolament (UE) 2015/2365. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tadotta dawk l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni permezz ta' atti ta' implimentazzjoni skont l-Artikolu 291 TFUE u f'konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

(37)  Billi l-objettivi ta' dan ir-Regolament, jiġifieri, li jiġi żgurat li r-regoli huma proporzjonati, ma jwasslux għal piżijiet amministrattivi jew spejjeż ta' konformità mhux meħtieġa, ma jqiegħdux f'riskju l-istabbiltà finanzjarja, u jżidu t-trasparenza tal-pożizzjonijiet u l-iskoperturi ta' derivattivi OTC, ma jistgħux jinkisbu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda minflok, minħabba l-iskala u l-effetti tagħhom, jistgħu jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif imniżżel f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jintlaħqu dawk l-għanijiet.

(38)  L-applikazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament jenħtieġ li għalhekk tiġi ddiferita biex jiġu stabbiliti l-miżuri ta' implimentazzjoni essenzjali kollha u biex il-parteċipanti fis-suq jkunu jistgħu jieħdu l-passi kollha neċessarji għal skopijiet ta' konformità.

(39)  Għaldaqstant, ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 hu emendat kif ġej:

(1)  fl-Artikolu 2, il-punt (8) huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"(8) "kontroparti finanzjarja" tfisser:

   (a) ditta tal-investiment awtorizzata skont id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*;
   (b) istituzzjoni tal-kreditu awtorizzata skont id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill**;
   (c) impriża tal-assigurazzjoni jew impriża tar-riassigurazzjoni awtorizzata skont id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill***;
   (d) UCITS u, fejn rilevanti, il-kumpannija ta' ġestjoni tagħha, awtorizzata skont id-Direttiva 2009/65/KE, sakemm dik l-UCITS ma tkunx stabbilita esklussivament bil-għan li sservi pjan wieħed jew aktar ta' xiri ta' azzjonijiet mill-impjegati;
   (e) istituzzjoni għall-provvista ta' irtirar okkupazzjonali (IORP), kif definit fil-punt (1) tal-Artikolu 6tad-Direttiva (UE) 2016/2341 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill****;
   (f) fond ta' investiment alternattiv (AIF), kif definit fil-punt (a) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2011/61/UE, li huwa jew stabbilit fl-Unjoni jew inkella ġestit minn maniġer ta' fondi ta' investiment alternattiv (AIFM) awtorizzat jew reġistrat f'konformità ma' dik id-Direttiva, sakemm dak l-AIF ma jkunx stabbilit esklussivament bil-għan li jservi pjan wieħed jew aktar ta' xiri ta' azzjonijiet mill-impjegati, jew sakemm dak l-AIF ma jkunx entità bi skop speċjali ta' titolizzazzjoni kif imsemmi fil-punt (g) tal-Artikolu 2(3)) tad-Direttiva 2011/61/UE, u, fejn rilevanti, l-AIFM tagħha jkun stabbilit fl-Unjoni;
   (g) depożitorju ċentrali tat-titoli awtorizzat skont ir-Regolament (UE) Nru 909/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill***** ▌;

________________

* Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349).

** Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).

*** Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1).

**** Direttiva (UE) 2016/2341 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Diċembru 2016 dwar l-attivitajiet u s-superviżjoni ta' istituzzjonijiet għall-provvista ta' rtirar okkupazzjonali (IORPs) (ĠU L 354, 23.12.2016, p. 37).

***** Regolament (UE) Nru 909/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 2014 dwar titjib fis-saldu tat-titoli fl-Unjoni Ewropea u dwar depożitorji ċentrali tat-titoli u li jemenda d-Direttivi 98/26/KE u 2014/65/UE u r-Regolament (UE) Nru 236/2012 (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 1).";

"

(2)  l-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:

(a)  il-paragrafu 1huwa emendat kif ġej:

(i)  il-punti (a)(i) sa (a)(iv) huma sostitwiti b'dan li ġej:"

"(i) bejn żewġ kontropartijiet finanzjarji li jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4a(1);

   (ii) bejn kontroparti finanzjarja li tissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4a(1) u kontroparti mhux finanzjarja li tissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 10(1);
   (iii) bejn żewġ kontropartijiet mhux finanzjarji li jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 10(1);
   (iv) bejn, minn naħa waħda, kontroparti finanzjarja li tissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4a(1) jew kontroparti mhux finanzjarja li tissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 10(1), u, min-naħa l-oħra, entità stabbilita f'pajjiż terz li kieku kienet stabbiltà fl-Unjoni kienet tkun soġġetta għall-obbligu tal-ikklerjar;";

"

(ii)  il-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"(b) dawn jiġu konklużi jew innovati ▌ fid-data ▌ li fiha l-obbligu tal-ikklerjar jieħu effett, jew aktar tard dment li, fid-data meta jiġu konklużi jew innovati, iż-żewġ kontropartijiet jissodisfaw il-kondizzjonijiet imniżżla fil-punt (a);";

"

(b)  jiddaħħal il-paragrafu  li ġej:"

"3a. Mingħajr ma jkunu obbligati li jkollhom kuntratt, il-membri tal-ikklerjar u l-klijenti li jipprovdu servizzi tal-ikklerjar, kemm direttament jew indirettament, għandhom jipprovdu dawk is-servizzi skont termini kummerċjali ġusti, raġonevoli, nondiskriminatorji u trasparenti. Tali klijenti u membri tal-ikklerjar għandhom jieħdu l-miżuri raġonevoli kollha biex jidentifikaw, jipprevjenu, jiġġestixxu u jimmonitorjaw il-kunflitti ta' interess, b'mod partikolari bejn l-unità tan-negozjar u l-unità tal-ikklerjar, li jistgħu jaffettwaw b'mod avvers il-forniment ġust, raġonevoli, nondiskriminatorju u trasparenti tas-servizzi tal-ikklerjar. Għandhom jittieħdu wkoll tali miżuri fil-każ fejn is-servizzi kummerċjali u tal-ikklerjar ikunu provduti minn entitajiet legali differenti li jappartjenu għall-istess grupp.

Il-klijenti u l-membri tal-ikklerjar għandhom jingħataw permess jikkontrollaw ir-riskji relatati mas-servizzi tal-ikklerjar offruti.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 82 li jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jiġu speċifikati l-kondizzjonijiet li taħthom it-termini kummerċjali msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandhom ikunu meqjusa li huma ġusti, raġonevoli ▌, nondiskriminatorji u trasparenti, abbażi ta' dawn li ġejjin:

   (a) rekwiżiti ta' ġustizzja u trasparenza fir-rigward tal-miżati, il-prezzijiet, il-politiki dwar l-iskontijiet u t-termini u l-kondizzjonijiet kuntrattwali ġenerali oħra rigward il-lista tal-prezzijiet, mingħajr preġudizzju għall-kunfidenzjalità tal-arranġamenti kuntrattwali ma' kontropartijiet individwali;
   (b) fatturi li jikkostitwixxu termini kummerċjali raġonevoli biex jiżguraw arranġamenti kuntrattwali imparzjali u razzjonali;
   (c) rekwiżiti li jiffaċilitaw servizzi tal-ikklerjar fuq bażi ġusta u nondiskriminatorja, b'kont meħud tal-ispejjeż u r-riskji, sabiex kwalunkwe differenza fil-prezzijiet mitluba tkun proporzjonata għall-ispejjeż, ir-riskji u l-benefiċċji; u
   (d) kriterji ta' kontroll tar-riskju għall-membru tal-ikklerjar jew il-klijent relatati mas-servizzi tal-ikklerjar offruti.";

"

(3)  jiddaħħal l-Artikolu li ġej:"

"Artikolu 4a

Kontropartijiet finanzjarji li huma soġġetti għall-obbligu tal-ikklerjar

1.  Kull 12-il xahar, kontroparti finanzjarja li tieħu pożizzjonijiet f'kuntratti ta' derivattivi OTC tista' tikkalkula l-pożizzjoni aggregata medja tagħha fi tmiem ix-xahar għat-12-il xahar preċedenti ▌skont il-paragrafu 3.

