Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Id-disà leġislatura - Lulju 2019
EPUB 148kPDF 1205k
KONTENUT
NOTA LILL-QARREJ
KOMPENDJU TAL-ATTI LEGALI EWLENIN RELATATI MARREGOLI TA' PROĊEDURA

TITOLU V : RELAZZJONIJIET MA’ ISTITUZZJONIJIET U KORPI OĦRA
KAPITOLU 3 : MISTOQSIJIET PARLAMENTARI

Artikolu 141 : Mistoqsijiet għal tweġiba bil-miktub li jikkonċernaw il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku u l-Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni

1.   L-Artikolu 140(1), (2) u (3) fir-rigward ta' mistoqsijiet għal tweġiba bil-miktub dwar il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku u l-Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni, għandu japplika mutatis mutandis. In-numru ta' tali mistoqsijiet għandu jitnaqqas mill-massimu ta' sitt mistoqsijiet fix-xahar previsti fl-Artikolu 140(1).

2.   Jekk mistoqsija għal tweġiba bil-miktub ma tkunx ingħatat tweġiba fi żmien ħames ġimgħat, tista' tiġi inkluża, fuq talba tal-interpellant tagħha, fl-aġenda tal-ewwel laqgħa li l-kumitat responsabbli jkollu mal-president tal-bord tad-destinatarju.

Aġġornata l-aħħar: 22 ta' Ġunju 2019Avviż legali