Parlament Ewropew: Proċedura leġiżlattiva ordinarja  

Tiftix ewlieni:

Kif taħdem

Lista tal-istadji:

#1Il-proposta tal-Kummissjoni

Il-Kummissjoni Ewropea tressaq proposta leġiżlattiva lill-Parlament Ewropew

Atturi bi dritt ta’ inizjattiva
  • Bank Ewropew tal-Investiment      
  • Bank Ċentrali Ewropew      
  • Parlament Ewropew      
  • Inizzjattiva taċ-Ċittadin      
  • Kwart tal-Istati Membri      
Fid-dettall
  • data ta' skadenza: 

    Ma hemm l-ebda terminu għas-sottomissjoni tal-proposti tal-Kummissjoni

     
  • votazzjoni: 

    Il-Kulleġġ tal-Kummissarji jadotta l-proposti tal-Kummissjoni permezz ta' proċedura bil-miktub (mingħajr diskussjoni) jew proċedura orali (b'diskussjoni). Jekk jintalab vot, il-Kummissjoni tiddeċiedi b'maġġoranza sempliċi.

     
  • dokument li jirriżulta: 

    Id-dokument propost mill-Kummissjoni hu: Proposta għal regolament (jew direttiva jew deċiżjoni) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsilldwar [is-suġġett].

    Id-dokument ta’ referenza jintwera bis-sigla COM(sena b'erba' ċifri)numbru b'erba' ċifri

     
  • statistika: 

    Matul is-seba' leġiżlatura (2009-2014), il-Kummissjoni ppreżentat 584 proposta li jaqgħu taħt il-proċedura ta' kodeċiżjoni/il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, għadd li kiber mill-508 proposti li ppreżentat matul is-sitt leġiżlatura (2004-2009) u mill-432 li ppreżentat matul il-ħames leġiżlatura (1999-2004).
    Matul is-seba' leġiżlatura (2009-2014), il-Kummissjoni ppreżentat 584 proposta li jaqgħu taħt il-proċedura ta' kodeċiżjoni/il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, għadd li kiber mill-508 proposti li ppreżentat matul is-sitt leġiżlatura (2004-2009) u mill-432 li ppreżentat matul il-ħames leġiżlatura (1999-2004).

     
    

#2 L-ewwel qari fil-Parlament

Matul l-ewwel qari tagħha, il-Parlament Ewropew jeżamina l-proposta tal-Kummissjoni u jista' jadottaha jew jemendha.

Fid-dettall
  • data ta' skadenza: 

    M'hemm l-ebda terminu għall-ewwel qari tal-Parlament

     
  • votazzjoni: 

    Il-voti tal-kumitat u tal-plenarja huma b'maġġoranza sempliċi tal-voti mitfugħa

     
  • dokument li jirriżulta: 

    Il-Parlament jadotta Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew fl-ewwel qari.

     
  • statistika: 

    Matul is-seba' leġiżlatura (2009-2014), 14 % tal-fajls taħt il-proċedura ta' kodeċiżjoni/il-proċedura leġiżlattiva ordinarja ngħaddew għand il-Kumitat għall-Ambjent, 11 % għand il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, 10 % għand il-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u 10 % għand il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili.
    B'paragun, id-distribuzzjoni għas-sitt leġiżlatura (2004-2009) kienet kif ġej: 20% tal-fajls ta' kodeċiżjoni ngħaddew lill-Kumitat għall-Ambjent, 18.3 % lill-Kumitat għall-Affarijiet Legali u 11.4 % lill-Kumitat għat-Trasport.

     
    

#3 L-ewwel qari fil-Kunsill

Matul l-ewwel qari tiegħu, il-Kunsill jista' jiddeċiedi li jaċċetta l-pożizzjoni tal-Parlament, f’liema każ l-att leġiżlattiv jiġi adottat, jew jista' jemenda l-pożizzjoni tal-Parlament u jibgħat il-proposta lura lill-Parlament għat-tieni qari.

Fid-dettall
  • data ta' skadenza: 

    Ma hemm l-ebda terminu għall-ewwel qari tal-Kunsill

     
  • votazzjoni: 

    Il-Kunsill jiddeċiedi b'maġġoranza kwalifikata, sakemm il-pożizzjoni tiegħu ma tkunx differenti minn dik tal-Kummissjoni: f'dak il-każ tkun meħtieġa l-unanimità.

     
  • involviment taċ-ċittadin: 

    Skopri x'pożizzjoni qed jieħu l-gvern tiegħek dwar leġiżlazzjoni proposta u ibgħat il-kummenti u t-tħassib tiegħek lill-awtoritajiet nazzjonali rilevanti.

     
  • dokument li jirriżulta: 

    Jekk il-Kunsill jadotta l-pożizzjoni tal-Parlament mingħajr tibdiliet, l-att leġiżlattiv jiġi adottat u ppubblikat bħala Direttiva (jew Regolament jew Deċiżjoni) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

    Jekk il-Kunsill jipproponi tibdiliet fil-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari, id-dokument li jirriżulta huwa l-Pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari

     
  • statistika: 

    Matul is-seba' leġiżlatura, fl-ewwel qari intlaħaq qbil dwar 85 % tal-fajls (415 mill-488 konklużi), meta mqabbla mal-ammont ta' 72 % matul is-sitt leġiżlatura (2004-2009) u 29 % matul il-ħames leġiżlatura (1999-2004).

    Iż-żmien medju mill-proposta tal-Kummissjoni sa meta, b'segwitu għall-adozzjoni ta' att konkluż fl-ewwel qari, dan jiġi ffirmat, kien ta' 17-il xahar fis-seba' leġiżlatura, 6 xhur fis-sitt leġiżlatura u 11-il xahar fil-ħames leġiżlatura.

     
Riżultat:
  1. Il-proposta leġiżlattiva hi adottata   Il-maġġoranza l-kbira tal-proposti se jiġu adottati f'dan l-istadju.   
  2. Il-proposta leġiżlattiva tgħaddi għall-fażi li jmiss  
    

#4 It-tieni qari fil-Parlament

Il-Parlament jeżamina l-pożizzjoni tal-Kunsill u japprovaha, f’liema każ l-att jiġi approvat, jew jirrifjutaha, f'liema każ l-att jaqa' u l-proċedura kollha tintem, jew jipproponi emendi u jerġa' jibgħat il-proposta lura lill-Kunsill għat-tieni qari.

Fid-dettall
  • data ta' skadenza: 

    Il-Parlament għandu 3 xhur biex iwettaq it-tieni qari, b'possibbiltà ta' estensjoni ta' xahar.

     
  • votazzjoni: 

    Il-kumitat parlamentari responsabbli jiddeċiedi b'maġġoranza sempliċi tal-voti mitfugħa.

    Il-plenarja taġixxi permezz ta' maġġoranza sempliċi tal-voti mitfugħa jekk tapprova l- pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari mingħajr emendi. Kwalunkwe emenda jew rifjut tal-pożizzjoni tal-Kunsill trid tiġi approvata minn maġġoranza assoluta tal-MPE.

     
  • involviment taċ-ċittadin: 

    Ftit li xejn hemm possibbiltà li jiddaħħlu tibdiliet fit-test tal-abbozz. L-emendi huma limitati biex jerġgħu jistabbilixxi emendi preċedenti tal-Parlament, li jirriflettu kompromess bejn il-Parlament u l-Kunsill, jew sitwazzjoni legali ġdida. Madankollu, inti tista' tikkuntattja lill-MPE tiegħek u titlobhom biex jivvutaw favur jew kontra kwalunkwe emenda u r-rapport

     
  • dokument li jirriżulta: 

    Jekk il-Parlament japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari, jadotta riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari. L-att leġiżlattiv jiġi adottat u ppubblikat bħala Direttiva (jew Regolament jew Deċiżjoni) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

    Jekk il-Parlament Ewropew jivvota biex il-pożizzjoni tal-Kunsill tiġi mibdula, jadotta l-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fit-tieni qari

     
  • statistika: 

    Fis-seba' leġiżlatura, 40 mill-488 fajl konklużi taħt il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (8%) ġew adottati permezz tal-hekk imsejjaħ ftehim bikri fit-tieni qari, meta l-Parlament jadotta pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari nnegozjata minn qabel (bejn il-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni) mingħajr emendi, li jfisser li l-att jiġi adottat. Il-perjodu medju tal-proċedura għall-ftehim bikri fit-tieni qari kien ta' 32 xahar.

    Fis-sitt leġiżlatura (2004-2009), 10 % tal-fajls ġew adottati permezz ta' ftehim bikri fit-tieni qari, u bħala medja ħadu 25 xahar. Fil-ħames leġiżlatura, 25 % tal-fajls ġew adottati permezz ta' ftehim bikri fit-tieni qari, u bħala medja ħadu 23 xahar.

     
Riżultat:
  1. Il-proposta leġiżlattiva hi adottata   
  2. Il-proposta leġiżlattiva mhijiex adottata   
  3. Il-proposta leġiżlattiva tgħaddi għall-fażi li jmiss  
    

#5 It-tieni qari fil-Kunsill

Il-Kunsill jeżamina l-pożizzjoni tal-Parlament fit-tieni qari u jew japprova l-emendi kollha tal-Parlament, li jfisser li l-att jiġi adottat, jew ma japprovax l-emendi kollha, li jwassal biex tissejjaħ laqgħa tal-Kumitat ta' Konċiljazzjoni.

Fid-dettall
  • data ta' skadenza: 

    Il-Kunsill għandu tliet xhur biex iwettaq it-tieni qari b'possibbiltà ta' estensjoni ta' xahar.

     
  • votazzjoni: 

    Il-Kunsill jivvota b'maġġoranza kwalifikata dwar l-emendi tal-Parlament li għalihom il-Kummissjoni ressqet opinjoni pożittiva, u b'mod unanimu fir-rigward ta' emendi li għalihom il-Kummissjoni ressqet opinjoni negattiva.

     
  • involviment taċ-ċittadin: 

    Il-Kunsill jista' biss jirreaġixxi għal emendi mill-Parlament. Inti tista' tgħarraf lill-gvern tiegħek bil-pożizzjoni tiegħek dwar l-emendi individwali.

     
  • dokument li jirriżulta: 

    Jekk il-Kunsill japprova l-pożizzjoni tal-Parlament fit-tieni qari, l-att leġiżlattiv jiġi adottat u ppubblikat bħala Direttiva (jew Regolament jew Deċiżjoni) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

    Jekk il-Kunsill ma japprovax il-pożizzjoni tal-Parlament fit-tieni qari, ma jkun hemm l-ebda dokument uffiċjali.

     
  • statistika: 

    Matul is-seba' leġiżlatura, intlaħaq qbil dwar 5 % tal-fajls ta' kodeċiżjoni kollha fit-tieni qari (bl-esklużjoni tal-ftehimiet bikrin fit-tieni qari), meta mqabbel ma' 13 % matul is-sitt leġiżlatura u 24 % matul il-ħames leġiżlatura.

    Il-perjodu medju tal-proċedura għall-adozzjoni ta' fajls fit-tieni qari matul is-seba' leġiżlatura (bl-esklużjoni tal-ftehimiet bikrin fit-tieni qari) kien ta' 32 xahar. Il-fajls adottati fit-tieni qari matul is-sitt leġiżlatura ħadu l-istess perjodu medju, imma, apparagun, matul il-ħames leġiżlatura ħadu 24 xahar.

     
Riżultat:
  1. Il-proposta leġiżlattiva hi adottata   
  2. Il-proposta leġiżlattiva tgħaddi għall-fażi li jmiss  
    

#6 Konċiljazzjoni

Il-Kumitat ta' Konċiljazzjoni, magħmul minn għadd indaqs ta' MPE u ta' rappreżentanti tal-Kunsill, jipprova jilħaq ftehim dwar test konġunt. Jekk ma jirnexxilux, l-att leġiżlattiv jaqa' u l-proċedura tintemm. Jekk ikun hemm ftehim dwar test konġunt, dan jitressaq lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għat-tielet qari.

Fid-dettall
  • data ta' skadenza: 

    Il-Kumitat ta' Konċiljazzjoni jrid jiltaqa' fi żmien sitt ġimgħat (b'possibbiltà ta' estensjoni għal tmien ġimgħat). Għandu sitt ġimgħat (jew tmien ġimgħat jekk iż-żewġ naħat jaqblu hekk) biex jiftiehmu dwar test konġunt.

     
  • votazzjoni: 

    Id-delegazzjoni tal-Parlament għall-Kumitat ta' Konċiljazzjoni tapprova t-test konġunt b'maġġoranza assoluta (tal-anqas 15-il vot mis-28 ta' bħalissa), filwaqt li r-rappreżentanti tal-Kunsill ġeneralment jivvutaw b'maġġoranza kwalifikata (minkejja li hemm xi eċċezzjonijiet li jeħtieġu l-unanimità).

     
  • involviment taċ-ċittadin: 

    Prattikament m'hemm l-ebda possibbiltà li jiddaħħlu emendi, imma tista' tgħarraf lill-MPE li jieħdu sehem fil-kumitat ta' konċiljazzjoni u lill-gvern tiegħek dwar il-punti li inti temmen li ma għandhomx jiġu inklużi fl-att leġiżlattiv finali.

     
  • dokument li jirriżulta: 

    Jekk jintlaħaq ftehim, il-kumitat joħroġ b'"test konġunt" jew (fil-verżjoni sħiħa) "Test konġunt approvat mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni".

     
  • statistika: 

    Matul is-seba' leġiżlatura, 2 % tal-fajls (9 fajls) marru għall-konċiljazzjoni, perċentwal li niżel minn 5 % tal-fajls (24 fajl) matul is-sitt leġiżlatura u minn 20% matul il-ħames leġiżlatura. F'dawn l-aħħar snin, in-norma kienet ta' konċiljazzjoni jew tnejn fis-sena.
    It-telefonija vokali fl-1994
    Il-Kumitat tat-Titoli fl-1998
    Direttiva dwar il-Ħin tax-Xogħol fl-2009
    Regolament dwar l-Ikel Ġdid fl-2011

     
Riżultat:
  1. Il-proposta leġiżlattiva mhijiex adottata   
  2. Il-proposta leġiżlattiva tgħaddi għall-fażi li jmiss  
    

#7a It-tielet qari fil-Parlament

Il-Parlament Ewropew jeżamina t-test konġunt u l-voti fil-plenarja. Ma jistax ibiddel il-kliem tat-test konġunt. Jekk jirrifjutah jew jonqos li jaġixxi fuqu, l-att ma jiġix adottat u l-proċedura tintemm. Jekk jiġi approvat mill-Parlament u mill-Kunsill, l-att jiġi adottat.

Fid-dettall
  • data ta' skadenza: 

    Kemm il-Parlament Ewropew u l-Kunsill iridu jaġixxu fi żmien sitt ġimgħat (jew tmien ġimgħat jekk iż-żewġ naħat jaqblu hekk) mid-data li fiha kien ġie approvat it-test konġunt.

     
  • votazzjoni: 

    Il-Parlament japprova l-pożizzjoni konġunta b'maġġoranza sempliċi tal-voti mitfugħa. Il-Kunsill japprova t-test konġunt b'maġġoranza kwalifikata.