Meta kontroparti finanzjarja ma tikkalkulax il-pożizzjonijiet tagħha, jew fejn ir-riżultat ta' dak il-kalkolu jaqbeż kwalunkwe wieħed mil-limiti tal-ikklerjar speċifikati skont il-punt (b) tal-Artikolu 10(4), il-kontroparti finanzjarja għandha:

   (a) tinnotifika minnufih lill-AETS u lill-awtorità kompetenti rilevanti tagħha, u, fejn rilevanti, tindika l-perijodu użat għall-kalkolu;

   (b) tistabbilixxi arranġamenti ta' kklerjar fi żmien erba' xhur wara n-notifika msemmija fil-punt (a) ta’ dan is-subparagrafu; u
   (c) issir soġġetta għall-obbligu tal-ikklerjar imsemmi fl-Artikolu 4 għal kuntratti tad-derivattivi OTC kollha li jappartjenu għall-kwalunkwe klassi ta' derivattivi ta' OTC li tkun soġġetta għall-obbligu tal-ikklerjar konkluż jew innovat aktar minn erba' xhur wara n-notifika msemmija fil-punt (a) ta’ dan is-subparagrafu.

2.  Kontroparti finanzjarja li tkun soġġetta għall-obbligu tal-ikklerjar imsemmi fl-Artikolu 4 fi ... [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju] jew li ssir soġġetta għal l-obbligu tal-ikklerjar skont it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1, għandha tibqa' soġġetta għal dak l-obbligu u għandha tkompli l-ikklerjar sakemm dik il-kontroparti finanzjarja turi lill-awtorità kompetenti rilevanti li l-pożizzjoni aggregata medja tagħha fi tmiem ix-xahar għat-12-il preċedenti ma taqbiżx il-limitu għall-ikklerjar speċifikat skont punt (b) tal-Artikolu 10(4).

Il-kontroparti finanzjarja għandha tkun tista' turi lill-awtorità kompetenti rilevanti li l-kalkolu tal-pożizzjoni aggregata medja fi tmiem ix-xahar għat-12-il xahar preċedenti ma jirriżultax f'sottovalutazzjoni sistematika ta' dik il-pożizzjoni.

3.  Meta tikkalkula l-pożizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, il-kontroparti finanzjarja għandha tinkludi il-kuntratti tad-derivattivi OTC konklużi minn dik il-kontroparti finanzjarja jew konklużi minn entitajiet oħrajn fil-grupp li għalih tappartjeni dik il-kontroparti finanzjarja.

Minkejja l-ewwel subparagrafu, fir-rigward ta' UCITS u AIF, il-pożizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu kkalkulati fil-livell tal-fond.

Il-kumpaniji ta' ġestjoni ta' UCITS li jiġġestixxu aktar minn UCITS waħda u l-AIFM li jiġġestixxu aktar minn AIF wieħed għandhom ikunu jistgħu juru lill-awtorità kompetenti rilevanti li l-kalkolu tal-pożizzjonijiet fil-livell tal-fond ma jwassalx għal:

   (a) sottovalutazzjoni sistematika tal-pożizzjonijiet ta' kwalunkwe wieħed mill-fondi li jiġġestixxu jew il-pożizzjonijiet tal-maniġer; u
   (b) ċirkomvenzjoni tal-obbligu tal-ikklerjar.

L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti rilevanti tal-kontroparti finanzjarja u tal-entitajiet l-oħra fil-grupp għandhom jistabbilixxu proċeduri ta' kooperazzjoni biex jiżguraw il-kalkolu effettiv tal-pożizzjonijiet fil-livell tal-grupp.";

"

(4)  l-Artikolu 5, huwa emendat kif ġej:

(a)  il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"1. Fejn awtorità kompetenti tawtorizza lil CCP biex tikklerja klassi ta' derivattivi OTC skont l-Artikolu 14 jew 15, jew fejn klassi ta' derivattivi OTC li CCP biħsiebha tibda tikklerja tkun koperta minn awtorizzazzjoni eżistenti mogħtija skont l-Artikolu 14 jew 15, l-awtorità kompetenti għandha tinnotifika minnufih lill-AETS b'dik l-awtorizzazzjoni jew bil-klassi ta' derivattivi OTC li s-CCP biħsiebha tibda tikklerja.";

"

(b)  fil-paragrafu 2, jitħassar il-punt (c);

(5)  l-Artikolu 6 huwa emendat kif ġej:

(a)  fil-paragrafu 2, jitħassar il-punt (e);

(b)  il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"3. Fejn CCP ma tkunx għadha awtorizzata jew rikonoxxuta f'konformità ma' dan ir-Regolament biex tikklerja klassi speċifika ta' derivattivi OTC, l-AETS għandha tneħħi dik is-CCP minnufih mir-reġistru pubbliku tagħha fir-rigward ta' dik il-klassi ta' derivattivi OTC.";

"

(6)  jiddaħħal l-Artikolu li ġej:"

"Artikolu 6a

Sospensjoni tal-obbligu tal-ikklerjar

1.  ▌L-AETS tista' titlob li l-Kummissjoni tissospendi l-obbligu tal-ikklerjar imsemmi fl-Artikolu 4(1) għal ▌klassijiet speċifiċi ta' derivattivi OTC jew għal tip speċifiku ta' kontroparti, fejn tkun ġiet issodisfata waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin:

   (a) il-klassijiet speċifiċi ta' derivattivi OTC ma jkunux aktar adatti għall-ikklerjar ċentrali skont il-kriterji msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5(4) u fl-Artikolu 5(5);
   (b) CCP probabbli li tieqaf tikklerja dawk il-klassijiet speċifiċi ta' derivattivi OTC u l-ebda CCP oħra ma tkun kapaċi tikklerja dawk il-klassijiet speċifiċi ta' derivattivi OTC mingħajr interruzzjoni;
   (c) is-sospensjoni tal-obbligu tal-ikklerjar għal ▌ dawk il-klassijiet speċifiċi ta' derivattivi OTC jew għal tip speċifiku ta' kontroparti hija meħtieġa biex tiġi evitata jew indirizzata theddida serja għall-istabbiltà finanzjarja jew għall-funzjonament tajjeb tas-swieq finanzjarji fl-Unjoni u dik is-sospensjoni hija proporzjonata għal dawk l-għanijiet.

Għall-finijiet tal-punt (c) tal-ewwel subparagrafu, qabel it-talba msemmija fl-ewwel subparagrafu, l-AETS għandha tikkonsulta lill-BERS u lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti maħtura skont l-Artikolu 22.

It-talba msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tkun akkumpanjata minn evidenza li turi li mill-inqas waħda mill-kundizzjonijiet stabbiliti fih hija ssodisfata.

Fejn is-sospensjoni tal-obbligu tal-ikklerjar titqies mill-AETS li tkun bidla materjali fil-kriterji biex l-obbligu tan-negozjar jieħu effett imsemmija fl-Artikolu 32(5) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, it-talba msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu tista' tinkludi wkoll talba biex jiġi sospiż l-obbligu ta' nnegozjar stipulat fl-Artikolu 28(1) u (2) ta' dak ir-Regolament għall-istess klassijiet speċifiċi tad-derivattivi OTC li huma soġġetti għat-talba li tiġi sospiża l-obbligu tal-ikklerjar.

2.  Skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-awtoritajiet kompetenti responsabbli mis-superviżjoni ta' membri tal-ikklerjar u l-awtoritajiet kompetenti maħtura skont l-Artikolu 22 jistgħu jitolbu li l-AETS tagħmel talba għal sospensjoni tal-obbligu tal-ikklerjar lill-Kummissjoni. It-talba mill-awtorità kompetenti għandha tipprovdi r-raġunijiet u tippreżenta evidenza li turi li mill-inqas waħda mill-kondizzjonijiet stabbiliti fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu hija ssodisfata.

L-AETS għandha, fi żmien 48 siegħa minn meta tasal it-talba msemmija mill-awtorità kompetenti fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, abbażi tar-raġunijiet u l-evidenza pprovduti mill-awtorità kompetenti, jew titlob li l-Kummissjoni tissospendi l-obbligu tal-ikklerjar imsemmi fl-Artikolu 4(1) jew tirrifjuta t-talba msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu. L-AETS għandha tinforma lill-awtorità kompetenti kkonċernata bid-deċiżjoni tagħha. Meta l-AETS tirrifjuta t-talba mill-awtorità kompetenti, hija għandha tagħti r-raġunijiet għal dan bil-miktub.

3.  It-talbiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx isiru disponibbli għall-pubbliku.

4.  Il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien żejjed wara l-wasla tat-talba msemmija fil-paragrafu 1, abbażi tar-raġunijiet u l-evidenza pprovduti mill-AETS, tissospendi l-obbligu tal-ikklerjar għall-klassijiet speċifiċi tad-derivattivi OTC jew għat-tip speċifiku ta' kontroparti msemmi fil-paragrafu 1 permezz ta' att ta' implimentazzjoni, jew inkella tirrifjuta s-sospensjoni mitluba. Fejn il-Kummissjoni tirrifjuta s-sospensjoni mitluba, għandha tipprovdi raġunijiet għal dan bil-miktub lill-AETS. Il-Kummissjoni għandha tinforma minnufih lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill b'dan u tgħaddi lilhom ir-raġunijiet pprovduti lill-AETS. Dik l-informazzjoni ma għandhiex issir pubblika.

