Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Id-disà leġislatura - Lulju 2019
EPUB 148kPDF 1205k
KONTENUT
NOTA LILL-QARREJ
KOMPENDJU TAL-ATTI LEGALI EWLENIN RELATATI MARREGOLI TA' PROĊEDURA

TITOLU V : RELAZZJONIJIET MA’ ISTITUZZJONIJIET U KORPI OĦRA
KAPITOLU 3 : MISTOQSIJIET PARLAMENTARI

Artikolu 138 : Mistoqsijiet għal tweġiba bil-miktub

1.   Kwalunkwe Membru, grupp politiku jew kumitat jista' jagħmel mistoqsijiet għal tweġiba bil-miktub lill-President tal-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni jew lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà skont kriterji stipulati f'anness għal dawn ir-Regoli ta' Proċedura (1). L-awturi tal-mistoqsijiet għandhom ikunu esklużivament responsabbli għall-kontenut tal-mistoqsijiet.

2.   Il-mistoqsijiet għandhom jiġu ppreżentati lill-President f'forma elettronika. Kwistjonijiet dwar l-ammissibbiltà ta' mistoqsija għandhom jiġu deċiżi mill-President. Id-deċiżjoni tal-President m'għandhiex tkun ibbażata esklużivament fuq id-dispożizzjonijiet tal-anness imsemmi fil-paragrafu 1 iżda fuq id-dispożizzjonijiet ta' dawn ir-Regoli ta' Proċedura b'mod ġenerali. Id-deċiżjoni motivata tal-President għandha tkun innotifikata lill-persuna li tagħmel il-mistoqsija.

3.   Kull Membru, grupp politiku jew kumitat jista' jippreżenta massimu ta' 20 mistoqsija fuq perjodu ta' tliet xhur konsekuttivi. Bħala regola ġenerali, id-destinatarju għandu jwieġeb il-mistoqsijiet fi żmien sitt ġimgħat minn meta jkun irċevihom. Madankollu, kull Membru, grupp politiku jew kumitat jista' kull xahar jinnomina waħda mill-mistoqsijiet tiegħu bħala "mistoqsija ta' prijorità" li d-destinatarju għandu jwieġeb fi żmien tliet ġimgħat minn mindu jkun irċeviha.

4.   Mistoqsija tista' tiġi appoġġjata minn Membri minbarra l-interpellant. Tali mistoqsijiet għandhom jgħoddu ma' dawk tal-interpellant u mhux mal-massimu ta' mistoqsijiet ta' min jappoġġja skont il-paragrafu 3.

5.   Jekk mistoqsija ma titweġibx mid-destinatarju fi żmien l-iskadenza prevista fil-paragrafu 3, il-kumitat responsabbli jista' jiddeċiedi li titqiegħed fuq l-aġenda għal-laqgħa tiegħu li jmiss.

6.   Il-mistoqsijiet u t-tweġibiet, inkluż l-annessi relatati ma' din tal-aħħar, għandhom jiġu ppubblikati fil-websajt tal-Parlament.

(1) Ara l-Anness III.
Aġġornata l-aħħar: 22 ta' Ġunju 2019Avviż legali