     
  • involviment taċ-ċittadin: 

    It-test konġunt ma jistax jinbidel. Inti tista' titlob lill-gvern u/jew lill-MPE biss biex japprova/w jew jirrifjuta/w it-test konġunt.

     
  • dokument li jirriżulta: 

    Il-Parlament Ewropew jadotta riżoluzzjoni leġiżlattiva dwar it-test konġunt approvat mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni li fih jew japprova jew jirrifjuta t-test konġunt.
    Il-Kunsill ma jipproduċi l-ebda dokument uffiċjali.
    Jekk it-test konġunt jiġi approvat, l-att leġiżlattiv jiġi adottat u ppubblikat bħala Direttiva (jew Regolament jew Deċiżjon) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

     
  • statistika: 

    S'issa, tliet testi konġunti ġew irrifjutati mill-Parlament:
    Il-Kunsill qatt ma rrifjuta test konġunt
    Il-perjodu medju għall-fajls li għaddew b'suċċess permezz ta' konċiljazzjoni – mill-proposta tal-Kummissjoni sa meta ġew iffirmati – kien ta' 29 xahar matul is-seba' leġiżlatura (2009-2014), meta mqabbel ma' 43 xahar matul is-sitt leġiżlatura u 31 xahar matul il-ħames leġiżlatura

     
Riżultat:
  1. Il-proposta leġiżlattiva hi adottata   
  2. Il-proposta leġiżlattiva mhijiex adottata   
    

#7b It-tielet qari fil-Kunsill

Il-Kunsill jeżamina t-test konġunt. Ma jistax ibiddel il-kliem. Jekk jirrifjuta jew ma jaġixxix dwaru, l-att jaqa' u l-proċedura tintemm. Jekk japprova t-test u l-Parlament japprovah ukoll, l-att jiġi adottat

Fid-dettall
  • data ta' skadenza: 

    Kemm il-Parlament Ewropew u l-Kunsill iridu jaġixxu fi żmien sitt ġimgħat (jew tmien ġimgħat jekk iż-żewġ naħat jaqblu hekk) mid-data li fiha kien ġie approvat it-test konġunt.

     
  • votazzjoni: 

    Il-Parlament japprova l-pożizzjoni konġunta b'maġġoranza sempliċi tal-voti mitfugħa. Il-Kunsill japprova t-test konġunt b'maġġoranza kwalifikata.

     
  • involviment taċ-ċittadin: 

    It-test konġunt ma jistax jinbidel. Inti tista' titlob lill-gvern u/jew lill-MPE biss biex japprova/w jew jirrifjuta/w it-test konġunt.

     
  • dokument li jirriżulta: 

    Il-Parlament Ewropew jadotta riżoluzzjoni leġiżlattiva dwar it-test konġunt approvat mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni li fih jew japprova jew jirrifjuta t-test konġunt.
    Il-Kunsill ma jipproduċi l-ebda dokument uffiċjali.
    Jekk it-test konġunt jiġi approvat, l-att leġiżlattiv jiġi adottat u ppubblikat bħala Direttiva (jew Regolament jew Deċiżjon) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

     
  • statistika: 

    S'issa, tliet testi konġunti ġew irrifjutati mill-Parlament:
    Il-Kunsill qatt ma rrifjuta test konġunt
    Il-perjodu medju għall-fajls li għaddew b'suċċess permezz ta' konċiljazzjoni – mill-proposta tal-Kummissjoni sal-iffirmar – kien ta' 43.9 xhur fis-sitt leġiżlatura, mqabbel mal-31.9 xhur fil-ħames leġiżlatura. L-iqsar proċedura matul is-sitt leġiżlatura kienet ta' 28.8 xhur, l-itwal kienet ta' 159.4 xhur

     
Riżultat:
  1. Il-proposta leġiżlattiva hi adottata   
  2. Il-proposta leġiżlattiva mhijiex adottata   
    

Riżultat:

  1. Proposta adottata

    Ladarba kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill japprovaw it-test finali tal-proposta leġiżlattiva, dan jiġi ffirmat b'mod konġunt mill-Presidenti u s-Segretarji Ġenerali taż-żewġ istituzzjonijiet. Wara l-iffirmar, it-testi jiġu ppubblikati f’ Il-Ġurnal Uffiċjali u jsiru uffiċjali.

    • Ir-regolamenti huma vinkolanti b'mod dirett fl-UE kollha mid-data stabbilita f’Il-Ġurnal Uffiċjali.
    • Id-Direttivi jistabbilixxu r-riżultati finali li għandhom jintlaħqu f'kull Stat Membru, iżda jħallu f'idejn il-gvernijiet nazzjonali biex jiddeċiedu kif jadattaw il-liġijiet tagħhom biex jilħqu dawk l-għanijiet. Kull direttiva tispeċifika d-data sa meta l-liġijiet nazzjonali għandhom jiġu adottati.
    • Id-Deċiżjonijiet japplikaw f'każijiet speċifiċi, li jinvolvu awtoritajiet jew individwi u huma vinkolanti bis-sħiħ.
     
         
  2. Proposta mhux adottata

    Jekk proposta leġiżlattiva tiġi rrifjutata fi kwalunkwe stadju tal-proċedura, jew il-Parlament u l-Kunsill ma jistgħux jilħqu kompromess, il-proposta ma tiġix adottata u l-proċedura tingħalaq. Proċedura ġdida tista' terġa' tinbeda mill-ġdid biss bi proposta ġdida mill-Kummissjoni.

     
     
                                                                                                 
Dan l-artiklu fil-formatpdf 

For further information:

#1 Il-proposta tal-Kummissjoni:
involviment taċ-ċittadin 

  1. Jekk taħseb li l-UE għandha tagħti bidu għal leġiżlazzjoni, għandek opzjonijiet diversi:
    1. oħloq inizzjattiva taċ-ċittadini - jekk tiġbor, fi żmien sena, minimu ta' miljun firma miċ-ċittadini tal-UE minn tal-anqas 7 Stati Membri, tista' titlob lill-Kummissjoni Ewropea taġixxi fil-qasam li jaqa' taħt il-mandat tagħha. Aktar dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini
    2. ipperswadi lill-MPE tiegħek, li jista'
      1. jagħti bidu għal proċess li permezz tiegħu l-Parlament jitlob lill-Kummissjoni tipproponi leġiżlazzjoni. Dan huwa possibbli biss f'każijiet fejn il-Parlament jaħseb li l-leġiżlazzjoni tal-UE hi meħtieġa biex tgħin fl-implimentazzjoni tat-Trattati. Jekk il-Kummissjoni tirrifjuta li tressaq proposta, trid tagħti spjegazzjoni.
      2. jitlob lil kumitat Parlamentari jfassal rapport fuq inizzjattiva proprja li, ladarba approvat mill-Parlament, għalkemm mhux vinkolanti, jista' jitfa' pressjoni fuq il-Kummissjoni biex toħroġ bi proposti ġodda.
      3. jistaqsi mistoqsija lill-Kummissjoni, li fuqha tista' tikkunsidra leġiżlazzjoni. Aktar dwar mistoqsijiet
      4. ivara dikjarazzjoni bil-miktub, li jekk tkun iffirmata minn aktar minn nofs l-MPE tintbagħat lill-Kummissjoni b'talba għal azzjoni. Aktar dwar dikjarazzjonijiet bil-miktub
    3. ressaq petizzjoni lill-Parlament Ewropew. Aktar dwar petizzjonijiet
  2. Hekk kif il-Kummissjoni tibda' tipprepara jew tirrevedi leġiżlazzjoni, normalment tiftaħ konsultazzjoni, biex b'hekk tippermetti li l-partijiet interessati u l-esperti jagħtu l-opinjonijiet tagħhom. Aktar dwar konsultazzjonijiet pubbliċi
 
Return to homepage     

#2 L-ewwel qari fil-Parlament Ewropew:
involviment taċ-ċittadin 

Meta l-proposta tintbagħat lill-Parlament, ir-rapporteur u x-"shadow rapporteurs" (Membri normalment maħtura minn kull wieħed mill-gruppi politiċi biex isegwu proċedura) normalment jibdew jiġbru l-opinjonijiet mill-partijiet ikkonċernati. Tista' tressaq l-opinjoni tiegħek lilhom, lil kwalunkwe membru ieħor tal-kumitat, jew lil kwalunkwe MPE.


Fl-istadju tal-kumitat, l-emendi jistgħu jitressqu minn kwalunkwe MPE iżda l-emendi fil-plenarja jridu jiitressqu mill-kumitat responsabbli, grupp politiku jew minn tal-anqas 40 MPE.


Il-kumitati kultant jorganizzaw seduti pubbliċi, li tkun tista' tipparteċipa fihom.


Il-laqgħa tal-kumitat u l-plenarja jixxandru dirett bil-webstreaming. Tista' ssegwihom fuq EPTV


Tista' tagħti parir lill-MPE tiegħek dwar liema emendi mressqa taħseb li huma vantaġġjużi jew le.

 
Return to homepage     
 
 

Test sħiħ 

#1 Il-proposta tal-Kummissjoni 

Test sħiħ 
Il-Kummissjoin Ewropea tipprepara proposti leġiżlattivi fuq inizjattiva proprja jew fuq talba ta' istituzzjonijiet oħra jew pajjiżi tal-UE, jew wara inizjattiva taċ-ċittadini, ħafna drabi wara konsultazzjonijiet pubbliċi. Il-proposta finali titressaq fl-istess żmien lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-parlamenti nazzjonali u, f'ċerti każijiet, lill-Kumitat tar-Reġjuni u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali.
  1. Il-procedura ordinarja tibda bis-sottomissjoni ta' proposta legizlattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
  2. Il-procedura legizlattiva ordinarja bhalissa tapplika f'85 qasam ta' politika definit li jkopru l-parti l-kbira tal-oqsma ta' kompetenza tal-UE.
  3. Id-"dritt tal-inizjattiva" hi responsabbiltà tal-Kummissjoni Ewropea. Hi responsabbli ghat-tressiq tal-parti l-kbira mill-proposti legizlattivi. Madankollu, il-Parlament u l-Kunsill jistghu jitolbu lill-Kummissjoni biex tressaq proposti u fi ftit kazijiet definiti sewwa, istituzzjonijiet ohrajn jistghu johorgu bi proposti.
  4. Il-Parlament (b'maggoranza tal-Membri tieghu) jista' jitlob lill-Kummissjoni biex tressaq proposta f'kazijiet fejn il-Parlament jahseb li l-legizlazzjoni tal-UE hija mehtiega biex tghin fl-implimentazzjoni tat-Trattati. Jekk il-Kummissjoni tirrifjuta li tressaq proposta, trid taghti spjegazzjoni.
  5. Il-Kunsill, (b'maggoranza semplici), jista’ jitlob lill-Kummissjoni taghmel kwalunkwe studji li l-ministri jqisuhom siewja ghall-ilhiq tal-ghanjiet komuni, u biex tipprezenta quddiemu kull proposta xierqa.
  6. Fil-kazijiet specifici hafna li gejjin, it-Trattati jippermettu li l-procedura legizlattiva ordinarja tigi varata:
    • fuq l-inizjativa ta' kwart tal-Istati Membri (kooperazzjoni tal-pulizija u gudizzjarja f'materji kriminali)
    • fuq rakkomandazzjoni mill-Bank Centrali Ewropew (certi artikoli tal-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Centrali u tal-Bank Centrali Ewropew)
    • b'talba mill-Qorti tal-Gustizzja tal-Unjoni Ewropea (il-varar ta' qrati specjalizzati annessi mal-Qorti Generali, biex jisimghu u jistabbilixxu fil-prim' istanza certu tipi ta' azzjonijiet jew procedimenti mressqa f'oqsma specifici, certi dispozizzjonijiet tal-Istatut tal-Qorti tal-Gustizzja tal-Unjoni Ewropea)
    • fuq talba tal-Bank Ewropew tal-Investiment
  7. Proposta tal-Kummissjoni tista' ssegwi wkoll Inizzjativa tac-Cittadini Ewropej
  8. Il-proposta tal-Kummissjoni hija r-rizultat ta' process ta' konsultazzjoni estensiv, li jista' jitwettaq b'bosta modi (valutazzjoni tal-impatt obbligatorja, rapporti minn esperti, konsultazzjoni ta' esperti nazzjonali, organizzazzjonijiet internazzjonali u/jew organizzazzjonijiet mhux governattivi, konsultazzjoni permezz ta' Green Papers u White Papers, ecc.).
  9. Process ta' konsultazzjoni jista' jkun varat wkoll fost id-dipartimenti differenti tal-Kummissjoni sabiex jigi zgurat li l-aspetti kollha ta’ kwistjoni jitqiesu (konsultazzjoni bejn is-servizzi).
  10. Il-proposta tal-Kummissjoni normalment tigi adottata mill-Kullegg tal-Kummissarji abbazi jew ta' procedura bil-miktub (l-ebda diskussjoni fost il-Kummissarji) jew ta' procedura orali (id-dossier jigi diskuss mill-Kullegg tal-Kummissarji) u tigi ppubblikata f’Il-Gurnal Ufficjali tal-Unjoni Ewropea.
  11. Il-Kummissjoni tressaq il-proposta legizlattiva taghha (normalment ghal regolament, direttiva jew decizjoni) lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, izda wkoll lill-parlamenti nazzjonali kollha tal-UE, u fejn ikun applikabbli, lill-Kumitat tar-Regjuni u l-Kumitat Ekonomiku u Socjali Ewropew.

Ir-rwol tal-parlamenti nazzjonali

  1. Skont il-Protokoll Nru 1 dwar ir-rwol tal-Parlamenti nazzjonali u l-Protokoll Nru 2 dwar il-principji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità fit-Trattat tal-Unjoni Ewropea, il-parlamenti nazzjonali ghandhom tmien gimghat biex johorgu opinjoni motivata jekk huma jqisu li l-abbozz tal-legizlazzjoni mhuwiex konformi mal-principju ta' sussidjarjetà. Kull parlament nazzjonali ghandu zewg voti. Fis-sistemi parlamentari bikamerali, kull wahda miz-zewgt ikmamar ghandha vot wiehed.
  2. Jekk tal-anqas terz tal-parlamenti nazzjonali jkun jidhrilhom li l-abbozz ta' legizlazzjoni mhux konformi mal-principju tas-sussidjarjetà, l-abbozz ikollu jigi riezaminat ('karta safra'). Il-limitu minimu li ghandu jintlahaq jaqa’ ghal kwart fil-kaz ta’ abbozz ta’ proposta legizlattiva sottomessa abbazi tal-Artikolu 76 tat-TFUE (il-kooperazzjoni gudizzjarja fi kwistjonijiet kriminali u l-kooperazzjoni tal-pulizija). Wara r-riezami tal-'karta safra', l-istituzzjoni li tawtorizza (normalment il-Kummissjoni) tista’ tiddeciedi li zzomm, temenda jew tirtira l-proposta.
  3. Barra minn hekk, skont il-procedura legizlattiva ordinarja, jekk maggoranza semplici tal-parlamenti nazzjonali tikkunsidra li l-abbozz tal-proposta legizlattiva mhux konformi mal-principju tas-sussidjarjetà, l-abbozz ghandu jigi riezaminat mill-Kummissjoni (‘karta orangjo’). Wara tali riezami, il-Kummissjoni tista’ tiddeciedi li zzomm, temenda jew tirtira l-proposta. Jekk il-Kummissjoni tiddeciedi li zzomm il-proposta trid tiggustifika l-pozizzjoni taghha. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill imbaghad iridu jikkunsidraw, qabel ma jikkonkludu l-ewwel qari, jekk il-proposta hijiex kompatibbli mal-principju ta' sussidjarjetà. Jekk il-Parlament permezz ta' maggoranza semplici tal-Membri tieghu, jew il-Kunsill b'maggoranza ta' 55% tal-membri tieghu, jikkunsidraw li l-proposta mhijiex konformi mal-principju ta' sussidjarjetà, il-proposta taqa'.