L-att ta' implimentazzjoni msemmi fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandu jiġi adottat skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 86(3).

5.  Fejn mitlub mill-AETS skont ir-raba' subparagrafu tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-att ta' implimentazzjoni li jissospendi l-obbligu tal-ikklerjar għal klassijiet speċifiċi ta' derivattivi OTC jista' jissospendi wkoll l-obbligu ta' negozjar stipulat fl-Artikolu 28(1) u (2) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 għall-istess klassijiet speċifiċi ta' derivattivi OTC li huma soġġetti għas-sospensjoni tal-obbligu tal-ikklerjar.

6.  Is-sospensjoni tal-obbligu tal-ikklerjar u, fejn applikabbli, l-obbligu tan-negozjar għandhom jiġu kkomunikati lill-AETS u għandhom jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, fuq is-sit web tal-Kummissjoni u fir-reġistru pubbliku msemmi fl-Artikolu 6.

7.  Is-sospensjoni tal-obbligu tal-ikklerjar imsemmija fil-paragrafu 4 għandha tkun valida għal perijodu inizjali ta' mhux aktar minn tliet xhur mid-data tal-applikazzjoni ta' dik is-sospensjoni.

Is-sospensjoni tal-obbligu ta' negozjar imsemmija fil-paragrafu 5 għandha tkun valida għall-istess perijodu inizjali.

8.  Fejn ir-raġunijiet għas-sospensjoni jkunu għadhom japplikaw, il-Kummissjoni ▌ tista', permezz ta' att ta' implimentazzjoni, testendi s-sospensjoni msemmija fil-paragrafu 4 għal perijodi addizzjonali ta' mhux aktar minn tliet xhur, bil-perijodu totali tas-sospensjoni ma jeċċedix 12-il xahar. Kull estensjoni tas-sospensjoni għandha tiġi ppubblikata f'konformità mal-paragrafu 6.

L-att ta' implimentazzjoni msemmi fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandu jiġi adottat skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 86(3).

L-AETS għandha, fi żmien biżżejjed qabel tmiem il-perijodu ta' sospensjoni msemmi fil-paragrafu 7 ta' dan l-Artikolu jew tal-perijodu ta' estensjoni msemmi fl-ewwel subparagrafu ta' dan is-subparagrafu, toħroġ opinjoni lill-Kummissjoni dwar jekk għadhomx japplikaw ir-raġunijiet għas-sospensjoni. Għall-finijiet tal-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-AETS għandha tikkonsulta lill-BERS u lill-awtoritajiet kompetenti maħtura skont l-Artikolu 22. L-AETS għandha tibgħat kopja ta' dik l-opinjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Dik l-opinjoni ma għandhiex issir pubblika.

L-att ta' implimentazzjoni li jestendi s-sospensjoni tal-obbligu tal-ikklerjar tista' wkoll testendi l-perijodu tas-sospensjoni tal-obbligu ta' negozjar imsemmi fil-paragrafu 7.

L-estensjoni tas-sospensjoni tal-obbligu tal-ikklerjar għandha tkun valida għall-istess perijodu tal-estensjoni tas-sospensjoni tal-obbligu tal-ikklerjar.";

"

(7)  l-Artikolu 9 huwa emendat kif ġej:

(a)  il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"1. Il-kontropartijiet u s-CCPs għandhom jiżguraw li d-dettalji ta' kwalunkwe kuntratt tad-derivattivi li jkunu kkonkludew u kwalunkwe modifika jew terminazzjoni tal-kuntratt jiġu rrapportati skont il-paragrafi 1a sa 1f ta' dan l-Artikolu lil repożitorju tat-tranżazzjonijiet rreġistrat skont l-Artikolu 55 jew rikonoxxut skont l-Artikolu 77. Id-dettalji għandhom jiġu rrapportati mhux iżjed tard mill-jum tax-xogħol wara l-konklużjoni, il-modifika jew it-terminazzjoni tal-kuntratt.

L-obbligu ta' rapportar għandu japplika għal kuntratti tad-derivattivi li:

   (a) ġew konklużi qabel it-12 ta' Frar 2014 u li jibqgħu pendenti f'dik id-data;
   (b) ġew konklużi fit-12 ta' Frar 2014 jew wara.

Minkejja l-Artikolu 3, l-obbligu ta' rapportar ma għandux japplika għal kuntratti tad-derivattivi fl-istess grupp fejn mill-inqas waħda mill-kontropartijiet hija kontroparti mhux finanzjarja jew kienet tikkwalifika bħala kontroparti mhux finanzjarja kieku kienet stabbilita fl-Unjoni, dment li:

   (a) iż-żewġ kontropartijiet huma inklużi fl-istess konsolidazzjoni fuq bażi sħiħa;
   (b) iż-żewġ kontropartijiet huma soġġetti għal proċeduri ċentralizzati ta' evalwazzjoni, kejl u kontroll tar-riskju; u
   (c) l-impriża prinċipali ma tkunx kontroparti finanzjarja.

Il-kontropartijiet għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom bl-intenzjoni tagħhom li japplikaw l-eżenzjoni msemmija fit-tielet subparagrafu. L-eżenzjoni għandha tkun valida ħlief jekk l-awtoritajiet kompetenti notifikati ma jaqblux li huma sodisfatti l-kundizzjonijiet imsemmija fit-tielet subparagrafu fi żmien tliet xhur mid-data tan-notifika.";

"

(b)  jiddaħħlu l-paragrafi li ġejjin:"

"1a.

il-kontropartijiet finanzjarji għandhom ikunu unikament responsabbli, anki legalment, għar-rapportar f'isem iż-żewġ kontropartijiet, tad-dettalji tal-kuntratti tad-derivattivi ▌ OTC konklużi ma' kontroparti mhux finanzjarja li ma tissodisfax il-kondizzjonijiet imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 10(1), kif ukoll għall-iżgurar tal-korrettezza tad-dettalji ▌ rrapportati.

Biex jiġi żgurat li l-kontroparti finanzjarja jkollha d-data kollha li jkollha bżonn biex tissodisfa l-obbligu ta' rapportar, il-kontroparti mhux finanzjarja għandha tipprovdi lill-kontroparti finanzjarja d-dettalji tal-kuntratti tad-derivattivi OTC konklużi bejniethom, li l-kontroparti finanzjarja ma tistax tkun raġonevolment mistennija li jkollha. Il-kontroparti mhux finanzjarja għandha tkun responsabbli biex tiżgura li dawk id-dettalji jkunu korretti.

Minkejja l-ewwel subparagrafu, kontropartijiet mhux finanzjarji li diġà investew f'sistema ta' rapportar jistgħu jiddeċiedu li jirrapportaw id-dettalji tal-kuntratti tad-derivattivi OTC tagħhom ma' kontropartijiet finanzjarji lil repożitorju tat-tranżazzjonijiet. F'dak il-każ, il-kontropartijiet mhux finanzjarji għandhom jinformaw lill-kontropartijiet finanzjarji li magħhom ikkonkludew kuntratti tad-derivattivi OTC dwar id-deċiżjoni tagħhom qabel ma jirrapportaw dawk id-dettalji. F'dik is-sitwazzjoni, il-kontropartijiet mhux finanzjarji għandhom ikunu responsabbli, anki legalment, għar-rapportar dawk id-dettalji u għall-iżgurar tal-korrettezza.

Kontroparti mhux finanzjarja li ma tissodisfax il-kundizzjonijiet imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 10(1) u li tikkonkludi kuntratt tad-derivattivi OTC ma' entità stabbilita f'pajjiż terz ma għandhiex tkun meħtieġa tirrapporta skont dan l-Artikolu u ma għandhiex tkun legalment responsabbli għar-rapportar jew għall-iżgurar tal-korrettezza tad-dettalji ta' tali kuntratti tad-derivattivi OTC, dment li:

   (a) dik l-entità tal-pajjiż terz tkun kwalifikata bħala kontroparti finanzjarja kieku kienet stabbilita fl-Unjoni;
   (b) is-sistema legali għar-rapportar li l-entità tal-pajjiż terz hi soġġetta għaliha tkun ġiet dikjarata ekwivalenti bis-saħħa tal-Artikolu 13; u
   (c) il-kontroparti finanzjarja tal-pajjiż terz tkun irrapportat tali informazzjoni skont is-sistema legali għar-rapportar ta' dak il-pajjiż terz tagħha lil repożitorju tat-tranżazzjonijiet li huwa soġġett għal obbligu legalment vinkolanti u infurzabbli li jagħtu lill-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 81(3) aċċess dirett u immedjat għad-data.

