Europarl  
 
 


Mappa tas-sit Avviż legali
     

 

Avviż legali

Rinunzja ta’ responsabbiltà għas-servizz ta’ Europarl

Is-Segretarjat tal-Parlament Ewropew jipprovdi informazzjoni għas-servizz ta’ Europarl bl-iskop li jħeġġeġ aċċess pubbliku għall-informazzjoni fuq l-inizjattivi tiegħu u fuq il-politika ta’ l-Unjoni Ewropea b’mod ġenerali. L-iskop tiegħu huwa li jiddistribwixxi informazzjoni aġġornata u korretta mill-aktar fis possibbli. Dan jagħmel l-almu kollu biex jikkoreġġi kwalunkwe żbalji li huwa jsir jaf bihom.

Madankollu, is-Segretarjat tal-Parlament Ewropew u l-Komunitajiet Ewropej ma jistgħux jiggarantixxu illi l-informazzjoni fuq is-sit ta’ Europarl hija korretta.

Is-Segretarjat tal-Parlament Ewropew jixtiek tinnota l-punti li ġejjin:

  • Il-materjal imqassam jikkonsisti f’informazzjoni ta’ natura purament ġenerali; mhuwiex intiż biex jirrelata għas-sitwazzjoni speċifika ta’ xi persuna jew entità;
  • Is-servizz ta’ Europarl jista’ jikkonsisti f’informazzjoni li mhix neċessarjament kompleta, eżawrjenti, korretta u aġġornata;
  • xi kultant, is-servizz Europarl jirreferi għal siti esterni li fuqhom is-Segretarjat tal-Parlament Ewropew m’għandux kontroll u fir-rigward ta’ dawn huwa jiċħad kull responsabbiltà;
  • L-informazzjoni fuq l-internet provduta permezz tas-servizz Europarl ma tikkostitwix parir professjonali jew legali (jekk għandek bżonn parir speċifiku, jekk jogħġbok ikkonsulta prattikant professjonali adattat).

Għandu jkun innutat ukoll illi mhux possibli li jkun garantit illi dokument li huwa disponibbli fuq l-internet jirriproduċi eżattament test uffiċjali adottat: għaldaqstant il-liġijiet ta’ l-Unjoni Ewropea kif inhuma pubblikatibiss fl-edizzjonijiet stampati tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej huma kunsidrati bħala awtentiċi.

Copyright fis-servizz Europarl

© Komunitajiet Ewropej, 2000

Ħlief meta jkun indikat mod ieħor, ir-riproduzzjoni hi awtorizzata, sakemm is-sors huwa magħruf.

Jekk ir-riproduzzjoni jew użu ta’ informazzjoni testwali jew multimedia (ħoss, stampi, sekwenzi fuq vidjo, software eċċ) hija suġġetta għal awtorizzazzjoni minn qabel, din l-awtorizzazzjoni ser tieħu post l-awtorizzazzjoni ġenerali hawn fuq imsemmija u ser tindika b’mod ċar kwalunkwe restrizzjonijiet ta’użu.

Is-servizz ta’ Europarl huwa mmexxi mis-Segretarjat tal-Parlament Ewropew.

Ċerti dokumenti jew sekwenzi tal-multimedia distribwiti mis-servizz Europarl jista’ jkollhom links għal informazzjoni aġġornata minn servizzi oħra fuq l-Internet. F’dan il-każ, jekk jogħġbok ara n-notifika relevati dwar il-copyright.

Dawk li jixtiequ jużaw il-kontenut ta’ dan is-sit għal skopijiet li mhumiex għall-użu personali tagħhom huma mitluba japplikaw bil-miktub lill-:

Office for Official Publications of the European Communities
Sales and Copyright Management
OP/4/C
L-2985 Luxembourg

Tel: + 352 2929 42533
Fax: + 352 2929 42755

opoce-info-copyright@ec.europa.eu