Opinjonijiet tal-Kumitat tar-Regjuni u l-Kumitat Ekonomiku u Socjali

  1. Il-Kumitat Ekonomiku u Socjali Ewropew (KESE) u l-Kumitat tar-Regjuni (KtR) jridu jigu kkonsultati dwar certi kwistjonijiet jew meta l-Kunsill iqis xieraq. Perezempju, il-KESE ghandu jaghti l-opinjoni tieghu dwar il-politika ekonomika u socjali u l-KtR jrid jigi kkonsultat dwar l-ambjent, l-edukazzjoni u t-trasport. Il-Kunsill u l-Kummissjoni jistghu jistabbilixxu limitu ta' zmien ghas-sottomissjoni tal-opinjonijiet. Il-Parlament Ewropew ghandu wkoll l-ghazla li jikkonsulta maz-zewg Kumitati. Barra minn hekk, il-Kumitati jistghu jaghtu opinjonijiet fuq inizzjattiva taghhom stess.
Return to homepage     

#2 L-ewwel qari fil-Parlament Ewropew 

Test sħiħ 
Il-President tal-Parlament Ewropew jirreferi l-proposta għal kumitat parlamentari, li jaħtar rapporteur li jkun responsabbli għat-tfassil ta' abbozz ta' rapport li jkun fih emendi għat-test propost. Il-kumitat jivvota dwar dan ir-rapport u kwalunkwe emenda tiegħu imressqa minn membri oħra. Il-Parlament Ewropew imbagħad jiddiskuti u jivvota dwar il-proposta leġiżlattiva fil-plenarja abbażi tar-rapport tal-kumitat u l-emendi. Ir-riżultat huwa l-pożizzjoni tal-Parlament. Il-Parlament jista' jaċċetta l-proposta mingħajr ma jagħmel tibdiliet jew emendi. F'każijiet rari, il-President jista' jitlob lill-Kummissjoni tirtira l-proposta. Il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari titressaq lill-Kunsill.
  1. Ladarba proposta legizlattiva mill-Kummissjoni Ewropea tasal ghand il-Parlament Ewropew, il-President, wara konsultazzjoni mas-servizzi teknici relevanti, jirreferiha lill-kumitat responsabbli.
  2. L-ghazla tal-kumitat tiddependi fuq is-suggett kopert mill-proposta.
  3. Kumitati ohrajn jistghu jigu offruti l-possibbiltà li jaghtu l-opinjoni taghhom jekk is-suggett jikkoncernahom ukoll.
  4. Jekk ikun hemm kunflitt minhabba l-kompetenza, perezempju, il-kwistjoni taqa' kwazi ndaqs fil-kompetenzi ta' tnejn jew aktar kumitati, il-Konferenza tal-Presidenti tiddeciedi fuq il-procedura, fuq il-bazi ta' rakkomandazzjoni mill-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati.
  5. Tilwim fuq il-kompetenza jista' jigi solvut permezz ta' proceduri li jinvolvu kumitati assocjati jew laqghat ta' kumitati kongunti jew voti.
  6. Kumitat assocjat jahdem fuq il-proposta fl-istess hin mal-kumitat responsabbli, skont skeda maqbula bejn it-tnejn. Ir-rapporteurs tat-tnejn li huma jidentifikaw liema oqsma tat-test jaqghu fil-kompetenza esklussiva jew kongunta taghhom u jaqblu precizament kif se jikkooperaw. Ir-rapporteurs izommu lil xulxin infurmati u ghandhom jaqblu b'mod reciproku t-testi li jipproponu lill-kumitati u l-pozizzjoni taghhom rigward l-emendi. Il-kumitat responsabbli ghandu jaccetta minghajr votazzjoni emendi minn kumitat assocjat meta dawn ikunu dwar kwistjonijiet li jaqghu taht il-kompetenza esklussiva tal-kumitat assocjat.
  7. Jekk ikun hemm nuqqas ta' qbil bejn kumitat responsabbli u kumitat assocjat dwar kompetenza, il-Konferenza tal-Presidenti tista' tiddeciedi ta' min ghandha tkun il-kompetenza, jew tista' taghzel ghal laqghat ta' kumitati kongunti jekk taqa' b'mod inqads fil-kompetenzi tat-tnejn.
  8. Fil-kaz ta' laqghat ta' kumitati kongunti, ir-rapporteurs ikkoncernati jfasslu abbozz wiehed ta' rapport, li jigi ezaminat u vvotat mill-kumitati involuti f'laqghat kongunti ppreseduti b'mod kongunt.
  9. Il-kumitat Parlamentari responsabbli l-ewwel jivverifika l-bazi legali tal-proposta. Jista' jitlob l-opinjoni tal-kumitat responsabbli ghall-affarijiet legali, li jista’ jiddeciedi li jiccekkja l-bazi legali fuq inizjattiva proprja.
  10. Jekk il-proposta jkollha implikazzjonijiet finanzjarji, il-kumitat responsabbli jrid jivverifika wkoll li tkun kompatibbli mal-qafas finanzjarju pluriennali, jigifieri li jkun hemm bizzejjed rizorsi finanzjarji. Il-kumitat responsabbli ghal kwistjonijiet bagitarji jista' wkoll jaghmel verifika bhal din fuq inizzjattiva proprja.
  11. Il-kumitat responsabbli, grupp politiku, jew tal-anqas 40 MPE jistghu joggezzjonaw jekk ihossu li l-proposta jew partijiet minnha mhumiex konformi mad-drittijiet stipulati fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE.
  12. Ladarba l-kumitat inghata r-responsabbiltà tal-proposta, japponta rapporteur minn fost il-membri tieghu. Fil-prattika, il-koordinaturi li jirrapprezentaw il-gruppi politici jiddecidew liema grupp politiku se jiehu f'idejh ir-rapport. Il-grupp jipproponi rapporteur minn fost il-membri tal-kumitat tieghu jew mis-sostituti permanenti.
  13. Ir-rapporteurs jistghu jintghazlu minn qabel abbazi tal-programm legizlattiv annwali tal-Kummissjoni, li jippermettilhom isegwu l-proposta matul il-fazi preparatorja, qabel ma titressaq lill-Parlament.
  14. Gruppi politici ohra jistghu jahtru shadow rapporteur, li hu responsabbli ghall-preparazzjoni tal-pozizzjoni tal-grupp u ghall-monitoragg tal-hidma tar-rapporteur.
  15. Ir-rapporteur jiggwida l-proposta matul l-istadji varji tal-procedura, filwaqt li jaghti parir lill-kumitat (matul il-kunsiderazzjoni fl-istadu tal-kumitat) u lill-Parlament shih (fl-istadju tal-plenarja) rigward l-approcc generali.
  16. Ir-rapporteur hu responsabbli ghall-prezentazzjoni ta' abbozz ta' rapport lill-kumitat, inkluz l-emendi tieghu/taghha ghall-proposta tal-Kummissjoni.
  17. Il-kumitat parlamentari normalment jiltaqà bosta drabi biex jezamina l-abbozz ta' rapport.
  18. Rigward dossiers kontroversjali jew "teknici", mhijiex haga rari li jigu organizzati seduti ta’ smigh ma’ esperti jew li jigu kkummissjonati studji u valutazzjonijiet tal-impatt.
  19. Matul id-dibattiti tal-kumitat, il-Kummissjoni tista' tiddefendi l-proposta taghha u tirrispondi mistosijiet minn membri tal-kumitat.
  20. Hekk kif il-Kunsill jircievi u jibda' jahdem fuq il-proposta tal-Kummissjoni fl-istess hin bhall-Parlament, il-kumitat normalment jitlob lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex izommuh infurmat dwar il-progress tal-proposta fil-Kunsill u l-gruppi ta' hidma tieghu.
  21. Kumitati assoccjati u dawk li jaghtu l-pariri jressqu l-opinjoniet taghhom biex jiggwidaw lill-kumitat.
  22. Kwalunkwe MPE jista' jressaq emendi sad-data ta' skadenza stabbilita mill-kumitat responsabbli. L-emendi kollha huma soggetti ghal votazzjoni fil-kumitat responsabbli, li jivvota permezz ta' maggoranza semplici.
  23. Qabel ma l-kumitat responsabbli jiehu vot finali dwar il-proposta ghal att legizlattiv, jitlob lill Kummissjoni tiddikjara l-pozizzjoni taghha fuq l-emendi kollha adottati mill-kumitat, u jaghmel talba ghal kumment mill-Kunsill. Jekk il-Kummissjoni ma tkunx f'pozizzjoni li taghmel dikjarazzjoni jew ma tkunx lesta taccetta l-emendi kollha minn kumitat, il-kumitat jista‘ jipposponi l-vot finali.
  24. Ladarba r-rapport jigi addottat fil-kumitat, jitpogga fl-agenda tal-plenarja.
  25. Grupp politiku jew tal-anqas 40 MPE jistghu jressqu emendi fir-rapport u jressquhom ghal votazzjoni plenarja. Bhala regola generali, id-data ta' skadenza biex jitressqu emendi godda fil-plenarja hi f'nofsinhar nhar ta' Erbgha tal-gimgha ta' qabel is-sessjoni.
  26. Il-plenarja tiddiskuti l-proposti legizlattivi abbazi tar-rapport imfassal mill-Kumitat responsabbli, inkluzi kwalunkwe emenda proposta, abbozz ta' rizoluzzjoni legizlattiva u, jekk xieraq, nota spjegattiva mir-rapporteur.
  27. Matul id-dibattitu tal-plenarja qabel il-vot, il-Kummissarju prezenti jhabbar u jispjega l-pozizzjoni tal-Kummissjoni dwar kwalunkwe emenda mressqa. Il-pozizzjoni tal-Kummissjoni dwar l-emendi tal-PE hi ppreparata mid-Direttur Generali responsabbli tad-dossier u approvata mill-Kullegg tal-Kummissarji. Fil-prattika, hija ppreparata mill-grupp ghar-Relazzjonijiet Interistituzzjonali (GRI) li jikkonsisti mill-membri tal-kabinetti tal-Kummissjoni responsabbli ghar-relazzjonijiet interistituzzjonali, u sussegwentament irratifikata mill-Kullegg.
  28. Il-Parlament Ewropew l-ewwel jivvota dwar emendi ghall-proposta tal-Kummissjoni. Imbaghad jivvota dwar il-proposta, emendata jew le, segwita minn votazzjoni dwar l-emendi ghall-abbozz ta' rizoluzzjoni legizlattiva. Fl-ahhar, il-Parlament jivvota dwar l-abbozz ta' rizoluzzjoni legizlattiva kollu. Ir-rizoluzzjoni legizlattiva fiha biss stqarrija li tghid jekk il-Parlament japprovax jew jirrifjutax il-proposta jew jemendaha.
  29. Il-votazzjonijiet kollha elenkati hawn fuq isiru permezz ta' maggoranza semplici, jigifieri maggoranza tal-voti mitfugha.
  30. Jekk il-Parlament ma jadottax ir-rizoluzzjoni legizlattiva, il-proposta tigi referuta lura lill-kumitat responsabbli.
  31. Il-Parlament jista': jirrifjuta l-proposta kollha japprova l-proposta minghajr emendi japprovaha soggetta ghall-emendi
  32. Jekk il-proposta tal-Kummissjoni, kif emendata, ma jirnexxilhiex tizgura maggoranza ta' voti mitfugha, jew jekk tigi adottata mozzjoni ghar-rifjut tal-proposta, imressqa mill-kumitat responsabbli, jew minn tal-anqas 40 MPR, il-President tal-Parlament jissospendi l-votazzjoni dwar ir-rizoluzzjoni legizlattiva (normalment mehuda wara l-votazzjoni finali dwar il-proposta kif emendata) u jitlob lill-Kummissjoni tirtira l-proposta. Jekk il-Kummissjoni taghmel dan, il-procedura legizlattiva tieqaf. Jekk il-Kummissjoni tirrifjuta, il-kwistjoni tigi riferuta lura lill-kumitat parlamentari.
  33. Jekk il-proposta tal-Kummissjoni tigi approvata fl-intier taghha, izda abbazi ta’ emendi, il-vot dwar l-abbozz ta' rizoluzzjoni legizlattiva jigi pospost sakemm il-Kummissjoni tiddikjara l-pozizzjoni taghha fuq kull wahda mill-emendi. Jekk il-Kummissjoni ma tkunx f'pozizzjoni li taghmel dikjarazzjoni bhal din fl-ahhar tal-votazzjoni tal-Parlament dwar il-proposta taghha, tinforma lill-President jew lill-kumitat responsabbli dwar meta tahseb li tkun tista' taghmel dikjarazzjoni u l-proposta tiddahal fl-abbozz ta’ agenda tal-ewwel sessjoni plenarja ta' wara dik id-data.
  34. Jekk il-Kummissjoni tghid li m'ghandhiex intenzjoni li tadotta l-emendi kollha tal-Parlament, ir-rapporteur jew il-president tal-kumitat responsabbli jaghmel proposta formali lill-Parlament dwar jekk il-vot fuq l-abbozz ta' rizoluzzjoni legizlattiva ghandu jipprocedi jew le. Qabel ma ssir il-proposta, jistghu jitolbu lill-President jirtira l-kunsiderazzjoni tal-punt. Jekk il-Parlament jiddeciedi li jipposponi l-votazzjoni, il-kwistjoni tigi riferuta lura lill-kumitat responsabbli, ghal konsiderazzjoni. B’hekk isiru ammissibbli biss l-emendi li jkunu tressqu mill-kumitat responsabbli u li jfittxu li jintlahaq kompromess mal-Kummissjoni.
  35. It-test tal-proposta kif approvat mill-Parlament u r-rizoluzzjoni li takkumpanjah ghandhom jintbaghtu lill-Kunsill u lill-Kummissjoni mill-President bhala l-pozizzjoni tal-Parlament.
  36. Ladarba l-Parlament jikkonkludi l-ewwel qari tieghu, il-Kummissjoni tista’ tadotta 'proposta modifikata' li tinkorpora ghadd mill-emendi tal-Parlament.
  37. It-Trattat ma jistabilixxix limitu ta' zmien ghall-ewwel qari tal-Parlament.

NB: Sa mit-trattat ta' Amsterdam, procedura legizlattiva ordinarja tista’ tigi konkluza fl-ewwel qari. Fi snin ricenti, kien hemm tendenza, li kulma jmur qed tikber, li jintlahaq qbil fl-ewwel qari.