1b.  il-kumpannija ta' ġestjoni ta' UCITS għandha tkun responsabbli, anki legalment, għar-rapportar ▌ tad-dettalji tal-kuntratti tad-derivattivi OTC li għalihom dik l-UCITS hija kontroparti ▌, kif ukoll għall-iżgurar tal-korrettezza tad-dettalji rrapportati.

1c.  l-AIFM għandu jkun responsabbli, anki legalment, għar-rapportar tad-dettalji ta' kuntratti tad-derivattivi OTC li għalihom l-AIF rilevanti huwa kontroparti, kif ukoll għall-iżgurar tal-korrettezza tad-dettalji rrapportati.

1d.  L-entità awtorizzata li hija responsabbli mill-ġestjoni ta' u li taġixxi f'isem IORP li, skont il-liġi nazzjonali, ma għandhiex personalità legali għandha tkun responsabbli, anki legalment, mir-rappurtar tad-dettalji ta' kuntratti tad-derivattivi OTC li għalihom dik l-IORP hi kontroparti kif ukoll milli tiżgura l-korrettezza tad-dettalji rrappurtati.

1e.  ▌ il-kontropartijiet u s-CCPs li huma meħtieġa jirrapportaw id-dettalji tal-kuntratti tad-derivattivi għandhom jiżguraw li tali dettalji tal- jiġu rapportati ▌ b'mod korrett u mingħajr duplikazzjoni.

1f.  Il-kontropartijiet u s-CCPs li huma soġġetti għall-obbligu ta' rapportar imsemmi fil-paragrafu 1 jistgħu jiddelegaw dak l-obbligu ta' rapportar. ▌";

"

(c)  il-paragrafu 6 huwa sostitwit b' dan li ġej:"

"6. Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi tal-applikazzjoni tal-paragrafi 1 u 3, l-AETS għandha, f'kooperazzjoni mill-qrib mas-SEBĊ, tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni li jispeċifikaw:

   (a) l-istandards u l-formats tad-data għall-informazzjoni li għandha tiġi rrapportata, li għandhom jinkludu mill-inqas dawn li ġejjin:
   (i) identifikaturi globali tal-entitajiet ġuridiċi (▌ LEIs ▌);
   (ii) numri internazzjonali għall-identifikazzjoni tat-titoli (international securities identification numbers, ▌ ISINs ▌);
   (iii) identifikaturi uniċi tat-tranżazzjoni (unique trade identifiers, ▌ UTIs ▌);
   (b) il-metodi u l-arranġamenti għar-rapportar;
   (c) il-frekwenza tar-rapporti;
   (d) id-data sa meta l-kuntratti tad-derivattivi għandhom jiġu rrapportati ▌.

Fl-iżvilupp ta' dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni, l-AETS għandha tqis l-iżviluppi u l-istandards internazzjonali miftiehma fil-livell tal-Unjoni jew dak globali, u l-konsistenza tagħhom mar-rekwiżiti tar-rapportar stipulati fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) ▌ 2015/2365* u l-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014.

L-AETS għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi ta' implimentattivi lill-Kummissjoni sa [12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju].

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

________________

* Ir-Regolament (UE) 2015/2365 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2015 dwar it-trasparenza ta' tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli u l-użu mill-ġdid u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 337, 23.12.2015, p. 1).";

"

(8)  l-Artikolu 10 huwa emendat kif ġej:

(a)  il-paragrafi 1 u 2 huma sostitwiti b'dan li ġej:"

"1. Kull 12-il xahar, kontroparti mhux finanzjarja li tieħu pożizzjonijiet f'kuntratti tad-derivattivi OTC tista' tikkalkula l-pożizzjoni aggregata medja tagħha fi tmiem ix-xahar għat-12-il xahar preċedenti ▌ skont il-paragrafu 3.

Fejn kontroparti mhux finanzjarja ma tikkalkulax il-pożizzjonijiet tagħha, jew fejn ir-riżultat ta' dak il-kalkolu msemmi fir-rigward ta' klassi waħda jew aktar ta' derivattivi OTC jaqbeż il-livelli limiti tal-ikklerjar speċifikati skont il-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 4, dik il-kontroparti mhux finanzjarja għandha:

   (a) minnufih tinnotifika lill-AETS u lill-awtorità kompetenti rilevanti , u, fejn rilevanti, tindika l-perijodu użat għall-kalkolu;
   (b) tistabbilixxi arranġamenti ta' kklerjar fi żmien erba' xhur min-notifika msemmija fil-punt (a) ta’ dan is-subparagrafu;
   (c) issir soġġetta għall-obbligu tal-ikklerjar imsemmi fl-Artikolu 4 għall-kuntratti tad-derivattivi OTC konklużi jew innovati aktar minn erba' xhur wara n-notifika msemmija fil-punt (a) ta’ dan is-subparagrafu li jappartjenu għal dawk il-klassijiet tal-assi li fir-rigward tagħhom ir-riżultat tal-kalkolu jaqbeż il-limiti tal-ikklerjar jew, fejn il-kontroparti mhux finanzjarja ma tkunx ikkalkulat il-pożizzjoni tagħha, li jappartjenu għal kwalunkwe klassi ta' derivattivi OTC li hija soġġetti għall-obbligu tal-ikklerjar.

2.  Kontroparti mhux finanzjarja li tkun soġġetta għall-obbligu tal-ikklerjar imsemmi fl-Artikolu 4 fi ... [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju] jew li ssir soġġetta għall-obbligu tal-ikklerjar skont it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, għandha tibqa' soġġetta għal dak l-obbligu u għandha tkompli l-ikklerjar sakemm dik il-kontroparti mhux finanzjarja turi lill-awtorità kompetenti rilevanti li l-pożizzjoni aggregata medja tagħha fi tmiem ix-xahar għat-12-il xahar preċedenti ▌ ma teċċedix il-limitu minimu għall-ikklerjar speċifikat skont il-punt (b) tal-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu.

Il-kontroparti mhux finanzjarja għandha tkun tista' turi lill-awtorità kompetenti rilevanti li l-kalkolu tal-pożizzjoni aggregata medja tagħha fi tmiem ix-xahar għat-12-il xahar ta' qabel ma jwassalx għal sottovalutazzjoni sistematika tal-pożizzjoni.";

"

(b)  jiddaħħal il-paragrafu li ġej:"

"2a. L-awtoritajiet kompetenti rilevanti tal-kontroparti mhux finanzjarja u entitajiet l-oħra fil-grupp għandhom jistabbilixxu proċeduri biex jiżguraw il-kalkolu effettiv tal-pożizzjonijiet fil-livell tal-grupp.";

"

(c)  fil-paragrafu 4, ir-raba' subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"Wara li tikkonsulta mal-BERS u awtoritajiet rilevanti oħra, l-AETS għandha tirrieżamina perjodikament il-livelli limitu tal-ikklerjar imsemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu u, fejn meħtieġ b'kont meħud, b'mod partikolari, tal-interkonnessjoni bejn il-kontropartijiet finanzjarji, tipproponi emendi tal-istandards tekniċi regolatorji f'konformità ma’ dan il-paragrafu.

Dak ir-rieżami perjodiku għandu jkun akkumpanjat minn rapport mill-AETS dwar is-suġġett.";

"

(9)  fl-Artikolu 11, il-paragrafu 15 huwa emendat kif ġej:

(a)  l-ewwel subparagrafu huwa emendat kif ġej:

(i)  il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej: ▌"

"(a) il-proċeduri tal-ġestjoni tar-riskju, inkluż il-livelli u t-tip ta' kollateral u l-arranġamenti tas-segregazzjoni msemmija fil-paragrafu 3;";

"

(ii)  jiddaħħal il-punt li ġej:"

"(aa) il-proċeduri superviżorji biex jiżguraw validazzjoni inizjali u kontinwa ta' dawk il-proċeduri ta' ġestjoni tar-riskju;" ▌;

"

(b)  it-tielet subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"L-ESAs għandhom jippreżentaw dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji, ħlief għal dawk imsemmija fil-punt (aa) tal-ewwel subparagrafu, lill-Kummissjoni sat-18 ta' Lulju 2018.

