Indiċi 
 Test sħiħ 
Testi adottati
PDF 112kWORD 48k
It-Tlieta, 16 ta' Lulju 2019 - Strasburgu Verżjoni finali
L-Elezzjoni tal-President tal-Kummissjoni
P9_TA(2019)0002

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Lulju 2019 dwar l-elezzjoni tal-President tal-Kummissjoni (2019/2041(INS))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 17(7) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Nru 11 annessa għall-Att Finali tal-Konferenza Intergovernattiva li adotta t-Trattat ta' Lisbona,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/1136 tat-2 ta’ Lulju 2019(1), li tipproponi lil Ursula von der Leyen bħala kandidata għal President tal-Kummissjoni,

–  wara li kkunsidra l-istqarrija ta’ Ursula von der Leyen u l-preżentazzjoni tal-linji gwida politiċi tagħha fis-seduta plenarja fis-16 ta' Lulju 2019,

–  ċwara li kkunsidra l-Artikolu 124 tar-Regoli ta' Proċedura,

1.  Jeleġġi lil Ursula von der Leyen bħala l-President tal-Kummissjoni għall-mandat tat-tmexxija mill-1 ta' Novembru 2019 sal-31 ta' Ottubru 2024;

2.  Jaghti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jitlob lill-Kunsill u lil Ursula von der Leyen biex jipproponu bi ftehim komuni l-persuni nominati għal ħatra bħala membri tal-Kummissjoni;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill Ewropew u lill-Kunsill u lill-President elett tal-Kummissjoni.

(1) ĠU L 179I, 3.7.2019, p. 2.

Aġġornata l-aħħar: 13 ta' Settembru 2019Avviż legali