Return to homepage     

#3 L-ewwel qari fil-Kunsill 

Test sħiħ 
Ħidma preparatorja fil-Kunsill timxi b'mod parallell mal-ewwel qari fil-Parlament, iżda l-Kunsill jista' jwettaq l-ewwel qari tiegħu biss abbażi tal-pożizzjoni tal-Parlament. Il-Kunsill jista': (1) jaċċetta l-pożizzjoni tal-PE, u f'dak il-każ l-att leġiżlattiv jiġi adottat; jew (2) jadotta bidliet fil-pożizzjoni tal-Parlament, li jwasslu għall-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari, li tintbagħat lill-Parlament għat-tieni qari.
  1. Il-proposta tal-Kummissjoni tintbaghat lill-Kunsill fl-istess hin li tghaddi f'idejn il-Parlament.
  2. Il-hidma preparatorja fil-Kunsill timxi b'mod parallell mal-ewwel qari fil-Parlament, izda l-Kunsill jistà jadotta l-pozizzjoni tieghu wara li jkun agixxa l-Parlament.
  3. L-istituzzjonijiet huma mhegga jaghmlu skambju ta' informazzjoni dwar il-progress u l-iskeda tan-negozjati fil-qafas tal-procedura legizlattiva ordinarja.
  4. L-istess bhall-Parlament, ma hemm l-ebda limitu ta' zmien ghall-ewwel qari tal-Kunsill.
  5. Id-decizjonijiet tal-Kunsill huma ppreparati fi hdan il-gruppi ta' hidma maghmula minn rapprezentanti tal-Istati Membri preseduti mir-rapprezentant tal-pajjiz li jezercita l-presidenza b'rotazzjoni ta' sitt xhur, assistit mis-segretarjat tal-Kunsill. Ir-rapport tal-gruppi ta' hidma lill-Kumitat tar-Rapprezentanti Permanenti (Coreper, Parti I jew II), li jipprepara kull decizjoni tal-Kunsill mehuda fuq livell ministerjali.
  6. Qabel ma titlahaq pozizzjoni tal-ewwel qari, il-Kunsill jista' jadotta zewg passi intermedjarji:
    1. Il-Kunsill jista' jilhaq ftehim fil-principju – komunement imsejjah approcc generali – qabel ma l-Parlament Ewropew iressaq il-pozizzjoni tieghu. Dan huwa rari u normalment jigri f'kazijiet fejn hemm spinta qawwija biex jintlahaq ftehim fl-ewwel qari.
    2. Aktar spiss, il-Kunsill l-ewwel jilhaq 'qbil politiku', li jistabbilixxi l-qafas wiesa’ tal-pozizzjoni tieghu proposta fl-ewwel qari. Id-dettalji ta' dan il-qbil imbaghad jigu ffinalizzati mill-gruppi ta' hidma, verifikati mill-guristi lingwisti (l-esperti legali ghal kull lingwa li jissorveljaw il-korrettezza legali u lingwistika tat-testi) u f'laqgha sussegwenti jigu adottati formalment bhala pozizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari.
    Fiz-zewg kazijiet, il-Kunsill jiffinalizza l-pozizzjoni tieghu biss wara li jircievi l-emendi tal-Parlament fl-ewwel qari u l-proposta emendata tal-Kummissjoni li tirrizulta minn dan.
  7. Pozizzjoni tal-ewwel qari tista' tigi adottata minghajr dibattitu fejn ikun intlahaq ftehim fl-istadju preparatorju (Punt "A" fuq l-agenda) jew b'dibattitu (Punt "B") jew, f'kazijiet eccezzjonali, permezz ta' procedura bil-miktub. Fl-ewwel zewg kazijiet, id-deliberazzjonijiet ikunu pubblici.
  8. Il-Kunsill jiddeciedi b'maggoranza kwalifikata minbarra fir-rigward ta' tassazzjoni, sigurtà socjali, politika barranija, difiza u kooperazzjoni tal-pulizija operattiva, li jirrikjed u l-unanimità.
  9. Hemm erba’ xenarji possibbli ghall-ewwel qari tal-Kunsill:
    1. Jekk il-Parlament ma adottax kwalunkwe emenda u l-Kunsill ma jixtieqx li jbiddel il-proposta tal-Kummissjoni, jista' japprova l-att b'maggoranza kwalifikata. Sussegwentament, l-att jigi adottat.
    2. Jekk il-Parlament introduca emendi, l-adozzjoni tal-att tiddependi fuq l-approvazzjoni tal-emendi kollha tal-Kunsill b'maggoranza kwalifikata, jekk il-Kummissjoni tkun inkorporathom fil-proposta emendata taghha, jew b'unanimità jekk m'ghamlitx dan. Jekk il-Kunsill japprova l-emendi kollha tal-Parlament, l-att jigi adottat.
    Ladarba l-att jigi adottat, jitressaq biex jigi ffirmat mill-Presidenti u s-Segretarji Generali tal-Parlament u l-Kunsill, u jigi ppubblikat f’Il-Gurnal Ufficjali.
    1. Filwaqt li mhuwiex stipulat esplicitament fit-Trattat, huwa generalment accettat li l-Kunsill, permezz ta’ maggoranza kwalifikata, jista’ jirrifjuta l-proposta tal-Kummissjoni kollha kemm hi.
      Il-Kummissjoni tista' tiddeciedi fi kwalunkwe hin matul l-ewwel qari li tirtira u tbiddel il-proposta taghha.
    2. Jekk il-Kunsill ma jadottax l-emendi kollha tal-Parlament jew ikun irid jintroduci l-bidliet tieghu stess, jadotta pozizzjoni tal-ewwel qari.
  10. It-test tal-pozizzjoni tal-ewwel qari tintbaghat lill-Parlament, flimkien ma' dikjarazzjoni bir-ragunijiet, u kwalunkwe dikjarazzjonijiet maghmula mill-Kunsill u/jew mill-Kummissjoni ghall-minuti tal-Kunsill. Il-Kummissjoni tinforma lill-Parlament bil-pozizzjoni taghha.
  11. Il-Parlament generalment jigi infurmat bil-pozizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari fis-sessjoni plenarja ta’ wara l-adozzjoni formali taghha. Il-limiti ta' zmien stipulati mit-Trattat ghall-istadji sussegwenti tal-procedura jibdew wara li l-Parlament ihabbar li rcieva l-pozizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari fil-plenarja (il-jum ta' wara t-thabbira, li normalment issir il-Hamis).
  12. Fejn ikun possibbli, isir kuntatt informali fil-perjodu bejn il-qbil politiku u n-notifika formali tal-pozizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari, bl-ghan li jkun iffacilitat qbil (bikri) tat-tieni qari (maghruf ukoll bhala "pozizzjoni nnegozjata tal-ewwel qari").

NB: Meta l-kolegizlaturi jkunu qed jimmiraw ghal qbil tal-ewwel qari, hafna drabi jorganizzaw laqghat informali li jattendu ghalihom ir-r-rapprezentanti tal-Parlament (ir-rapporteur u , fejn ikun xieraq, ix-shadow rapportuers), il-Kunsill (il-president tal-grupp ta' hidma u/jew Coreper), il-Kummissjoni (id-dipartiment responsabbli ghad-dossier u s-Segretarjat Generali tal-Kummissjoni), l-hekk imsejha "trilogi".

L-ghan hu li jkun zgurat li l-emendi tal-Parlament adottati fil-plenarja huma accettabbli ghall-Kunsill. Il-Kummissjoni ta' spiss ikollha rwol ta' medjatur u editur fir-rigward ta' dawn it-testi ta' kompromess.

Go back to infography     

#4 It-tieni qari fil-Parlament Ewropew 

Test sħiħ 
Il-Parlament Ewropew għandu tliet xhur (b'possibbiltà ta' estensjoni għal erba' xhur) biex jeżamina l-pożizzjoni tal-Kunsill. Il-pożizzjoni tal-Kunsill l-ewwel tingħata lill-kumitat responsabbli, li jħejji rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Parlament. Il-plenarja tivvota dwar ir-rakkomandazzjoni inkluż l-emendi possibbli, li pero' jistgħu jkunu limitati. Hemm erba' riżultati possibbli għat-tieni qari: (1) Il-Parlament japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill u l-att jiġi adottat; (2) il-Parlament jonqos milli jieħu deċiżjoni sal-limitu ta’ żmien, f’liema każ l-att jiġi adottat kif emendat mill-Kunsill fl-ewwel qari tiegħu; (3) il-Parlament jirrifjuta l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari, f’liema każ l-att ma jiġix adottat u l-proċedura tintemm; (4) il-Parlament jipproponi emendi fil-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari u jressaq il-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill għat-tieni qari.
  1. Jekk il-Kunsill ma jaqbilx mal-pozizzjoni tal-Parlament Ewropew fl-ewwel qari, jadotta pozizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari , li tinbaghat lill-Parlament. Il-Parlament jircievi wkoll komunikazzjoni minghand il-Kummissjoni li tispjega l-pozizzjoni taghha fir-rigward tal-pozizzjoni tal-Kunsill u ir-raguni ghalfejn tappoggjaha jew topponiha.
  2. Id-dokumentazzjoni li jircievi l-Parlament tinkludi:
    • Il-pozizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari
    • id-dikjarazzjonijiet kollha maghmula fil-minuti tal-Kunsill fejn il-pozizzjoni giet adottata
    • ir-ragunijiet li wasslu lill-Kunsill biex jadotta l-pozizzjoni tieghu
    • il-pozizzjoni tal-Kummissjoni
  3. Hekk kif jircievi d-dokumentazzjoni u wara li jivverifikaha, il-President jaghmel thabbira fil-plenarja fejn jirrikonoxxi li waslet il-pozizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari u l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwarha. Il-fajl awtomatikament jintbaghat lill-kumitat responsabbli, li jkun l-istess bhal dak fl-ewwel qari. Id-dokumenti jkunu disponibbli bil-lingwi ufficjali kollha.
  4. Ghall-kuntrarju tal-ewwel qari, it-tieni qari huwa suggett ghal limiti stretti ta’ zmien. Il-Parlament irid jagixxi fi zmien tliet xhur (li l-PE jew il-Kunsill jistghu jaghmlu talba biex dan jigi estiz ghal erba' xhur). Filwaqt li l-Parlament jikkunsidra d-data tat-thabbira tal-pozizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari tal-plenarja bhala d-data tal-bidu, il-Kunsill jikkunsidra li l-iskeda tibda' mid-data meta tasal il-pozizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari, fil-principju t-Tnejn tal-gimgha tal-plenarja.
  5. It-tieni qari tal-kumitat generalment jixbah il-procedura tal-ewwel qari, izda t-test li jrid jigi emendat hu l-pozizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari aktar milli l-proposta tal-Kummissjoni. Il-kumitat responsabbli biss jipprepara rapport, ma hemm l-ebda opinjoni minn kumitati ohra.
  6. Il-Kunsill jista' jigi mistieden jipprezenta l-pozizzjoni tieghu fl-ewwel laqgha tal-kumitat responsabbli.
  7. Ir-rapporteur (normalment l-istess MPE li jkun fassal ir-rapport tal-ewwel qari) ifassal abbozz ta' 'rakkomandazzjoni', igifieri r-rapport tat-tieni qari.
  8. L-abbozz ta' rakkomandazzjoni jinkludi l-emendi proposti mir-rapporteur. Membri shah jew sostituti pemanenti tal-kumitat biss jistghu jressqu emendi addizzjonali.
  9. Hemm restrizzjonijiet fuq emendi tat-tieni qari fil-kumitat u fil-plenarja. Huma ammissibbli biss jekk ifittxu li:
    1. jergghu jistabilixxu, parzjalment jew ghalkollox, il-pozizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari
    2. jilhqu kompromess bejn il-Parlament u l-Kunsill
    3. jemendaw parti mit-test tal-Kunsill li ma kienx inkluz fil-proposta originali tal-Kummissjoni, jew ikun differenti fil-kontenut minn din tal-ahhar
    4. iqisu fatt gdid jew sitwazzjoni legali gdida li sehhet minn meta sar l-ewwel qari.
  10. Il-president tal-kumitat responsabbli jiddeciedi dwar l-ammissibilità tal-emendi.
  11. Jekk ikunu saru elezzjonijiet tal-PE mill-ewwel qari, il-President jista' jiddeciedi li r-restrizzjonijiet ma japplikawx.
  12. Qabel ma jivvota, il-kumitat jista' jitlob lill-president u lir-rapporteur jiddiskutu l-emendi fil-kumitat fil-prezenza ta' rapprezentant tal-Kunsill u l-Kummissarju responsabbli. Wara d-diskussjoni, ir-rapporteur jista' jressaq emendi ta' kompromess.
  13. Il-Kumitat jiddeciedi dwar l-emendi u r-rakkomandazzjoni ghat-tieni qari b'maggoranza semplici.
  14. Wara l-vot tal-kumitat, ir-rakkomandazzjoni tmur fil-plenarja.
  15. Ir-rakkomandazzjoni tipproponi l-approvazzjoni, l-emenda jew ir-rifjut tal-pozizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari u tinkludi gustifikazzjoni ghad-decizjoni proposta.
  16. Il-pozizzjoni tal-Kunsill u r-rakkomandazzjoni tat-tieni qari tal-kumitat jiddahhlu awtomatikament fl-agenda tal-abbozz tal-plenarja ghall-Erbgha ta' qabel id-data ta' skadenza tat-tieni qari tal-Parlament, izda tista' tigi ttrattata f'sessjoni plenarja aktar kmieni.
  17. L-emendi jistghu jitressqu ghall-plenarja mill-kumitat responsabbli, grupp politiku jew minn tal-anqas 40 MPE individwali.
  18. Ir-restrizzjonijiet li japplikaw ghal emendi fl-istadju tal-kumitat japplikaw ukoll fil-plenarja. Il-President tal-Parlament jiddeciedi dwar l-ammissibilità ta' emendi mressqa ghall-pleanrja. Id-decizjoni tal-President hija finali.
  19. Qabel ma ssir votazzjoni dwar kwalunkwe emenda fil-plenarja, il-President jista' jitlob lill-Kummissjoni tindika jekk tkunx lesta li taccettahom jew le.
  20. F'kazijiet bhal dawn il-Kummissarju responsabbli jispjega l-pozizzjoni tal-Kummissjoni rigward l-emendi matul id-dibattitu tal-plenarja ta' qabel il-votazzjoni. L-istess bhal fil-kaz tal-ewwel qari, il-pozizzjoni tal-Kummissjoni tigi ppreparata mill-grupp ghar-relazzjonijiet interistituzzjonali u sussegwentament tkun irratifikata mill-Kummissarji.
  21. Il-Kunsill jista’ wkol jigi mistieden jikkummenta.
  22. Rizultati possibbli tat-tieni qari jinkludu:
    1. rifjut tal-pozizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari
    2. l-ebda vot tal-Parlament fil-limitu ta' zmien
    3. approvazzjoni tal-pozizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari minghajr emenda (qbil bikri tat-tieni qari)
    4. Il-Parlament jipproponi emendi ghall-pozizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari
  23. Il-kumitat responsabbli, il-grupp politiku jew tal-anqas 40 MPE jistghu jipproponu li l-pozizzjoni tal-Kunsill tigi rrifjutata. Il-proposta trid tigi adottata b'maggoranza tal-Membri tal-Parlament - jigifieri b'maggoranza assoluta. Kwalunkwe proposta bhal din jittiehed vot dwarha qabel ma l-voti jimxu ghall-emendi.
  24. Ir-rifjut tal-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari jtemm il-proċedura leġiżlattiva. Din tista' biss titnieda mill-ġdid permezz ta' proposta ġdida tal-Kummissjoni. Sa Jannar 2015, dan ġara darba biss - f'Lulju 2005 fir-rigward tad-direttiva dwar il-privattivi għal softwer (direttiva dwar l-għoti ta' privattiva għal invenzjonijiet implimentati bil-kompjuter). Il-pożizzjoni tal-Kunsill ġiet irrifjutata permezz ta' maġġoranza predominanti ta' MPE (648 favur, 14 kontra u 18-il astensjoni), u dan qatel il-proposta. Dan il-każ qajjem il-mistoqsija jekk il-Kummissjoni tistax tirtira proposta li tkun għaddiet mill-ewwel qari. Filwaqt li l-Kummissjoni żżomm id-dritt tagħha li tirtira proposta fi kwalunkwe stadju, il-Parlament u l-Kunsill jargumentaw li ladarba l-Kunsill ikun adotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari ikun dak it-test u mhux il-proposta tal-Kummissjoni li jifforma l-bażi għall-kumplament tal-proċedura; u konsegwentement il-Kummissjoni ma tistax tirtira test li ma tkunx għadha teżerċita 'sjieda' fuqu.
  25. Jekk il-Parlament ma jirnexxilux jiehu decizjoni sad-data ta' skadenza, l-att jigi kkunsidrat li gie adottat b'konformità mal-pozizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari.
  26. Jekk il-Parlament japprova l-pozizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari minghajr emenda, tkun mehtiega maggoranza semplici tal-Membri li jivvutaw.
  27. Meta jigi adottat, l-att legizlattiv jitressaq biex jigi ffirmat mill-Presidenti u s-Segretarji Generali tal-Parlament u l-Kunsill, u jigi ppubblikat f’Il-Gurnal Ufficjali.
  28. Fl-ahhar nett, il-Parlament jista' jipproponi emendi ghall-pozizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari. Iridu jilhqu l-kriterji tat-tieni qari u kull wiehed irid jigi approvat minn maggoranza assoluta tal-Membri tal-Parlament.
  29. Ir-rizultat tal-votazzjoni jigi nnotifikata lill-Kunsill u lill-Kummmissjoni.
  30. It-Trattat jirrikjedi specifikament li l-Kunsill iressaq opinjoni bil-miktub dwar l-emendi tal-Parlament u dan jiddetermina t-tip ta' vot necessarju fil-Kunsill: jekk, perezempju, il-Kunsill jixtieq jadotta emenda tal-parlament li l-Kummissjoni ressqet opinjoni negattiva dwarha, jehtieglu jaghmel dan b'mod unanimu.
Return to homepage     