L-EBA, f'kooperazzjoni mal-AETS u l-EIOPA, għandha tippreżenta l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji msemmi fil-punt (aa) tal-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sa ... [12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju].";

"

(10)  fl-Artikolu 38, jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:"

"6. CCP għandha tipprovdi għodda ta' simulazzjoni lill-membri tal-ikklerjar tagħha li tippermettilhom jiddeterminaw l-ammont tal-marġini inizjali addizzjonali, fuq bażi grossa, li s-CCP tista' tirrikjedi mal-ikklerjar ta' tranżazzjoni ġdida. Dik l-għodda għandha tkun aċċessibbli biss fuq bażi ta' aċċess sigur, u r-riżultati tas-simulazzjoni ma għandhomx ikunu vinkolanti.

7.  CCP għandha tipprovdi lill-membri tal-ikklerjar tagħha b'informazzjoni dwar il-mudelli tal-marġni inizjali li tuża. Dik l-informazzjoni għandha:

   (a) tispjega b'mod ċar id-disinn tal-mudell tal-marġni inizjali u kif jaħdem;
   (b) tiddeskrivi b'mod ċar is-suppożizzjonijiet u l-limitazzjonijiet ewlenin tal-mudell tal-marġini inizjali u ċ-ċirkostanzi li taħthom dawn is-suppożizzjonijiet ma jkunux iżjed validi;
   (c) tkun iddokumentata.";

"

(11)  fl-Artikolu 39, jiżdied il-paragrafu li ġej:"

"11. Il-liġijiet nazzjonali tal-Istati Membri dwar l-insolvenza ma għandhomx iwaqqfu lil CCP milli taġixxi skont l-Artikolu 48(5), (6) u (7) fir-rigward tal-assi u l-pożizzjonijiet irreġistrati fil-kontijiet kif imsemmi fil-paragrafi 2 sa 5 ta' dan l-Artikolu.";

"

(12)  l-Artikolu 56 huwa emendat kif ġej:

(a)  il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"1. Għall-iskopijiet tal-Artikolu 55(1), ir-repożitorju tat-tranżazzjonijiet għandu jippreżenta waħda minn dawn li ġejjin lill-AETS:

   (a) applikazzjoni għar-reġistrazzjoni;
   (b) applikazzjoni għal estensjoni tar-reġistrazzjoni fejn ir-repożitorju tat-tranżazzjonijiet ikun diġà rreġistrat taħt il-Kapitolu III tar-Regolament (UE) 2015/2365.";

"

(b)  il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"3. Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni konsistenti ta' dan l-Artikolu, l-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji li jispeċifika dan li ġej:

   (a) id-dettalji tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1;
   (b) id-dettalji tal-applikazzjoni ssimplifikata għall-estensjoni tar-reġistrazzjoni msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1.

L-AETS għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa ... [12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju].

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.";

"

(c)  il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"4. Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi tal-applikazzjoni tal-paragrafi 1, l-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi implimentattivi li jispeċifikaw dan li ġej:

   (a) il-format tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1;
   (b) il-format tal-applikazzjoni għal estensjoni tar-reġistrazzjoni msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1.

Fir-rigward tal-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, l-AETS għandha tiżviluppa format issimplifikat.

L-AETS għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi implimentattivi lill-Kummissjoni sa ... [12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju].

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.";

"

(13)  fl-Artikolu 62, il-paragrafu 5 huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"5. Jekk talba għal rekords tat-traffiku tat-telefon jew tad-data msemmija fil-punt (e) tal-paragrafu 1 tkun teħtieġ li awtorità kompetenti nazzjonali tkun awtorizzata minn awtorità ġudizzjarja skont ir-regoli nazzjonali, l-AETS għandha wkoll tapplika għal tali awtorizzazzjoni. L-AETS tista' tapplika wkoll għal tali awtorizzazzjoni bħala miżura ta' prekawzjoni.";

"

(14)  l-Artikolu 63 huwa emendat kif ġej:

(a)  il-paragrafi 1 u 2 huma sostitwiti b'dan li ġej:"

"1. Biex twettaq id-dmirijiet tagħha skont dan ir-Regolament, l-AETS tista' twettaq l-ispezzjonijiet kollha meħtieġa fi kwalunkwe bini tan-negozju, art jew proprjetà tal-persuni ġuridiċi msemmijin fl-Artikolu 61(1). Meta t-twettiq u l-effiċjenza adatti tal-ispezzjonijiet ikunu jeħtieġu hekk, l-AETS tista' twettaq spezzjonijiet fil-post mingħajr notifika minn qabel.

2.  L-uffiċjali u persuni oħra awtorizzati mill-AETS biex iwettqu spezzjoni fil-post jistgħu jidħlu fi kwalunkwe bini tan-negozju, art jew proprjetà tal-persuni ġuridiċi li huma soġġetti għal deċiżjoni ta' investigazzjoni adottata mill-AETS u għandu jkollhom is-setgħat kollha msemmija fl-Artikolu 62(1). Huma għandu jkollhom ukoll is-setgħa li jissiġillaw kwalunkwe bini u kotba jew rekords għall-perjodu tal-ispezzjoni jew sa fejn meħtieġ għaliha.";

"

(b)  il-paragrafu 8 huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"8. Jekk l-ispezzjoni fuq il-post prevista fil-paragrafu 1 jew jekk l-assistenza prevista fil-paragrafu 7 teħtieġ li awtorità kompetenti nazzjonali tkun awtorizzata minn awtorità ġudizzjarja skont ir-regoli nazzjonali, , l-AETS għandha wkoll tapplika għal tali awtorizzazzjoni . L-AETS tista' tapplika wkoll għal tali awtorizzazzjoni bħala miżura ta' prekawzjoni.";

"

(15)  l-Artikolu 64 huwa emendat kif ġej:

(a)  il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:"

"4. Meta jissottometti l-fajl bis-sejbiet imsemmija fil-paragrafu 3 lill-AETS, l-uffiċjal tal-investigazzjoni għandu jinnotifika lill-persuni li jkunu soġġetti għall-investigazzjonijiet. Tali persuni għandhom ikunu intitolati li jkollhom aċċess għall-fajl, soġġett għall-interess leġittimu ta' persuni oħra fil-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali tagħhom. Id-dritt ta' aċċess għall-fajl ma għandux jestendi għal informazzjoni kunfidenzjali jew id-dokumenti preparatorji interni tal-AETS.";

"

(b)  il-paragrafu 8 huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"8. L-AETS għandha tirreferi kwistjonijiet lill-awtoritajiet relevanti għall-investigazzjoni u prosekuzzjoni kriminali possibbli meta, fit-twettiq ta' dmirijietha skont dan ir-Regolament, hija ssib li jkun hemm indikazzjonijiet serji tal-eżistenza possibbli ta' fatti li taf li jkunu jistgħu jikkostitwixxu reat kriminali skont il-liġi applikabbli. Barra minn hekk, l-AETS għandha toqgħod lura milli timponi multi jew pagamenti ta' penali perjodiċi meta tkun taf li liberazzjoni minn akkuża jew kundanna preċedenti li tirriżulta minn fatt jew fatti identiċi li jkunu sostanzjalment l-istess tkun diġà saret res judicata bħala riżultat tal-proċeduri kriminali skont il-liġi nazzjonali.";

"

(16)  fl-Artikolu 65, il-paragrafu 2 huwa emendat kif ġej:

(a)  fil-punt (a), "EUR 20 000" huwa sostitwit b'"EUR 200 000";

(b)  ▌ il-punt (b) ▌ huwa sostitwit b'dan li ġej:,"

"(b) għall-ksur imsemmi fil-punti (a), (b) u (d) sa (k) tat-Taqsima I tal-Anness I, u fil-punti (a), (b) u (h) tat-Taqsima II tal-Anness I, l-ammonti tal-multi għandhom ikunu mill-inqas EUR 5 000 u ma għandhomx jeċċedu l-EUR 100 000.";

"

(c)  jiddaħħal il-punt li ġej:"

"(c) għall-ksur imsemmi fit-Taqsima IV tal-Anness I, l-ammonti tal-multi għandhom ikunu mill-inqas EUR 5 000 u ma għandhomx jeċċedu EUR 10 000.";

"

(17)  fl-Artikolu 67, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"1. Qabel ma tieħu kwalunkwe deċiżjoni skont l-Artikolu 73(1) u dwar pagament ta' penali perjodiku skont l-Artikolu 66, l-AETS għandha tagħti lill-persuni li huma soġġetti għall-proċeduri l-opportunità li jinstemgħu dwar is-sejbiet tagħha. L-AETS għandha tibbaża d-deċiżjonijiet tagħha biss fuq sejbiet li dwarhom il-persuni li huma soġġetti għall-proċeduri kellhom l-opportunità li jikkummentaw.

