Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2019/2022(BUD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A9-0004/2019

Testi mressqa :

A9-0004/2019

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 18/09/2019 - 9.2
CRE 18/09/2019 - 9.2

Testi adottati :

P9_TA(2019)0012

Testi adottati
PDF 150kWORD 50k
L-Erbgħa, 18 ta' Settembru 2019 - Strasburgu Verżjoni proviżorja
Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 2/2019: tisħiħ tal-programmi ewlenin li jtejbu l-kompetittività tal-UE: Orizzont 2020 u Erasmus+
P9_TA-PROV(2019)0012A9-0004/2019

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Settembru 2019 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 2/2019 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja tal-2019 – Tisħiħ tal-programmi ewlenin li jtejbu l-kompetittività tal-UE: Orizzont 2020 u Erasmus+ (11731/2019 – C9-0112/2019 – 2019/2022(BUD))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE, u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(1), u b'mod partikolari l-Artikoli 18(3) u 44 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019, adottat b'mod definittiv fit-12 ta' Diċembru 2018(2),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020(3),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba(4),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/335/UE, Euratom tas-26 ta' Mejju 2014 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea(5),

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 2/2019, adottat mill-Kummissjoni fil-15 ta' Mejju 2019 (COM(2019)0320),

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 2/2019, adottata mill-Kunsill fit-3 ta' Settembru 2019 u li ntbagħtet lill-Parlament Ewropew dakinhar stess (11731/2019 – C9-0112/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 94 u 96 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A9-0004/2019),

A.  billi fuq l-insistenza tal-Parlament, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill iddeċidew, fil-kuntest tal-proċedura baġitarja 2019, li jibbaġitjaw EUR 100 miljun f'baġit emendatorju fl-2019 sabiex jissaħħu l-Orizzont 2020 u l-Erasmus+; il-Parlament u l-Kunsill stiednu lill-Kummissjoni tippreżenta dan il-baġit emendatorju, li mhu se jinkludi ebda element ieħor, hekk kif l-aġġustament tekniku tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali għall-2020 inkluż il-kalkolu tal-Marġini Globali għall-Impenji jitlesta fir-rebbiegħa tal-2019;

B.  billi l-Kummissjoni għalhekk ipproponiet li temenda l-baġit 2019 biex tirrifletti dan il-ftehim;

C.  billi l-Kummissjoni pproponiet li talloka EUR 80 miljun addizzjonali biex issaħħaħ l-Orizzont 2020 u EUR 20 miljun addizzjonali għall-baġit tal-Erasmus+; billi ma ġiet speċifikata l-ebda indikazzjoni dwar is-sehem ta' kull strument fit-tisħiħ globali fil-ftehim dwar il-baġit 2019;

D.  billi fi ħdan it-tisħiħ tal-Orizzont 2020, il-Kummissjoni pproponiet li talloka EUR 34,6 miljun addizzjonali għall-partita baġitarja Orizzont 2020 08 02 03 04  Il-kisba ta' sistema ta' trasport Ewropea li hija effiċjenti fir-riżorsi, tajba għall-ambjent, sikura u assjemi, bil-għan li jissaħħu l-azzjonijiet tal-2019 kontra t-tibdil fil-klima, b'mod partikolari rigward il-batteriji, il-Vetturi Ekoloġiċi u l-Ekoloġizzazzjoni tal-Avjazzjoni, u wkoll EUR 45,4 miljun addizzjonali għall-partita baġitarja Orizzont 2020 08 02 01 02  It-tisħiħ tar-riċerka fit-teknoloġiji futuri u emerġenti biex jiżdied l-ammont għat-temi "Ġenerazzjoni tal-enerġija rivoluzzjonarja b'emissjonijiet żero għal dekarbonizzazzjoni sħiħa" u "Teknoloġiji li jirrigwardaw l-enerġija u t-tibdil fil-klima";

E.  billi l-Kummissjoni pproponiet li l-Erasmus+ jissaħħaħ minħabba l-attivitajiet fundamentali ta' mobilità tal-programm, b'mod partikolari fl-oqsma tal-edukazzjoni għolja u tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, kif ukoll għaċ-ċentri ta' eċċellenza vokazzjonali; billi hija pproponiet ukoll li parti minn dan it-tisħiħ imur lejn l-Universitajiet Ewropej, azzjoni reċenti u fundamentali żviluppata fil-qafas taż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni sal-2025 biex jitrawmu l-eċċellenza, l-innovazzjoni u l-inklużjoni fl-edukazzjoni għolja madwar l-Ewropa;

1.  Jieħu nota tal-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 2/2019 kif ippreżentat mill-Kummissjoni, li huwa ddedikat biex jipprovdi EUR 100 miljun addizzjonali f'approprjazzjonijiet ta' impenn għall-Orizzont 2020 u għall-Erasmus+, biex jiġi rifless il-ftehim milħuq bejn il-Parlament u l-Kunsill fil-qafas tan-negozjati tal-baġit 2019; jinnota li f'dan l-istadju ma ġie propost l-ebda tisħiħ fl-approprjazzjonijiet ta' pagament;

2.  Jinnota li, minħabba l-profili tal-programmi, filwaqt li jista' jkun li ma jkunx hemm bżonn li jissaħħu l-approprjazzjonijiet ta' pagament għal Orizzont 2020 sa tmiem is-sena 2019, l-approprjazzjonijiet ta' impenn imsaħħa għal Erasmus+ probabbilment se jkollhom bżonn jiġu akkumpanjati minn żieda fl-approprjazzjonijiet ta' pagament sa minn din is-sena; jitlob lill-Kummissjoni tinforma lill-awtorità baġitarja dwar kif biħsiebha tkopri din iż-żieda fil-ħtiġijiet ta' pagament;

3.  Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 2/2019;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiddikjara li l-baġit emendatorju Nru 2/2019 ġie adottat b'mod definittiv u biex jiżgura li jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-istituzzjonijiet l-oħra u lill-entitajiet ikkonċernati, kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(2) ĠU L 67, 7.3.2019.
(3) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.
(4) ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.
(5) ĠU L 168, 7.6.2014, p. 105.

Aġġornata l-aħħar: 19 ta' Settembru 2019Avviż legali