#5 It-tieni qari fil-Kunsill 

Test sħiħ 
Il-Kunsill għandu tliet xhur (b'possibbiltà ta' estensjoni għal erba' xhur) biex jeżamina l-pożizzjoni tal-Parlament fit-tieni qari . Jiġi mgħarraf ukoll dwar il-pożizzjoni tal-Kummissjoni Ewropea rigward l-emendi tal-Parlament fit-tieni qari . Il-Kunsill jew (1) japprova l-emendi kollha tal-Parlament, f'liema każ l-att leġiżlattiv jiġi adottat, jew (2) ma japprovax l-emendi kollha. Fil-każ tal-aħħar, il-President tal-Kunsill, bi ftehim mal-President tal-Parlament, isejjaħ laqgħa tal-Kumitat ta' Konċiljazzjoni.
  1. Kif il-Kunsill ufficjalment jircievi l-emendi tat-tieni qari tal-Parlament Ewropew, bil-lingwi ufficjali kollha, jibda' ghaddej iz-zmien ghat-tieni qari tal-Kunsill.
  2. Il-Kunsill issa jkollu 3 xhur (jew f'certi kazijiet 4) biex jagixxi.
  3. Il-Kunsill jista' jaccetta jew jirrifjuta l-emendi tal-Parlament. Qabel ma jiddeciedi, jircievi l-opinjoni tal-Kummissjoni dwarhom.
  4. Il-procedura tixbah dik tat-thejjija tal-pozizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari: il-grupp ta' hidma kompetenti jipprepara pozizzjoni li titressaq lill-Coreper u tigi adottata mill-Kunsill.
  5. Sabiex jikkonkludu n-negozjati, il-Parlament u l-Kunsill jibdew negozjati dwar it-tieni qari meta l-proposta tkun ghand il-Parlament, partikolarment f'kazijiet fejn jidher li jista' jintlahaq qbil fit-tieni qari.
  6. Dawn il-kuntatti informali jistghu ikunu f'forma ta' laqghat bilaterali bejn ir-rapprezetanti tal-Parlament u l-Presidenza tal-Kunsill jew, kif hafna drabi ikun il-kaz, laqghat tripartitici informali li jinkludu l-Kummissjoni. Minhabba n-natura ad-hoc ta' kuntatti bhal dawn, ma gie stabbilit bil-miktub l-ebda format "standard" ta' rapprezentanza, izda bhala regola generali, jinvolvu r-rapporteur tal-Parlament (akkumpanjat mix-shadow rapporteurs minn gruppi politici ohra fejn mehtieg) u l-president tal-grupp politiku rilevanti tal-Kunsill bl-assistenza tal-amministazzjoni tal-Kunsill. Il-Kummissjoni normalment tkun raprezenta mill-ufficjali responsabbli ghad-dossier, assistiti mis-Segretarjat Generali u s-Servizz Legali tal-Kummissjoni.
  7. L-ghan ta' dawn il-kuntatti hu li jintlahaq ftehim dwar il-pakkett ta' emendi li jkun accettabbli ghall-Kunsill u l-Parlament. L-opinjoni tal-Kummissjoni hi importanti wkoll, ghax tiddetermina t-tip ta' vot tal-Kunsill li jkun mehtieg dwar l-emendi tal-Parlament.
  8. Fejn in-negozjati jirnexxu, il-president tal-Coreper jibghat ittra lill-president talkumitat parlamentari respinsabbli, li fiha l-Kunsill jimpenja ruhu li japprova l-emendi tal-Parlament jekk ikunu konformi mal-kompromess kongunt identifikat mill-Kunsill u mill-Parlament.
  9. L-emendi ta' kompromess imbaghad jittressqu jew fil-kumitat jew, aktar ta' spiss, ezatt qabel is-sessjoni plenarja. Generalment jigu ffirmati, f'isem il-gruppi taghhom, mir-rapporteur u minn kemm shadow rapporteurs ikunu parti fil-qbil, sabiex tinghata assigurazzjoni massima li l-maggoranza mehtiega tintlahaq. Il-gruppi politici kkoncernati fi hdan il-Parlament jikkoordinaw il-voti taghhom favur l-adozzjoni tal-emendi nnegozjati mal-Kunsill.
  10. In-numru ta' voti mehtiega fit-tieni qari tal-Kunsill jiddependi fuq l-opinjoni tal-Kummissjoni rigward l-emendi tal-Parlament. Emendi li l-Kummissjoni taghti opinjoni pozittiva dwarhom jistghu jigu approvati minn maggoranza kwalifikata fil-Kunsill. Emendi li l-Kummissjoni ghandha opinjoni negattiva dwarhom jirrikjedu approvazzjoni unanima mill-Kunsill.
  11. Jekk l-emendi tat-tieni qari tal-Parlament jigu approvati mill-Kunsill, l-att legizlattiv ikun ikkunsidrat adottat. It-test legizlattiv jigi ffirmat mill-president u s-Segretarju Generali tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u ppubblikat f’Il-Gurnal Ufficjali.
  12. Jekk il-Kunsill ma japprovax l-emendi kollha tal-Parlament, il-President tal-Kunsill, bi qbil mal-President tal-Parlament Ewropew, isejjah laqgha tal-Kumitat ta' Konciljazzjoni fi zmien sitt gimghat (b'possibilità ta' estensjoni ta' gimaghtejn) mid-data tar-rifjut tal-Kunsill.
Return to homepage     