L-ewwel subparagrafu ta' dan l-Artikolu ma għandux japplika għad-deċiżjonijiet imsemmija fil-punti (a), (c) u (d) tal-Artikolu 73(1) jekk tkun meħtieġa azzjoni urġenti biex tiġi evitata ħsara sinifikanti u imminenti għas-sistema finanzjarja jew biex tiġi evitata ħsara sinifikanti u imminenti għall-integrità, it-trasparenza, l-effiċjenza u l-funzjonament ordnat tas-swieq finanzjarji, inkluż għall-istabbiltà jew il-korrettezza tad-data rrapportata lil repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet. F'każ bħal dan, l-AETS tista' tadotta deċiżjoni interim u għandha tagħti lill-persuni kkonċernati l-opportunità li jinstemgħu malajr kemm jista' jkun wara li tieħu d-deċiżjoni tagħha.";

"

(18)  fl-Artikolu 72, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"2. "L-ammont ta' kwalunkwe tariffa mitluba lil repożitorju tat-tranżazzjonijiet għandu jkopri l-ispejjeż amministrattivi raġonevoli kollha mġarrba mill-AETS fir-rigward tar-reġistrazzjoni tagħha u tal-attivitajiet superviżorji tal-AETS u għandu jkun proporzjonat għall-fatturat tar-repożitorju tat-tranżazzjonijiet ikkonċernat u t-tip ta' reġistrazzjoni u superviżjoni eżerċitati mill-AETS.";

"

(19)  jiddaħħal l-Artikolu li ġej:"

"Artikolu 76a

Aċċess dirett reċiproku għad-data

1.  Meta meħtieġ għall-eżerċizzju tad-dmirijiet tagħhom, l-awtoritajiet rilevanti ta' pajjiżi terzi li fihom huwa stabbilit repożitorju tat-tranżazzjonijiet wieħed jew aktar għandu jkollhom aċċess dirett għall-informazzjoni f'repożitorji tat-tranżazzjonijiet stabbiliti fl-Unjoni, dment li l-Kummissjoni tkun adottat att ta' implimentazzjoni skont il-paragrafu 2 għal dak l-għan.

2.  Mal-preżentazzjoni ta' talba mill-awtoritajiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni, skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 86(2), fejn jiġi ddeterminat jekk il-qafas legali tal-pajjiż terz tal-awtorità rikjedenti jkunx jissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

   (a) ir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet stabbiliti f'dak il-pajjiż terz ikunu debitament awtorizzati;
   (b) is-superviżjoni u l-infurzar effettivi tar-repożitorji tat-tranżazzjonijiet f'dak il-pajjiż terz isiru fuq bażi kontinwa;
   (c) ikunu jeżistu garanziji ta' segretezza professjonali, inkluż il-protezzjoni ta' sigrieti ta' negozju kondiviżi ma' partijiet terzi mill-awtoritajiet, u dawn ikunu mill-inqas ekwivalenti għal dawk stabbiliti f'dan ir-Regolament;
   (d) ir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet awtorizzati f'dak il-pajjiż terz ikunu soġġetti għal obbligu legalment vinkolanti u infurzabbli li jagħtu lill-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 81(3) aċċess dirett u immedjat għad-data.";

"

(20)  fl-Artikolu 78, jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:"

"9. Repożitorju tat-tranżazzjonijiet għandu jistabbilixxi l-proċeduri u l-politiki li ġejjin:

   (a) proċeduri għar-rikonċiljazzjoni effettiva tad-data bejn ir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet;
   (b) proċeduri għall-verifika tal-kompletezza u l-korrettezza tad-data rrapportata ▌;
   (c) politiki għat-trasferiment b'mod ordnat tad-data lejn repożitorji tat-tranżazzjonijiet oħrajn fejn ikun mitlub mill-kontropartijiet jew mis-CCPs imsemmija fl-Artikolu 9 jew inkella fejn ikun meħtieġ.

10.  Bil-għan li tiżgura l-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu, l-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw:

   (a) il-proċeduri għar-rikonċiljazzjoni effettiva tad-data bejn ir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet;
   (b) il-proċeduri li għandhom jiġu applikati mir-repożitorju tat-tranżazzjonijiet biex tiġi vverifikata l-konformità mill-kontroparti tar-rapportar jew mill-entità li tippreżenta mar-rekwiżiti ta' rapportar u biex jiġu vverifikati l-kompletezza u l-korrettezza tad-data rrapportata skont l-Artikolu 9.

L-AETS għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa ... [12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju].

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.";

"

(21)  fl-Artikolu 80, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:"

"5a. Fuq talba, repożitorju tat-tranżazzjonijiet għandu jipprovdi lill-kontropartijiet li ma jkunux meħtieġa li jirrapportaw id-dettalji tal-kuntratti tad-derivattivi OTC tagħhom skont l-Artikolu 9 (1a) sa (1d) u lill-kontropartijiet u lis-CCPs li jkunu ddelegaw l-obbligi ta' rapportar tagħhom skont l-Artikolu 9(1f) l-aċċess għall-informazzjoni rrapportata f'isimhom.";

"

(22)  L-Artikolu 81 huwa emendat kif ġej:

(a)  fil-paragrafu 3, jiżdied il-punt li ġej :"

"(q) l-awtoritajiet rilevanti ta' pajjiż terz li fir-rigward tiegħu jkun ġie adottat att ta' implimentazzjoni skont l-Artikolu 76a.";

"

(b)  il-paragrafu 5 huwa sostitwit b' dan li ġej:"

"5. Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni konsistenti ta' dan l-Artikolu, l-AETS għandha, wara li tikkonsulta mal-membri tas-SEBĊ, tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw dan li ġej:

   (a) l-informazzjoni li għandha tiġi ppubblikata jew issir disponibbli skont il-paragrafi 1 u 3;
   (b) il-frekwenza tal-pubblikazzjoni tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1;
   (c) l-istandards operattivi meħtieġa biex tiġi aggregata u mqabbla d-data minn repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet għal ieħor u biex l-entitajiet imsemmija fil-paragrafu 3 jkollhom aċċess għal dik l-informazzjoni;
   (d) it-termini u l-kundizzjonijiet, l-arranġamenti u d-dokumentazzjoni meħtieġa li taħthom ir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet jagħtu aċċess lill-entitajiet imsemmija fil-paragrafu 3.

L-AETS għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa ... [12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju].

Fl-iżvilupp ta' dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji, l-AETS għandha tiżgura li l-pubblikazzjoni tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ma tiżvelax l-identità ta' kwalunkwe parti għal kwalunkwe kuntratt.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.";

"

(23)  fl--Artikoli 82, il-paragrafi2 sa 6 huma sostitwiti b'dan li ġej:"

"2. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 1(6), 4(3a), 64(7), l-Artikolu 70, l-Artikoli 72(3), ▌ u 85(2) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perijodu ta' żmien indeterminat.

3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 1(6), 4(3a), 64(7), l-Artikolu 70, l-Artikoli 72(3) u 85(2) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Hija għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data sussegwenti speċifikata fiha. Ma għandha taffettwa l-validità ta' ebda att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.  Qabel ma' tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tagħmel ħilitha biex tikkonsulta l-AETS u għandha tikkonsulta esperti nnominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet .

5.  Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah b'mod simultanju lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.  Att delegat adottat skont l-Artikoli 1(6), 4(3a), 64(7), l-Artikolu 70, l-Artikoli 72(3) u 85(2) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa ebda oġġezzjoni min-naħa tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill fi żmien tliet xhur min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu infurmaw, it-tnejn li huma, lill-Kummissjoni li mhumiex ser iqajmu oġġezzjoni. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż bi tliet xhur fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.";

"

(24)  L-Artikolu 85 huwa emendat kif ġej:

(a)  il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"1. Sa ... [ħames snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju], il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u tipprepara rapport ġenerali. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta dak ir-rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, flimkien ma' kwalunkwe proposta adatta.";

"

(b)  jiddaħħal il-paragrafu li ġej:"

"1a. Sa [12-il xahar qabel id-data msemmija fil-paragrafu 1] l-AETS għandha tippreżenta rapport lill-Kummissjoni dwar dawn li ġejjin:

   (a) l-impatt tar-Regolament (UE) 2019/...*(13) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq il-livell tal-ikklerjar minn kontropartijiet finanzjarji u mhux finanzjarji u fuq id-distribuzzjoni tal-ikklerjar f'kull tip ta' kontroparti, b'mod partikolari fir-rigward tal-kontropartijiet finanzjarji li jkollhom b'volum limitat ta' attività f'derivattivi OTC u fir-rigward tal-adegwatezza tal-limiti ta' kklerjar imsemmija fl-Artikolu 10(4);
   (b) l-impatt tar-Regolament (UE) 2019/...(14) fuq il-kwalità u l-aċċessibbiltà tad-data rapportata lir-repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet, kif ukoll il-kwalità tal-informazzjoni li ssir disponibbli mir-repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet;
   (c) il-bidliet lill-qafas ta' rappurtar, inkluż l-adozzjoni u l-implimentazzjoni tar-rappurtar delegat kif stipulat fl-Artikolu 9(1a) u b'mod partikolari l-impatt tagħha fuq il-piż tar-rappurtar għall-kontropartijiet mhux finanzjarji li huma soġġetti għall-obbligu ta' kklerjar;
   (d) l-aċċessibbiltà ta' servizzi ta' kklerjar, b'mod partikolari jekk ir-rekwiżit li jiġu pprovduti servizzi ta' kklerjar, direttament jew indirettament, skont termini kummerċjali ġusti, raġonevoli, mhux diskriminatorji u trasparenti msemmija fl-Artikolu 4(3a) kienx effettiv fl-iffaċilitar tal-aċċess għall-ikklerjar.

________________

Regolament (UE) 2019/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' ... li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 fir-rigward tal-obbligu tal-ikklerjar, is-sospensjoni tal-obbligu tal-ikklerjar, ir-rekwiżiti tar-rapportar, ir-rekwiżiti tat-tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskju għal kuntratti tad-derivattivi OTC mhux ikklerjati minn kontroparti ċentrali, ir-reġistrazzjoni u s-superviżjoni ta' repożitorji tat-tranżazzjonijiet u r-rekwiżiti għar-repożitorji tat-tranżazzjonijiet (ĠU L , …, p. ).";

"

(c)  il-paragrafi 2 u 3 huma sostitwiti b'dan li ġej:"

"2. Sa ... [12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju], u kull 12-il xahar wara sal-estensjoni finali msemmija fit-tielet subparagrafu, il-Kummissjoni għandha tħejji rapport li jivvaluta jekk ġewx żviluppati soluzzjonijiet tekniċi vijabbli għat-trasferiment mill-arranġamenti tal-iskema tal-pensjonijiet ta' kollateral fi flus jew mhux fi flus bħala marġni ta' varjazzjoni u l-ħtieġa għal kwalunkwe miżura biex jiġu ffaċilitati dawk is-soluzzjonijiet tekniċi vijabbli.

L-AETS għandha, sa ... [12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju], u kull 12-il xahar wara sal-estensjoni finali msemmija fit-tielet subparagrafu, f'kooperazzjoni mal-EIOPA, l-EBA u l-BERS, tissottometti rapport lill-Kummissjoni li jivvaluta dan li ġej:

   (a) jekk is-CCPs, il-membri tal-ikklerjar u l-arranġamenti tal-iskema tal-pensjonijiet għamlux sforz xieraq u jkunux żviluppaw soluzzjonijiet tekniċi vijabbli li jiffaċilitaw il-parteċipazzjoni ta' tali arranġamenti fl-ikklerjar ċentrali billi jiġi impustat kollateral fi flus jew mhux fi flus bħala marġni ta' varjazzjoni, inklużi l-implikazzjonijiet ta' dawk is-soluzzjonijiet fuq il-likwidità u l-proċikliċità fis-suq u l-implikazzjonijiet legali potenzjali tagħhom jew implikazzjonijiet oħra;
   (b) il-volum u n-natura tal-attività tal-arranġamenti tal-iskema tal-pensjonijiet fi swieq tad-derivattivi OTC ikklerjati u mhux ikklerjati, f'kull klassi ta' assi, u kwalunkwe riskju sistemiku relatat mas-sistema finanzjarja;
   (c) il-konsegwenzi li l-arranġamenti tal-iskema tal-pensjonijiet jissodisfaw ir-rekwiżit tal-ikklerjar fuq l-istrateġiji tal-investiment tagħhom, inkluż kwalunkwe tibdil fl-allokazzjoni tagħhom ta' assi fi flus u mhux fi flus;
   (d) l-implikazzjonijiet tal-livelli limiti tal-ikklerjar speċifikati skont il-punt (b) tal-Artikolu 10(4) għall-arranġamenti tal-iskema tal-pensjonijiet ;
   (e) l-impatt ta' rekwiżiti legali oħrajn fuq id-differenzjal tal-ispejjeż bejn kuntratti ta' derivattivi OTC ikklerjati u mhux ikklerjati, inklużi rekwiżiti tal-marġini għal derivattivi mhux ikklerjati u l-kalkolu tal-proporzjon tal-lieva finanzjarja skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013;
   (f) jekk humiex neċessarji aktar miżuri biex tiġi ffaċilitata soluzzjoni ta' kklerjar għall-arranġamenti tal-iskema tal-pensjonijiet.

Il-Kummissjoni tista' tadotta att delegat skont l-Artikolu 82 biex testendi l-perjodu ta' sentejn imsemmi fl-Artikolu 89(1) darbtejn, kull darba b'sena, fejn tikkonkludi li ma ġiet żviluppata l-ebda soluzzjoni teknika vijabbli u li l-effett avvers tal-ikklerjar b'mod ċentrali ta' kuntratti tad-derivattivi fuq il-benefiċċji tal-irtirar ta' pensjonanti futuri jibqa' mhux mibdul.

Is-CCPs, il-membri tal-ikklerjar u l-arranġamenti tal-iskema tal-pensjonijiet għandhom jagħmlu l-almu kollu tagħhom biex jikkontribwixxu għall-iżvilupp ta' soluzzjonijiet tekniċi vijabbli li jiffaċilitaw l-ikklerjar ta' kuntratti tad-derivattivi OTC minn tali arranġamenti.

Il-Kummissjoni għandha twaqqaf grupp ta' esperti magħmul minn rappreżentanti tas-CCPs, membri tal-ikklerjar u arranġamenti tal-iskema tal-pensjonijiet u partijiet rilevanti oħra għal tali soluzzjonijiet tekniċi vijabbli biex jimmonitorja l-isforzi tagħhom u jivvaluta l-progress li jkun sar fl-iżvilupp ta' soluzzjonijiet tekniċi vijabbli li jiffaċilitaw l-ikklerjar ta' kuntratti tad-derivattivi OTC mill-arranġamenti tal-iskema tal-pensjonijiet , inkluż it-trasferiment minn tali arranġamenti ta' kollateral fi flus u mhux fi flus bħala marġini ta' varjazzjoni. Il-grupp ta' esperti għandu jiltaqa' tal-inqas kull sitt xhur. Il-Kummissjoni għandha tqis l-isforzi li jkunu saru mis-CCPs, il-membri tal-ikklerjar u l-arranġamenti tal-iskema tal-pensjonijiet meta tabbozza r-rapport tagħha skont l-ewwel subparagrafu.

3.  Sa ... [18-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju] il-Kummissjoni għandha tħejji rapport li jivvaluta:

   (a) jekk l-obbligi li jiġu rrappurtati tranżazzjonijiet skont l-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 u skont dan ir-Regolament joħolqux obbligu doppju ta' rappurtar ta' tranżazzjoni għal derivattivi mhux ta' OTC u jekk ir-rappurtar ta' tranżazzjonijiet mhux ta' OTC jistax jitnaqqas jew jiġi ssimplifikat għall-kontropartijiet kollha mingħajr telf mhux debitu ta' informazzjoni;
   (b) in-neċessità u l-adegwatezza ta' allinjament tal-obbligu tan-negozjar għad-derivattivi skont ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 mat-tibdil magħmul skont ir-Regolament (UE) 2019/...(15) għall-obbligu tal-ikklerjar għad-derivattivi, b'mod partikolari għall-ambitu tal-entitajiet li huma soġġetti għall-obbligu tal-ikklerjar;
   (c) jekk xi tranżazzjonijiet li jirriżultaw direttament minn servizzi ta' tnaqqis tar-riskju ta' wara n-negozjar, inkluż kompressjoni tal-portafoll, għandhomx ikunu eżentati mill-obbligu tal-ikklerjar imsemmi fl-Artikolu 4(1), b'kont meħud ta' kemm dawk is-servizzi jnaqqsu r-riskju, b'mod partikolari r-riskju ta' kreditu tal-kontroparti u r-riskju operazzjonali, il-potenzjal għal ċirkomvenzjoni tal-obbligu tal-ikklerjar u d-diżinċentiv potenzjali għall-ikklerjar ċentrali.

