Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2019/0813(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A9-0028/2019

Testi mressqa :

A9-0028/2019

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 26/11/2019 - 8.5

Testi adottati :

P9_TA(2019)0063

Testi adottati
PDF 128kWORD 41k
It-Tlieta, 26 ta' Novembru 2019 - Strasburgu Verżjoni proviżorja
Nomina ta' membru tal-Qorti tal-Awdituri - Alex Brenninkmeijer
P9_TA-PROV(2019)0063A9-0028/2019

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Novembru 2019 dwar il-ħatra proposta ta' Alex Brenninkmeijer bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri (C9-0126/2019 – 2019/0813(NLE))

(Konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 286(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C9-0126/2019),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 129 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0028/2019),

A.  billi l-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tiegħu evalwa l-kwalifiki tal-kandidat propost, b'mod partikolari fir-rigward tal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 286(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

B.  billi waqt il-laqgħa tiegħu tat-12 ta' Novembru 2019, il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit sema' lill-kandidat innominat mill-Kunsill bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri;

1.  Jagħti opinjoni favorevoli dwar il-proposta tal-Kunsill għall-ħatra ta' Alex Brenninkmeijer bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u, għal skopijiet ta' informazzjoni, lill-Qorti tal-Awdituri kif ukoll lill-istituzzjonijiet l-oħra tal-Unjoni Ewropea u lill-istituzzjonijiet tal-awditjar tal-Istati Membri.

Aġġornata l-aħħar: 27 ta' Novembru 2019Avviż legali