#6 Il-Konċiljazzjoni 

Test sħiħ 
Fi żmien sitt ġimgħat (b'possibbiltà ta' estensjoni għal tmien ġimgħat) mir-rifjut tal-Kunsill li jadotta l-pożizzjoni tal-Parlament fit-tieni qari, il-Presidenti tal-Kunsill u tal-Parlament Ewropew ilaqqgħu l-Kumitat ta' Konċiljazzjoni, b'numru ndaqs ta' MPE u ta' rappreżentanti tal-Kunsill. Il-Kumitat ta' Konċiljazzjoni għandu sitt ġimgħat (b'possibbiltà ta' estensjoni għal tmien ġimgħat) biex jiddeċiedi dwar test konġunt ibbażat fuq il-pożizzjonijiet tal-Parlament u tal-Kunsill fit-tieni qari . .Jekk il-Kumitat ta' Konċiljazzjoni (1) ma japprovax test konġunt, l-att leġiżlattiv propost jaqa' u l-proċedura tintemm. Jekk il-Kumitat ta' Konċiljazzjoni (2) japprova test konġunt, it-test jitressaq għat-tielet qari lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
  1. Jekk il-Kunsill ma japprovax l-emendi kollha tal-Parlament fit-tieni qari, jitlaqqa’ Kumitat tal-Konciljazzjoni
  2. Fil-qafas tal-Kumitat ta' Konciljazzjoni, iz-zewg kolegizlaturi – il-Parlament Ewropew u l-Kunsill – jinnegozjaw direttament bl-ghan li jilhqu ftehim fil-forma ta' test kongunt.
  3. Il-Kumitat ta' Konciljazzjoni ghandu jigi konvenut fi zmien sitt gimghat (jew tmienja, jekk ikun hemm qbil dwar estensjoni) mill-konkluzjonijiet tat-tieni qari tal-Kunsill u n-notifika ufficjali ta’ dan lill-Parlament li mhux se jaccetta l-emendi tal-Parlament fit-tieni qari.
  4. Kull proposta legizlattiva li tirrikjedi konciljazzjoni tigi diskussa separatament fi hdan Kumitat ta' Konciljazzjoni dedikat.
  5. Il-Kumitat ta' Konciljazzjoni jigi konvenut mill-President tal-Kunsill bil-qbil tal-President tal-Parlament. Il-Kumitat ta' Konciljazzjoni jitqies konvenut meta ssir l-ewwel laqgha tieghu.
  6. Mill-gurnata tal-ewwel laqgha, ghandu sitt gimghat (b'estensjoni massima possibli ta' gimaghtejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament jew tal-Kunsill u bi qbil komuni bejniethom) biex jinnegozja u japprova test kongunt.
  7. Qabel ma l-kumitat jibda ufficjalment il-hidma tieghu, it-trilogi preparatorji u l-laqghat teknici jsiru hekk kif ikun car li l-Kunsill mhux se jkun jista' jaccetta l-emendi tal-Parlament fit-tieni qari. Il-laqghat tal-Kumita ta' Konciljazzjoni jistghu jigu interrotti wkoll bin-negozjati tat-trilogu.
  8. Il-laqghat tat-trilogi u teknici jigbru flimkien timijiet zghar ta' negozjaturi mill-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni, li kull wiehed minnhom jirrapporta lid-Delegazzjoni tieghu fi hdan il-Kumitat ta' Konciljazzjoni.
  9. Fit-trilogi, il-Parlament huwa rrapprezentat mill-president tad-delegazzjoni tal-Kumitat ta' Konciljazzjoni, il-president tal-kumitat parlamentari responsabbli u r-rapporteur, bl-assistenza tal-membri tas-segretarjat ta' konciljazzjoni tal-Parlament, u jekk ikun necessarju, bl-assistenza ta' membru tas-servizzi legali.
  10. Il-Kunsill huwa rraprezentat mir-rapprezentant permanenti jew mid-deputat tieghu (il-president tal-Coreper II jew I rispettivament) tal-Istat Membru li jkollu l-Presidenza, bl-assistenza ta' membri mis-segretarjat tal-Kunsill, inkluz is-servizz legali tieghu.
  11. Il-Kummissjoni Ewropea hi rapprezentata mid-Direttur Generali tad-Dipartiment responsabbli ghad-dossier, assistit minn esperti, mis-servizz legali tieghu u mill-amministrazzjoni.
  12. Normalment, fit-trilogi teknici informali jkun hemm esperti u ufficjali pubblici mit-tliet istituzzjonijiet.
  13. In-negozjati waqt it-trilogu huma bbazati fuq "dokument ta' hidma b'erba' kolonni" li jesponi l-pozizzjonijiet tal-Parlament u l-Kunsill:
    1. (1) il-pozizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari
    2. (2) l-emendi tal-Parlament fit-tieni qari
    3. (3) il-pozizzjoni tal-Kunsill dwar l-emendi tal-Parlament (accettati, rifjutati jew, possibilment, test ta' kompromess)
    4. (4) il-pozizzjoni tad-delegazzjoni tal-Parlament dwar il-proposti tal-Kunsill.
  14. Waqt in-negozjati, iz-zewg delegazzjonijiet ifittxu li jilhqu kompromessi dwar l-emendi fejn hemm differenzi pendenti. Ghal dan il-ghan, jista' jintalab xoghol ta' abbozzar dettaljat addizzjonali mill-gruppi ta' hidma zghar jew fil-livell politiku jew f'dak tekniku.
  15. Ir-rizultati ta' kull trilogu jigu prezentati min-negozjaturi rispettivi ghall-kunsens tad-delegazzjonijiet tal-Parlament u l-Kunsill: fejn ikun hemm bzonn, jigu organizzati trilogi jew laqghat informali ulterjuri.
  16. Il-Kumitat ta' Konciljazzjoni nnifsu jikkonsisti minn zewg delegazzjonijiet indaqs: wahda mill-Parlament Ewropew u wahda mill-Kunsill.
    1. Id-delegazzjoni tal-Kunsill tkun tinkludi rapprezentant wiehed minn kull Stat Membru (il-ministri, jew aktar ta' spiss, ir-rapprezentanti tal-Coreper tal-Istati Membri). Id-delegazzjoni tal-Kunsill tkun preseduta mill-ministru li jippresiedi fuq il-Kunsill responsabbli ghad-dossier. Tagixxi b'maggoranza kwalifikata (hlief ghad-dossiers li fir-rigward taghhom it-Trattat jirrikjedi l-unanimità).
    2. Id-delegazzjoni tal-Parlament tinkludi ghadd indaqs ta' MPE – 28 – flimkien ma' 28 sostitut (li jistghu jivvotaw biss jekk membru tal-grupp politiku taghhom ikun assenti). Tliet vici presidenti tal-PE huma membri permanenti tal-Kumitat ta' Konciljazzjoni u juzaw sistema ta' rotazzjoni ghall-kopresidenza tieghu. L-25 MPE l-ohra fid-delegazzjoni jinhatru mill-grupp politici, bi proporzjon skont id-daqs ta' kull grupp fil-Parlament. Il-maggoranza normalment jinsiltu mill-kumitat parlamentari responsabbli ghad-dossier. Fil-bicca l-kbira tal-kazi, id-delegazzjoni tipprova tahdem b'kunsens. Fil-kaz ta' votazzjoni, id-decizjonijiet tad-delegazzjoni jittiehdu minn maggoranza tal-membri li jikkomponuha (i.e. attwalment 15-il vot). Hawn taht tista' ssib aktar informazzjoni dwar id-delegazzjoni tal-Parlament lill-Kumitat ta' Konciljazzjoni.
    3. Anke l-Kummissjoni, bi principju rapprezentata mill-Kummissarju responsabbli ghad-dossier, tiehu sehem fil-procedimenti tal-Kumitat ta' Konciljazzjoni bl-intenzjoni li tirrikoncilja l-pozizzjonijiet tal-Parlament u tal-Kunsill.
  17. Kif jigri waqt it-trilogi, l-istrument ta' hidma ewlieni jkun id-dokument ta' hidma b’erba' kolonni (ara l-punt 13), tradott bil-lingwi ufficjali kollha. Il-kumitat ikollu wkoll il-proposta tal-Kummissjoni u l-opinjoni taghha dwar l-emendi tal-Parlament fit-tieni qari.
  18. Il-Kumitat ta' Konciljazzjoni hu ppresedut b'mod kongunt minn vici president tal-Parlament u ministru tal-Istat Membru li jkollu l-Presidenza. Jiltaqa' b'mod alternanti fil-bini tal-Parlament u tal-Kunsill, principalment fi Brussell.
  19. Il-bicca l-kbira tal-laqghat tal-Kumitat ta' Konciljazzjoni jibdew bi trilogu fejn iz-zewg kolegizlaturi jiccaraw il-pozizzjonijiet taghhom, abbazi tal-mandati mill-istituzzjonijiet rispettivi taghhom. Il-Kummissjoni sservi ta' facilitatur.
  20. L-istituzzjoni li tospita l-ewwel laqgha tal-Kumitat ta' Konciljazzjoni tkun responsabbli ghall-editjar tat-test kongunt u l-ittra ta' trazmissjoni u, wara li l-att legizlattiv jigi adottat definittivament mill-Parlament u mill-Kunsill, ghall-iffirmar tal-att mill-Presidenti taz-zewg istituzzjonijiet u ghall-pubblikazzjoni tieghu f'Il-Gurnal Ufficjali tal-Unjoni Ewropea.
  21. Jekk id-delegazzjonijiet tal-Parlament u tal-Kunsill ma jirnexxilhomx jilħqu qbil fil-Kumitat ta' Konċiljazzjoni, il-proposta kollha tiddekadi. Proċedura ġdida tista' tiġi bbażata biss fuq proposta ġdida tal-Kummissjoni. Sa Jannar 2015, kien hemm biss erba' każi fejn il-Kumitat ta' Konċiljazzjoni ma rnexxilux jilħaq qbil rigward test konġunt (id-Direttiva dwar il-Hin tax-Xoghol u d-Direttiva dwar l-Ikel Gdid).
    https://www.europarl.europa.eu/oeil/popups/ficheprocedure.do?reference=2004/0209(COD)&l=en
    https://www.europarl.europa.eu/oeil/popups/ficheprocedure.do?lang=en&reference=2008/0002(COD)
  22. Jekk id-delegazzjonijiet tal-Parlament u tal-Kunsill jilhqu kompromess, il-Kumitat ta' Konciljazzjoni jrid japprova "test kongunt". Id-delegazzjoni tal-Kunsill tapprovah b'maggoranza kwalifikata (jew b'unanimità fil-kazi stipulati mit-Trattat), waqt li d-delegazzjoni tal-Parlament tivvota b'maggoranza semplici tal-membri taghha.
  23. Malli jintlahaq qbil dwar test kongunt fi hdan il-Kumitat ta' Konciljazzjoni (jew sussegwentement fi skambju ta' ittri bejn il-kopresidenti tal-Kumitat), is-Segretarjat Generali tal-istituzzjoni fejn tkun saret l-ewwel laqgha jhejji l-abbozz tat-test legizlattiv, bi principju bil-lingwa uzata waqt in-negozjati. Verzjoni provvizorja tittella' fuq is-sit tal-Parlament kemm jista' jkun malajr wara tmiem in-negozjati hawnhekk: https://www.europarl.europa.eu/code/default_en.htm.
  24. Wara li ssirlu revizjoni legali/lingwistika, id-dokument isir disponibbli bil-lingwi ufficjali kollha tal-UE.
  25. Il-kopresidenti tal-Kumitat ta' Konciljazzjoni jibaghtu t-test kongunt, flimkien ma' ittra ta' trazmissjoni, lill-President tal-Parlament u lill-President fil-kariga tal-Kunsill. Kwalunkwe dikjarazzjoni mill-istituzzjonijiet tigi mehmuza ma' din l-ittra. L-ittra tintbaghat ukoll, ghall-informazzjoni, lir-rapprezentant tal-Kummissjoni li jkun ha sehem fil-Kumitat ta' Konciljazzjoni.
  26. Il-qbil li jintlahaq fil-Kumitat ta' Konciljazzjoni jrid jigi kkonfermat ukoll kemm mill-Parlament shih, kif ukoll mill-Kunsill. Iz-zewg istituzzjonijiet jivvotaw separatament dwar it-test kongunt kif ikun, minghajr ebda possibilità li jergghu jemendawh.
Id-delegazzjoni tal-Parlament fil-Konciljazzjoni
  1. Fil-procedura ta' konciljazzjoni, il-PE jkun rapprezentat minn delegazzjoni li tinkludi numru ta' MPE ekwivalenti ghan-numru ta' membri tal-Kunsill. Id-delegazzjoni tinhatar separatament ghal kull procedura ta' konciljazzjoni. Dmirha hu li tirrapprezenta lill-Parlament shih fin-negozjati mal-Kunsill.
  2. Fil-bidu ta' kull legizlatura, jew jekk isehh tibdil importanti fil-kompozizzjoni politika globali tal-Parlament Ewropew waqt il-legizlatura, il-Konferenza tal-Presidenti tistabbilixxi l-kompozizzjoni politika tad-delegazzjonijiet lill-Kumitat ta' Konciljazzjoni skont is-sahha relattiva tal-gruppi politici.
  3. Abbażi tal-kompożizzjoni politika tal-Parlament wara l-elezzjonijiet ta' Mejju 2014, id-delegazzjonijiet tal-Parlament għall-Kumitat ta' Konċiljazzjoni jinkludu:
    • PPE: 9 membri
    • S&D: 8 Membri
    • ECR: 3 Membri
    • ALDE: 2 Membri
    • GUE/NGL: 2 Membri
    • Ħodor: 2 membri
    • EFDD: 2 membri
  4. It-tliet vici presidenti b'responsabilità specjali ghall-konciljazzjoni huma inkluzi f'kull delegazzjoni u fil-kwota ta' Membri minn kull grupp politiku. Kull delegazzjoni tkun presduta minn xi hadd minn dawn it-tlieta: jiddeciedu bejniethom min se jkun responsabbli ghal liema procedura ta' konciljazzjoni u ghaldaqstant min se jippresiedi liema delegazzjoni. Anke r-rapporteur(s) u l-president tal-kumitat parlamentari responsabbli huma membri ex officio tad-delegazzjoni, inkluzi fil-kwota tal-grupp politiku taghhom.
  5. Il-membri li jifdal tad-delegazzjoni jinhatru minn kull grupp politiku ghal procedura ta' konciljazzjoni specifika. Il-bicca l-kbira taghhom tkun mill-kumitat responsabbli jew mill-kumitati li jkunu taw l-opinjoni taghhom. Meta tkun tapplika l-procedura b'kumitati assocjati, id-delegazzjoni tal-Parlament trid tinkludi lir-rapporteur ta' kwalunkwe kumitat assocjat. Il-gruppi politici jridu jahtru wkoll numru ndaqs ta' membri sostituti, li jistghu jiehdu sehem attiv fil-procedimenti tad-delegazzjoni imma li jistghu jivvotaw biss jekk jissostitwixxu membru shih.

Organizzazzjoni tad-delegazzjoni

  1. Id-delegazzjoni tal-Parlament torganizza laqgha kostituttiva biex taghti mandat lit-tim negozjatur - normalment il-vici president li jkun qed jippresiedi d-delegazzjoni, il-president tal-kumitat responsabbli u r-rapporteur(s) – sabiex ikunu jistghu jinbdew il-laqghat tat-trilogu.
  2. Il-Kummissjoni tkun prezenti ghal din il-laqgha u ghal-laqghat sussegwenti kollha tad-delegazzjoni tal-Parlament. Ir-rapprezentanti taghha huma mistennija jipprezentaw u jispjegaw l-opinjoni tal-Kummissjoni dwar l-emendi tal-Parlament fit-tieni qari u, possibilment, anke jipprovdu informazzjoni dwar zviluppi li jkunu qed isehhu fil-Kunsill u li jkunu jafu dwarhom.
  3. Il-membri tad-delegazzjoni jissorveljaw il-progress tal-procedura ta' konciljazzjoni fuq bazi kontinwa f'laqghat successivi.
  4. L-ghan ewlieni tal-laqghat tad-delegazzjoni jkun l-aggornar tal-mandat tat-tim negozjatur u d-diskussjoni dwar kwalunkwe test ta' kompromess. Jinghata qbil dwar certi emendi jew proposti ta' kompromess, suggett ghall-qbil globali. Jekk jibqa' mistoqsijiet pendenti, id-delegazzjoni taghti istruzzjonijiet lit-tim negozjatur dwar kif ghandu jkompli n-negozjati mal-Kunsill. Id-delegazzjoni tal-Parlament tikkunsidra wkoll kwistjonijiet procedurali bhal, perezempju, jekk ghandhiex tigi organizzata laqgha ohra tat-trilogu jew jekk jistax jitlaqqa' l-Kumitat ta' Konciljazzjoni u, jekk iva, meta.
  5. Fi tmiem il-procedura, id-delegazzjoni tapprova jew tichad formalment il-qbil li jintlahaq fil-konciljazzjoni. Id-delegazzjoni tipprova tagixxi b'kunsens. Madankollu, jekk ikun hemm bzonn votazzjoni, l-approvazzjoni tirrikjedi l-appogg ta' maggoranza assoluta mill-membri (tal-inqas 15 mis-28 possibbli).
  6. Id-delegazzjoni tkun assistita minn servizz dedikat tal-amministrazzjoni tal-Parlament, is-Segretarjat tal-Konciljazzjoni u l-Kodecizjoni, u mis-servizzi specjalizzati: ez. is-servizzi legali, il-guristi lingwisti u s-servizz tal-istampa.
Return to homepage     

#7It-tielet qari fil-Parlament Ewropew u fil-Kunsill 

Test sħiħ 
It-test konġunt jintbagħat fl-istess ħin lill-Parlament u lill-Kunsill għall-approvazzjoni. M'hemm l-ebda ordni speċifika li biha l-koleġiżlaturi jridu jiddeċiedu. Għandhom sitt ġimgħat (jew tmien ġimgħat jekk iż-żewġ naħat jaqblu hekk) biex jiddeċiedu u ma jistgħux jimmodifikaw it-test. Fil-Parlament, qabel il-votazzjoni dwar it-test konġunt isir dibattitu fil-plenarja. Jekk il-Parlament u l-Kunsill japprovaw it-test konġunt, il-proposta leġiżlattiva tiġi adottata. Jekk wieħed minnhom jew it-tnejn li huma jirrifjutawh, jew ma jweġbux fil-ħin, il-leġiżlazzjoni taqa' u l-proċedura tintemm. Tista' terġa' tinbeda mill-ġdid biss bi proposta ġdida mill-Kummissjoni.
  1. Matul il-perjodu ta' sitt gimghat (li possibilment jista' jittawwal ghal tmien gimghat), il-membri tad-delegazzjoni tal-Parlament Ewropew jircievu t-test kongunt finali bil-lingwi rispettivi taghhom, flimkien ma' rapport li jispjega id-diversi stadji u rizultati tal-procedura ta' konciljazzjoni, inkluz ir-rekord tal-votazzjoni mid-delegazzjoni fil-konkluzjoni tal-procedura ta' konciljazzjoni. It-test kongunt finali, ir-rapport imfassal mir-rapporteur u l-president tad-delegazzjoni, l-ittra ta' trazmissjoni u kwalunkwe dikjarazzjoni istituzzjonali jintbaghtu lis-servizzi tal-plenarja tal-Parlament. F'dan il-punt, il-verzjonijiet lingwistici differenti tal-qbil jigu ppubblikati fuq is-sit tal-Parlament.
  2. Qabel il-votazzjoni dwar it-test kongunt, isir dibattitu fil-plenarja dwar l-ezitu tan-negozjati u l-qbil li jkun intlahaq (jew ma ntlahaqx) mal-Kunsill. Normalment id-dibattitu jibda bid-dikjarazzjonijiet tal-vici president li jkun ippresieda d-delegazzjoni u tar-rapporteur. Il-plenarja mbaghat tivvota dwar it-test kongunt. L-approvazzjoni ssir b'maggoranza semplici tal-voti mitfugha; inkella t-test kongunt jigi rrifjutat.

Il-Parlament

  1. Matul il-perjodu ta' sitt gimghat (li possibilment jista' jittawwal ghal tmien gimghat), il-membri tad-delegazzjoni tal-Parlament Ewropew jircievu t-test kongunt finali bil-lingwi rispettivi taghhom, flimkien ma' rapport li jispjega id-diversi stadji u rizultati tal-procedura ta' konciljazzjoni, inkluz ir-rekord tal-votazzjoni mid-delegazzjoni fil-konkluzjoni tal-procedura ta' konciljazzjoni. It-test kongunt finali, ir-rapport imfassal mir-rapporteur u l-president tad-delegazzjoni, l-ittra ta' trazmissjoni u kwalunkwe dikjarazzjoni istituzzjonali jintbaghtu lis-servizzi tal-plenarja tal-Parlament. F'dan il-punt, il-verzjonijiet lingwistici differenti tal-qbil jigu ppubblikati fuq is-sit tal-Parlament.
  2. Qabel il-votazzjoni dwar it-test kongunt, isir dibattitu fil-plenarja dwar l-ezitu tan-negozjati u l-qbil li jkun intlahaq (jew ma ntlahaqx) mal-Kunsill. Normalment id-dibattitu jibda bid-dikjarazzjonijiet tal-vici president li jkun ippresieda d-delegazzjoni u tar-rapporteur. Il-plenarja mbaghat tivvota dwar it-test kongunt. L-approvazzjoni ssir b'maggoranza semplici tal-voti mitfugha; inkella t-test kongunt jigi rrifjutat.

