Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Id-disà leġislatura - Lulju 2019
EPUB 148kPDF 1205k
KONTENUT
NOTA LILL-QARREJ
KOMPENDJU TAL-ATTI LEGALI EWLENIN RELATATI MARREGOLI TA' PROĊEDURA

ANNESS VI : SETGĦAT U RESPONSABBILTAJIET TAL-KUMITATI PERMANENTI(1)
VII.   Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

Kumitat responsabbli:

1.   għall-politika tal-impjiegi u l-aspetti kollha tal-politika soċjali, inklużi l-kundizzjonijiet tax-xogħol, is-sigurtà soċjali, l-inklużjoni soċjali u l-protezzjoni soċjali;

2.   għad-drittijiet tal-ħaddiema;

3.   għall-miżuri ta' saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol;

4.   għall-Fond Soċjali Ewropew;

5.   għall-politika tat-taħriġ vokazzjonali, inklużi l-kwalifiki professjonali;

6.   għall-moviment ħieles tal-ħaddiema u tal-pensjonanti;

7.   għad-djalogu soċjali;

8.   għall-forom kollha ta' diskriminazzjoni fuq il-post tax-xogħol u fis-suq tax-xogħol ħlief għad-diskriminazzjoni sesswali;

9.   għar-relazzjonijiet:

–   maċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop),
–   mal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kundizzjonjiet tal-Għajxien u tax-Xogħol,
–   mal-Fondazzjoni Ewropea ghat-Taħriġ,
–   mal-Agenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol;

kif ukoll għar-relazzjonijiet ma' entitajiet oħra rilevanti oħra tal-Unjoni u organizzazzjonijiet internazzjonali oħra.

(1)Adottat permezz ta' deċiżjoni tal-Parlament tal-15 ta’ Jannar 2014.
Aġġornata l-aħħar: 22 ta' Ġunju 2019Avviż legali