Il-Kummissjoni għandha tippreżenta r-rapport imsemmi fl-ewwel subparagrafu lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, flimkien ma' kwalunkwe proposta adatta.

"

(b)  jiddaħħal il-paragrafu li ġej:"

3a. Sa... [11-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju], l-AETS għandha tippreżenta rapport lill-Kummissjoni. Dak ir-rapport għandu jivvaluta:

   (a) il-konsistenza tar-rekwiżiti ta' rappurtar għal derivattivi mhux OTC skont ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 u skont l-Artikolu 9 ta' dan ir-Regolament, kemm f'termini tad-dettalji tal-kuntratti tad-derivattivi li għandhom jiġu rrappurtati kif ukoll tal-aċċess għad-data mill-entitajiet rilevanti u jekk dawk ir-rekwiżiti għandhomx jiġu allinjati;
   (b) il-fattibbiltà li jiġu ssimplifikati aktar il-ktajjen tar-rappurtar għall-kontropartijiet kollha, inkluż għall-klijenti indiretti kollha, filwaqt li titqies il-ħtieġa għar-rappurtar f'waqtu u b'kont meħud tal-miżuri adottati skont l-Artikolu 4(4) ta' dan ir-Regolament u l-Artikolu 30(2) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014;
   (c) l-allinjament tal-obbligu tan-negozjar għad-derivattivi skont ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 mat-tibdil magħmul skont ir-Regolament (UE) 2019/...(16) mal-obbligu tal-ikklerjar għad-derivattivi, b'mod partikolari għall-ambitu tal-entitajiet li huma soġġetti għall-obbligu tal-ikklerjar;
   (d) f'kooperazzjoni mal-BERS, jekk xi tranżazzjonijiet li jirriżultaw direttament minn servizzi ta' tnaqqis tar-riskju ta' wara n-negozjar, inkluż il-kompressjoni tal-portafoll, għandhomx ikunu eżentati mill-obbligu tal-ikklerjar imsemmi fl-Artikolu 4(1); dak ir-rapport għandu:
   (i) jinvestiga l-kompressjoni tal-portafoll u servizzi disponibbli oħrajn ta' tnaqqis tar-riskju wara n-negozjar li ma jifformawx prezz, li jnaqqsu r-riskji mhux tas-suq fil-portafolli tad-derivattivi mingħajr ma jinbidel ir-riskju tas-suq tal-portafolli, bħal tranżazzjonijiet ta' riekwilibriju;
   (ii) jispjega l-iskopijiet u l-funzjonament ta' tali servizzi ta' tnaqqis tar-riskju wara n-negozjar, kemm itaffu r-riskju, b'mod partikolari r-riskju ta' kreditu tal-kontroparti u r-riskju operattiv, u jivvaluta l-ħtieġa li jiġu kklerjati tali tranżazzjonijiet jew li jiġu eżentati mill-ikklerjar, sabiex jiġi ġestit ir-riskju sistemiku; u
   (iii) jivvaluta sa fejn kwalunkwe eżenzjoni mill-obbligu tal-ikklerjar għal tali servizzi tiskoraġġixxi l-ikklerjar ċentrali u tista' twassal għaċ-ċirkomvenzjoni min-naħa tal-kontropartijiet tal-obbligu tal-ikklerjar;
   (e) jekk il-lista ta' strumenti finanzjarji li huma meqjusa bħala likwidi ħafna b'riskju minimu ta' kreditu u tas-suq, skont l-Artikolu 47, tistax tiġi estiża u jekk dik il-lista tistax tinkludi fond wieħed jew aktar tas-suq monetarju awtorizzati skont ir-Regolament (UE) 2017/1131*.

________________

*Regolament (UE) 2017/1131 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Ġunju 2017 dwar il-fondi tas-suq monetarju (ĠU L 169, 30.6.2017, p. 8).";

"

(25)  fl-Artikolu 86, jiżdied il-paragrafu li ġej:"

"3. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, flimkien mal-Artikolu 5 tiegħu.";

"

(26)  fl-Artikolu 89(1), l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"1. Sa ... [sentejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju], l-obbligu tal-ikklerjar stipulat fl-Artikolu 4 ma għandux japplika għall-kuntratti tad-derivattivi OTC li huma oġġettivament miżurabbli bħala li jnaqqsu r-riskji ta' investiment direttament relatati mas-solvenza finanzjarja tal-arranġamenti tal-iskema tal-pensjonijiet , u għal entitajiet stabbiliti biex jipprovdu kumpens lill-membri ta' tali arranġamenti f'każ ta' inadempjenza. ▌

L-obbligu tal-ikklerjar stipulat fl-Artikolu 4 ma għandux japplika għal kuntratti tad-derivattivi OTC kif imsemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu li jidħlu għalihom arranġamenti tal-iskema tal-pensjonijiet mis-17 ta' Awwissu 2018 sa ... [il-jum qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju].";

"

(27)  L-Anness I huwa emendat skont l-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika mid-data tad-dħul fis-seħħ, għajr għal dawn li ġejjin:

(a)  id-dispożizzjonijiet indikati fil-punti (10) u (11) tal-Artikolu 1 ta' dan ir-Regolament fir-rigward tal-Artikoli 38(6) u (7) u 39(11 )tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 għandhom japplikaw minn ... [sitt xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju];

(b)  id-dispożizzjonijiet indikati fil-punt (7)(b) tal-Artikolu 1 ta' dan ir-Regolament fir-rigward tal-Artikolu 9(1a) sa (1d) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 .għandu japplika minn ... [12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju];

(c)  id-dispożizzjonijiet indikati fil-punt (2)(b) u l-punt (20) tal-Artikolu 1 ta' dan ir-Regolament fir-rigward tal-Artikoli 4(3a) u 78(9) u (10) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 għandhom japplikaw minn ... [24 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju].

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi ...,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

ANNESS

L-Anness I huwa emendat kif ġej:

(1)  fit-Taqsima I, jiżdiedu l-punti li ġejjin:

"(i) repożitorju tat-tranżazzjonijiet jikser il-punt (a) tal-Artikolu 78(9) billi ma jistabbilixxix proċeduri adegwati għar-rikonċiljazzjoni effettiva tad-data bejn ir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet;

(j)  repożitorju tat-tranżazzjonijiet jikser il-punt (b) tal-Artikolu 78(9) billi ma jistabbilixxix proċeduri adegwati biex jivverifika l-kompletezza u l-korrettezza tad-data rapportata ▌;

(k)  repożitorju tat-tranżazzjonijiet jikser il-punt (c) tal-Artikolu 78(9) billi ma jistabbilixxix politika adegwata għat-trasferiment b'ordni ta' data lejn repożitorji tat-tranżazzjonijiet oħrajn meta mitlub mill-kontropartijiet u s-CCPs imsemmija fl-Artikolu 9 jew meta jkun meħtieġ mod ieħor.";

(2)  fit-Taqsima IV, jiżdied il-punt  li ġej:

"(d) repożitorju tat-tranżazzjonijiet jikser l-Artikolu 55(4) billi ma jinnotifikax lill-AETS fil-ħin debitu b'kull tibdil materjali fil-kundizzjonijiet għar-reġistrazzjoni tiegħu.".

(1)ĠU C 385, 15.11.2017, p. 10.
(2)ĠU C 434, 15.12.2017 , p. 63.
(3)Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta’ April 2019.
(4)Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet (ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1).
(5)Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq), li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).
(6)Ir-Regolament (UE) 1092/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 dwar is-sorveljanza makroprudenzjali tal-Unjoni Ewropea tas-sistema finanzjarja u li jistabbilixxi Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 1).
(7) Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 84).
(8)Ir-Regolament (UE) 2015/2365 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2015 dwar it-trasparenza ta' tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli u l-użu mill-ġdid u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 337, 23.12.2015, p. 1).
(9) Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).
(10) Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/79/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 48).
(11)ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.
(12) Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
(13)+ĠU: jekk jogħġbok daħħal in-numru ta' dan ir-Regolament.
(14)+ĠU: jekk jogħġbok daħħal in-numru ta' dan ir-Regolament.
(15)+ ĠU: jekk jogħġbok daħħal in-numru ta' dan ir-Regolament.
(16)+ ĠU: jekk jogħġbok daħħal in-numru ta' dan ir-Regolament.

Aġġornata l-aħħar: 25 ta' April 2019Avviż legali