Il-Kunsill

  1. It-test kongunt irid jigi approvat ukoll mill-Kunsill, li generalment jippreferi jivvota wara t-tielet qari tal-Parlament. Il-Kunsill jiddeciedi b'maggoranza kwalifikata.
  2. Fil-prattika, l-approvazzjoni tat-test kongunt mill-Kunsill ma tohloqx problemi, peress li d-delegazzjoni tal-Kunsill fil-Kumitat ta' Konciljazzjoni tkun tikkonsisti minn rapprezentant wiehed ghal kull Stat Membru. S'issa, il-Kunsill qatt ma cahad qbil milhuq waqt il-konciljazzjoni.
  3. Jekk istituzzjoni minnhom ma tapprovax it-test kongunt, il-procedura legizlattiva tasal fi tmiemha: ma tistax terga' tinbeda sakemm il-Kummissjoni ma tohrogx proposta gdida.
  4. Jekk it-test jigi adottat kemm mill-Parlament u kemm mill-Kunsill, jitressaq biex jigi ffirmat mill-Presidenti u s-Segretarji Generali tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u wara dan jigi ppubblikat f’Il-Gurnal Ufficjali tal-Unjoni Ewropea.
 
Go back to infography      
Dan l-artiklu fil-formatpdf 

Trattat 

Trattat DWAR IL-Funzjonament TAL-Unjoni Ewropea (verżjoni konsolidata) : Artikolu 294 (ex Artikol 251 TKE)

  1. Meta fit-Trattati ikun hemm referenza għall-proċedura leġislattiva ordinarja għall-adozzjoni ta’ att, il-proċedura li ġejja għandha tapplika.
  2. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

L-ewwel qari

  1. Il-Parlament Ewropew għandu jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari u jikkomunikaha lill- Kunsill.
  2. Jekk il-Kunsill japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, l-att in kwistjoni għandu jiġi adottat bil-formulazzjoni li tikkorrispondi mal-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew.
  3. Jekk il-Kunsill ma japprovax il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, għandu jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari u jikkomunikaha lill-Parlament Ewropew.
  4. Il-Kunsill għandu jinforma lill-Parlament Ewropew kompletament bir-raġunijiet li wassluh sabiex jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew kompletament bil-pożizzjoni tagħha.

It-tieni qari

  1. Jekk, fi żmien tliet xhur minn din il-komunikazzjoni, il-Parlament Ewropew:
    1. japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari jew ma jkunx ħa deċiżjoni, l-att konċernat għandu jiġi kkunsidrat adottat bil-formulazzjoni li tikkorrispondi mal-pożizzjoni tal-Kunsill;
    2. jirrifjuta, b'maġġoranza tal-membri komponenti tiegħu, il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari, l-att propost għandu jitqies li ma ġiex adottat;
    3. jipproponi, b'maġġoranza tal-membri komponenti tiegħu, emendi għall-pożizzjoni tal-Kunsill fl- ewwel qari, t-test hekk emendat għandu jintbagħat lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, li għandha tagħti opinjoni dwar dawk l-emendi.
  2. Jekk, fi żmien tliet xhur minn meta jirċievi l-emendi tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill, li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata:
    1. japprova dawk l-emendi kollha, l-att in kwistjoni għandu jitqies li ġie adottat;
    2. ma japprovax l-emendi kollha, il-President tal-Kunsill, bi ftehim mal-President tal-Parlament Ewropew, għandu jsejjaħ laqgħa tal-Kumitat ta' Konċiljazzjoni fi żmien sitt ġimgħat.
  3. Il-Kunsill għandu jaġixxi b'mod unanimu fuq l-emendi li fuqhom il-Kummissjoni tkun tat opinjoni negattiva.

Konċiljazzjoni

  1. Il-Kumitat ta' Konċiljazzjoni, li għandu jkun kompost mill-membri tal-Kunsill jew ir-rappreżentanti tagħhom, u numru ugwali ta' membri li jirrappreżentaw il-Parlament Ewropew, għandu l-kompitu li jilħaq ftehim dwar test komuni, b'maġgoranza kwalifikata tal-membri tal-Kunsill jew ir- rappreżentanti tagħhom u b'maġġoranza tal-membri li jirrappreżentaw il-Parlament Ewropew fi żmien sitt ġimgħat minn meta jissejjaħ, abbażi tal-pożizzjonijiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fit-tieni qari.
  2. Il-Kummissjoni għandha tipparteċipa fix-xogħol tal-Kumitat ta' Konċiljazzjoni u għandha tieħu l-inizjattivi kollha meħtieġa bil-ħsieb li tirrikonċilja l-pożizzjonijiet tal-Parlament Ewropew u tal- Kunsill.
  3. Jekk, fi żmien sitt ġimgħat minn meta jissejjaħ, il-Kumitat ta' Konċiljazzjoni ma japprovax it- test konġunt, l-att propost għandu jitqies li ma jkunx ġie adottat.

It-tielet qari

  1. Jekk, f'dak il-perijodu, il-Kumitat ta' Konċiljazzjoni japprova test konġunt, il-Parlament Ewropew, li jaġixxi b'maġgoranza tal-voti espressi, u l-Kunsill, li jaġixxi b'maġgoranza kwalifikata, għandhom kull wieħed ikollhom perijodu ta' sitt ġimgħat minn din l-approvazzjoni sabiex fih jadottaw l- att in kwistjoni skond dan it-test. Jekk jonqsu li jagħmlu dan, l-att propost għandu jitqies li ma jkunx ġie adottat.
  2. Il-perijodi ta' tliet xhur u sitt gimgħat previsti f'dan l-Artikolu għandhom ikunu mtawwla b'massimu ta' xahar u ġimgħatejn rispettivament fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal- Kunsill.

Dispożizzjonijiet speċjali

  1. Meta, fil-każijiet previsti mit-Trattati, att leġislattiv ikun suġġett għall-proċedura leġislattiva ordinarja fuq l-inizjattiva ta' grupp ta' Stati Membri, fuq rakkomandazzjoni mill-Bank Ċentrali Ewropew, jew fuq it-talba tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-paragrafu 2, it-tieni sentenza tal-paragrafu 6, u l- paragrafu 9 m'għandhomx japplikaw.

F'dawn il-każijiet, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jikkomunikaw l-abbozz ta' l-att propost lill-Kummissjoni flimkien mal-pożizzjonijiet tagħhom fl-ewwel u fit-tieni qari. Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu jitolbu l-opinjoni tal-Kummissjoni tul il-proċedura kollha, liema opinjoni tista' tingħata wkoll mill-Kummissjoni fuq l-inizjattiva tagħha stess. Din tista' wkoll, jekk tqis meħtieġ, tipparteċipa fil-Kumitat ta' Konċiljazzjoni skond il-paragrafu 11.


EN C 326/174 Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea 26.10.2012

 
Dan l-artiklu fil-formatpdf  Oqsma li fihom tapplika l-proċedura leġiżlattiva ordinarja (PDF) Gwida għall-proċedura leġislattiva ordinarja, Kunsill, 2010  

Glossarju 

Bank Ċentrali Ewropew 

Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) jiġġestixxi l-munita unika tal-UE – l-euro – u jipprova jiggarantixxi l-istabilità tal-prezzijiet fl-UE. Huwa responsabbli mit-tiswir u mill-implimentazzjoni tal-politika ekonomika u monetarja tal-UE. Dan huwa wieħed mis-seba' istituzzjonijiet tal-UE.

Bank Ewropew tal-Investiment 

Il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) isostni l-proġetti fl-Istati Membri tal-UE u jinvesti fil-pajjiżi membri futuri u fil-pajjiżi sħab. Jissellef il-flus mis-swieq tal-kapital pjuttost milli jisfrutta l-baġit tal-UE u jisilfu b'kundizzjonijiet favorevoli għal proġetti konformi mal-objettivi tal-politiki tal-UE. Huwa ta' proprjetà tas-28 Stat Membru tal-UE.

COREPER 

Il-COREPER huwa kumitat tal-Kunsill magħmul mir-rappreżentanti permanenti tal-Istati Membri, li jħejji x-xogħlijiet tal-Kunsill. Il-COREPER I jinkludi l-viċi ambaxxaturi u fil-COREPER II jiltaqgħu l-ambaxxaturi.

Deċiżjoni 

Id-"deċiżjoni" torbot lid-destinatarji tagħha (eż. Stat Membru tal-UE jew kumpanija individwali) u tapplika direttament.

Dikjarazzjoni bil-miktub 

Dikjarazzjoni bil-miktub hija test ta' massimu ta' 200 kelma dwar tema li tidħol fl-isfera ta' attivitajiet tal-Unjoni Ewropea, imressqa minn massimu ta' ħames Membri Parlamentari. Jekk tiġi ffirmata mill-maġġoranza tal-Membri Parlamentari, din tintbagħat lill-istituzzjoni li lilha tkun indirizzata. Il-Membri Parlamentari jistgħu jużaw id-dikjarazzjonijiet bil-miktub biex iniedu jew jerġgħu jniedu dibattitu dwar tema li tidħol fl-ambitu ta' kompetenza tal-UE.

Direttiva 

Id-"direttiva" hija att leġiżlattiv li tistabbilixxi objettiv li għandu jintlaħaq mill-Istati Membri kollha tal-UE, iżda tħalli l-metodu għad-diskrezzjoni tal-Istati Membri.

Dritt ta' inizjattiva 

Id-dritt ta' inizjattiva tal-Kummissjoni jagħti s-setgħa lil din l-istituzzjoni biex tifformula proposti, minħabba li t-Trattati jipprevedu dan espliċitament jew minħabba li l-Kummissjoni tqis li dan huwa neċessarju. Il-Kunsill u l-Parlament Ewropew jistgħu jitolbu wkoll lill-Kummisssjoni tressaq proposti.

Dritt tal-Unjoni Ewropea 

Id-dritt tal-Unjoni Ewropea jinqasam f'leġiżlazzjoni 'primarja' u 'sekondarja'. It-trattati (leġiżlazzjoni primarja) huma l-bażi tal-azzjonijiet kollha tal-UE. Il-leġiżlazzjoni sekondarja – li tinkludi r-regolamenti, id-direttivi u d-deċiżjonijiet – tissejjes fuq il-prinċipji u l-objettivi stabbiliti fit-trattati.

Ġurnal Uffiċjali 

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (ĠU) fih il-leġiżlazzjoni, l-informazzjoni u l-avviżi u l-attività leġiżlattiva preliminari tal-UE. Huwa ppubblikat kull jum ta' xogħol bil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE. L-atti ġuridiċi ppubblikati fil-ĠU biss huma vinkolanti.

Green Paper 

Il-Green Papers huma ppubblikati mill-Kummissjoni Ewropea bil-għan li jistimolaw id-diskussjoni mal-partijiet interessati f'livell Ewropew. Jistgħu jwasslu għal proposti għal azzjonijiet tal-UE, definiti fil-White Papers.

Grupp għar-relazzjonijiet interistituzzjonali 

Dan huwa korp tal-Kummissjoni inkarigat mill-koordinament tar-relazzjonijiet politiċi, leġiżlattivi u amministrattivi mal-istituzzjonijiet l-oħrajn, partikolarment il-Parlament Ewropew u l-Kunsill. Ilaqqa' lil membri mill-kabinetti kollha tal-Kummissarji bil-kompitu ta' monitoraġġ tal-affarijiet interistituzzjonali.

Grupp politiku 

Il-Membri Parlamentari huma organizzati mhux skont in-nazzjonalità, iżda skont l-affiljazzjoni politika. Attwalment jeżistu 8 gruppi politiċi fi ħdan il-Parlament Ewropew. Il-Membri jistgħu jkunu parti minn grupp politiku wieħed biss. Uħud mill-Membri Parlamentari mhuma parti mill-ebda grupp politiku u huma magħrufin bħala membri mhux affiljati.

Inizjattiva taċ-ċittadini 

L-inizjattiva taċ-ċittadini tħalli lil miljun ċittadin minn almenu kwart tal-Istati Membri tal-UE jitolbu lill-Kummissjoni Ewropea tressaq proposti għal liġijiet ġodda fl-oqsma li fihom hi kompetenti.

Karta oranġjo 

Meta l-Kummissjoni tippreżenta proposta leġiżlattiva ġdida, din tal-aħħar tintbagħat lill-parlamenti nazzjonali. Jekk il-maġġoranza ta' dawn l-entitajiet tqis li l-abbozz ta' att leġiżlattiv mhuwiex konformi mal-prinċipju ta' sussidjarjetà, il-Kummissjoni għandha terġa' teżamina l-proposta. Jekk iżżomm il-proposta, għandha tiġġustifika l-pożizzjoni tagħha permezz ta' opinjoni motivata. Jekk il-Kunsill u l-Parlament jivvotaw kontra l-proposta fl-ewwel qari, din tiġi abbandunata.

Karta safra 

Meta l-Kummissjoni tippreżenta proposta leġiżlattiva ġdida, din tintbagħat lill-parlamenti nazzjonali. Jekk terz minnhom iqisu li l-abbozz ta' liġi mhuwiex konformi mal-prinċipju ta' sussidjarjetà, il-Kummissjoni għandha tirrieżamina l-proposta u tiddeċiedi jekk għandhiex iżommha, temendaha jew tirtiraha u tiġġustifika d-deċiżjoni tagħha.

Kodeċiżjoni 

Terminu użat preċedentement għal dik li llum hija l-proċedura leġiżlattiva ordinarja. Għadu jintuża ħafna informalment.

Konċiljazzjoni 

Il-konċiljazzjoni hija t-tielet jew l-aħħar fażi tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja. Din issir meta l-Parlament u l-Kunsill ma jirnexxilhomx jilħqu qbil dwar proposta leġiżlattiva matul l-ewwel u t-tieni qari. Id-delegazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Parlament jipprovaw isibu kompromess aċċettabbli għat-tnejn li huma.

Konferenza tal-Presidenti 

Il-Konferenza tal-Presidenti torganizza l-ħidma tal-Parlament u l-ippjanar leġiżlattiv, tiddeċiedi dwar ir-responsabilitajiet u l-kompożizzjoni tal-kumitati u tad-delegazzjonijiet u hija responsabbli mir-relazzjonijiet mal-istituzzjonijiet l-oħra tal-UE, mal-parlamenti nazzjonali u mal-pajjiżi li mhumiex fl-UE. Tinkludi l-President tal-PE u l-Presidenti tal-gruppi politiċi.

Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati 

Il-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati tal-Parlament tikkonsisti mill-Presidenti tal-kumitati permamenti u temporanji kollha. Il-kompitu tagħha huwa dak li ttejjeb il-kooperazzjoni bejn il-kumitati tal-PE.

Konsultazzjoni pubblika 

Fil-konsultazzjonijiet pubbliċi l-Kummissjoni Ewropea titlob lid-diversi partijiet interessati – bħal awtoritajiet pubbliċi, awtoritajiet tal-Istati Membri, impriżi, organizzazzjonijiet (privati), assoċjazzjonijiet tal-industrija, ċittadini – jippreżentaw fehmiethom dwar il-leġiżlazzjoni ppjanata. Il-konsultazzjoni spiss tieħu l-forma ta' kwestjonarju b'mistoqsijiet bi tweġibiet liberi u b'għażliet predefiniti.

Kulleġġ tal-Kummissarji 

Il-Kulleġġ huwa magħmul minn 28 Kummissarju Ewropew.

Kumitat assoċjat 

Jekk kwistjoni li trid tkun diskussa mill-Parlament tidħol fl-ambitu ta' kompetenza b'mod kważi ndaqs ta' żewġ kumitati jew aktar, jew partijiet tal-kwistjoni jidħlu fl-ambitu ta' kompetenza ta' żewġ kumitati jew aktar, kumitat wieħed jiġi ddikjarat il-kumitat responsabbli mis-suġġett u l-ieħor/l-oħrajn il-kumitat(i) assoċjat(i). Il-kumitat responsabbli mis-suġġett u dak jew dawk assoċjati jaħdmu skont kalendarju maqbul konġuntament, u r-rapporteurs jinformaw lil xulxin u jipprovaw jaqblu fuq it-testi li jiġu proposti lill-kumitati u dwar il-pożizzjonijiet tagħhom fir-rigward tal-emendi. Huma jaqsmu l-oqsma ta' kompetenza.

Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew 

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew huwa korp konsultattiv tal-UE magħmul minn 353 membru li jirrappreżentaw is-soċjetà ċivili, min iħaddem u l-ħaddiema. Jeħtieġ ikun ikkonsultat matul il-proċess ta' teħid tad-deċiżjonijiet tal-UE dwar l-politika ekonomika u soċjali.

Kumitat ta' Konċiljazzjoni 

Il-Kumitat ta' Konċiljazzjoni jiltaqa' matul il-fażi ta' konċiljazzjoni tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja. Huwa magħmul mill-istess numru ta' rappreżentanti tal-Istati Membri u ta' Membri Parlamentari (attwalment 28/28). Il-Kumitat huwa responsabbli mit-tfassil ta' test konġunt, li jitressaq lill-Kunsill u lill-Parlament għall-approvazzjoni fit-tielet qari.

Kumitat tal-Parlament Ewropew 

L-20 kumitat permanenti tal-Parlament Ewropew ifasslu, jemendaw u jadottaw il-proposti leġiżlattivi, li mbagħad jiġu vvotati mill-PE kollu waqt is-sessjonijiet plenarji. Il-kompożizzjoni politika tal-kumitati tirrifletti dik tal-Parlament. Il-PE jista' joħloq sottokumitati, kumitati temporanji speċjali u kumitati formali ta' inkjesta.

Kumitat tar-Reġjuni 

Il-Kumitat tar-Reġjuni huwa korp konsultattiv tal-Unjoni Ewropea, magħmul minn 353 membru li jirrappreżentaw l-awtoritajiet lokali u reġjonali. Jeħtieġ ikun kkonsultat matul il-proċess ta' teħid tad-deċiżjonijiet tal-UE fl-oqsma li ġejjin: koeżjoni ekonomika u soċjali, netwerks trans-Ewropej tal-infrastruttura, saħħa, edukazzjoni u kultura, politika tal-impjiegi, politika soċjali, ambjent, taħriġ vokazzjonali u trasport.

Kummissarju 

Il-Kummissjoni Ewropea hija magħmula minn Kummissarji, kull wieħed minnhom huwa assenjat ir-responsabilità għal qasam politiku speċifiku mill-President tal-Kummissjoni. Attwalment il-Kummissarji huma 28: wieħed għal kull Stat Membru.

Kummissjoni Ewropea 

Il-Kummissjoni Ewropea (KE) hija l-fergħa eżekuttiva tal-UE u tirrappreżenta l-interessi tal-UE fit-totalità tagħha. Tipproponi leġiżlazzjoni ġdida tal-UE u tiggarantixxi l-applikazzjoni korretta tagħha. Din hija waħda mis-seba' istituzzjonijiet tal-UE.

Kunsill Ewropew 

Il-Kunsill Ewropew ilaqqa' l-Kapijiet ta' Stat jew ta' Gvern tal-Istati Membri tal-UE. Jadotta deċiżjonijiet dwar il-prijoritajiet politiċi ġenerali u l-inizjattivi importanti. Ma jeżerċitax il-poter leġiżlattiv. Dan huwa wieħed mis-seba' istituzzjonijiet tal-UE.

Kunsill tal-Unjoni Ewropea 

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, ġeneralment magħruf bħala l-Kunsill (preċedentement il-Kunsill tal-Ministri), jirrappreżenta lill-gvernijiet tal-Istati Membri tal-UE. Flimkien mal-Parlament Ewropew, il-Kunsill jadotta l-leġiżlazzjoni proposta mill-Kummissjoni Ewropea. Dan huwa wieħed mis-seba' istituzzjonijiet tal-UE.

Laqgħat konġunti tal-kumitati 

Jekk kwistjoni rriferita lill-Parlament ma tistax tkun assenjata lil kumitat responsabbli minħabba li tidħol b'mod ċar fl-ambitu ta' kompetenza ta' diversi kumitati, ir-rapporteurs rispettivi jfasslu abbozz ta' rapport uniku, li fuqu jivvotaw konġuntament il-kumitati kkonċernati, taħt il-presidenza konġunta tal-Presidenti tal-kumitati.

Lingwa uffiċjali 

Il-lingwi uffiċjali tal-UE huma 24: Bulgaru, Ċek, Daniż, Estonjan, Finlandiż, Franċiż, Ġermaniż, Grieg, Ingliż, Irlandiż, Kroat, Latvjan, Litwan, Malti, Olandiż, Pollakk, Portugiż, Rumen, Slovakk, Sloven, Spanjol, Svediż, Taljan u Ungeriż. Il-leġiżlazzjoni kollha tal-UE hija ppubblikata bil-lingwi uffiċjali kollha.

Maġġoranza assoluta (fil-Parlament Ewropew) 

Il-maġġoranza assoluta hija l-maġġoranza tal-Membri kollha tal-Parlament Ewropew (inklużi dawk assenti jew mhux votanti). Fil-konfigurazzjoni attwali tiegħu b'751 Membru, il-limitu minimu għall-maġġoranza assoluta huwa 376 vot.

Maġġoranza kwalifikata fil-Kunsill 

Maġġoranza kwalifikata fil-Kunsill hija ekwivalenti għal 55% tal-membri tal-Kunsill (stati membri), magħmula minn minimu ta' 16 –il pajjiż li jirrappreżentaw tal-anqas 65% tal-popolazzjoni tal-UE. Ftehim bejn tal-anqas erba` stati membri huwa meħtieġ biex tkun imblukkata deċizjoni tal-Kunsil.

Maġġoranza sempliċi (fil-Parlament Ewropew) 

Proposta adottata b'maġġoranza sempliċi hija approvata jekk in-numru tal-voti favorevoli huwa ogħla min-numru tal-voti kontra.

Membru tal-Parlament Ewropew 

Il-Membri tal-Parlament Ewropew huma eletti direttament għal perjodu ta' ħames snin. Is-751 Membru Parlamentari jirrappreżentaw iċ-ċittadini tal-UE.

Mistoqsijiet parlamentari 

Il-mistoqsijiet parlamentari huma indirizzati mill-Membri Parlamentari lill-istituzzjonijiet u lill-korpi l-oħrajn tal-UE. Id-destinatarju jeħtieġ li jagħti tweġiba f'terminu stabbilit. Il-mistoqsijiet parlamentari jikkostitwixxu strument dirett ta' kontroll parlamentari fil-konfront tal-istituzzjonijiet u tal-korpi l-oħrajn tal-UE.

Opinjoni (ta' kumitat) 

Il-kumitat parlamentari inkarigat minn kwistjoni jista' jitlob l-opinjoni tal-kumitati l-oħra. Il-President u r-rapporteur tal-kumitat li jesprimi opinjoni spiss huma mistiedna jipparteċipaw fil-laqgħat tal-kumitat responsabbli. L-opinjoni spiss tieħu l-forma ta' rapport bil-miktub.

Parlament Ewropew 

Magħmul minn 751 Membru Parlamentari eletti direttament mis-28 Stat Membru, il-Parlament Ewropew (PE) jirrappreżenta ċ-ċittadini tal-UE. Jaġixxi bħala koleġiżlatur mal-Kunsill fi kważi t-totalità tas-setturi tad-dritt tal-UE u għandu l-fakultà jitlob rendikont mill-istituzzjonijiet tal-UE dwar l-operat tagħhom. Dan huwa wieħed mis-seba' istituzzjonijiet tal-UE.

Petizzjonjiet lill-Parlament Ewropew 

Kwalunkwe ċittadin tal-Unjoni Ewropea jew residenti fit-territorju tagħha kif ukoll kwalunkwe kumpanija, organizzazzjoni jew assoċjazzjoni bis-sede uffiċjali tagħha fl-UE, jistgħu jressqu petizzjoni lill-Parlament dwar kwalunkwe suġġett li jidħol fl-ambitu ta' kompetenza tal-UE u li jolqothom direttament. Dawn il-petizzjonijiet jagħtu lill-Parlament Ewropew l-opportunità li jiġbed l-attenzjoni lejn kwalunkwe ksur tad-drittijiet ta' ċittadini Ewropej min-naħa ta' Stat Membru, ta' awtorità lokali jew ta' istituzzjoni oħra.

Plenarja 

Is-sessjonijiet plenarji tal-Parlament isiru tnax-il darba fis-sena fi Strasburgu, u s-sessjonijiet plenarji l-qosra jsiru fi Brussell. Il-plenarja tlaqqa' s-751 Membru Parlamentari kollha bil-għan li jiddiskutu u jivvotaw dwar il-leġiżlazzjoni tal-UE kif ukoll jadottaw pożizzjoni dwar kwistjonijiet politiċi.

President tal-Parlament Ewropew 

Il-President tal-Parlament Ewropew jippresjedi s-sessjonijiet plenarji, il-Konferenza tal-Presidenti u l-Bureau (magħmul mill-viċi presidenti tal-PE). Jirrappreżenta l-Parlament fi ħdan l-UE u fuq livell internazzjonali.

Presidenza tal-Kunsill 

Il-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea tgħaddi kull sitt xhur minn Stat Membru għall-ieħor b'sistema ta' rotazzjoni. Jeżistu għaxar konfigurazzjonijiet tal-Kunsill, kull waħda minnhom hija ppreseduta mill-ministru kompetenti tal-Istat Membru fil-Presidenza, barra mill-Kunsill "Affarijiet Barranin" li hu ppresedut permanentement mir-Rappreżentant Għoli għall-politika barranija u ta' sigurtà.

Proċedura leġiżlattiva ordinarja 

Skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (dik li kienet l-kodeċiżjoni), il-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jiddeċiedu konġuntament dwar il-proposti tal-Kummissjoni rigward firxa wiesgħa ta' setturi (pereżempju l-governanza ekonomika, l-immigrazzjoni, l-enerġija, it-trasport, l-ambjent u l-ħarsien tal-konsumaturi). Il-parti l-kbira tad-dritt tal-UE llum hija adottata b'dan il-mod.

Proporzjonalità 

Skont il-prinċipju ta' proporzjonalità, l-involviment tal-istituzzjonijiet tal-UE jrid ikun limitat għal dak li huwa meħtieġ biex jinkisbu l-objettivi tat-Trattati.

Proposta modifikata (proposta tal-Kummissjoni wara l-ewwel qari tal-PE) 

Bejn l-ewwel qari fil-Parlament u l-ewwel qari fil-Kunsill, il-Kummissjoni tista' timmodifika l-proposta tagħha biex tinkorpora l-emendi tal-Parlament li, fil-fehma tagħha, itejbu l-proposta inizjali u/jew probabbilment jiffaċilitaw qbil bejn il-Parlament u l-Kunsill.

Punt A 

L-aġendi tal-Kunsill huma maqsumin f'punti A u punti B. Il-punti A huma dawk li għalihom intlaħaq qbil u li jistgħu jkunu adottati mingħajr dibattitu. Dan ma jeskludix li membru tal-Kunsill jew tal-Kummissjoni jesprimi opinjoni ladarba l-punt ikun sottopost għal votazzjoni.

Punt B 

L-aġendi tal-Kunsill huma maqsumin f'punti A u punti B. Il-punti B huma dawk li għalihom ma ntlaħaqx qbil u li jsir dibattitu dwarhom. Spiss dawn jirrigwardaw kwistjonijiet politikament delikati.

Qorti Ewropea tal-Awdituri 

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri hija inkarigata mill-awditjar tal-finanzi tal-UE. Ir-rwol tagħha jikkonsisti fit-titjib tal-ġestjoni finanzjarja tal-UE u fil-preżentazzjoni ta' rapporti dwar l-użu tal-fondi pubbliċi. Din hija waħda mis-seba' istituzzjonijiet tal-UE.

Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea 

Il-Qorti tal-Ġustizzja (QtĠ) tinterpreta d-dritt tal-Unjoni Ewropea u taċċerta li dan huwa applikat uniformement fl-Istati Membri kollha. Barra minn hekk tirriżolvi t-tilwim legali bejn il-gvernijiet tal-UE, l-individwi, il-kumpaniji jew l-organizzazzjonijiet u l-istituzzjonijiet tal-UE. Din hija waħda mis-seba' istituzzjonijiet tal-UE.

Rapport 

Meta proposta tal-Kummissjoni tintbagħat għand kumitat parlamentari, dan tal-aħħar jaħtar rapporteur biex iħejji rapport, li normalment jikkonsisti f'sensiela ta' emendi għall-proposta, ġustifikazzjonijiet qosra u nota ta' spjegazzjoni, inkluża dikjarazzjoni finanzjarja li tivvaluta l-impatt finanzjarju tal-proposta u l-kompatibilità tagħha mal-baġit fit-tul.

Rapport fuq inizjattiva proprja 

Barra mir-rapporti leġiżlattivi, il-kumitati parlamentari jistgħu joħorġu "rapporti fuq inizjattiva proprja" dwar kwistjonijiet li jidħlu fl-ambitu ta' kompetenza tagħhom. Dawn ir-rapporti jistgħu jikkostitwixxu strument ta' sensibilizzazzjoni dwar kwistjoni partikolari.

Rapporteur 

Il-Membru Parlamentari, maħtur mill-kumitat parlamentari responsabbli għall-eżami tal-proposta leġiżlattiva, li se jmexxi l-proposta fi ħdan il-proċeduri tal-PE u se jħejji rapport dwarha.

Regolament 

Ir-"regolament" huwa forma li tapplika direttament tad-dritt tal-UE, b'effikaċja ġuridika vinkolanti fl-Istati Membri kollha. Mhi neċessarja l-ebda azzjoni min-naħa tal-gvernijiet nazzjonali biex jimplimentaw ir-regolamenti tal-UE.

Seduta ta' smigħ 

Kumitat parlamentari jista' jorganizza seduta ta' smigħ ma' esperti f'każ li titqies utli għal xogħlu. Is-seduti ta' smigħ huma ġeneralment pubbliċi.

Segretarju Ġenerali tal-Kunsill 

Il-kap tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill li jgħin lill-Kunsill u lill-Kunsill Ewropew. Flimkien mal-President tal-Kunsill, jiffirma l-atti kollha adottati konġuntament mill-Parlament u mill-Kunsill.

Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew 

L-ogħla uffiċjal tal-Parlament responsabbli mill-amministrazzjoni tal-Parlament. Jiggarantixxi l-funzjonament bla intoppi tal-attivitajiet parlamentari taħt it-tmexxija tal-President u tal-Bureau. Flimkien mal-President, jivverifika u jiffirma l-atti kollha adottati konġuntament mill-Parlament u mill-Kunsill.

Shadow rapporteur 

Ix-shadow rapporteur huwa Membru Parlamentari li jissorvelja dossier jew rapport tal-PE f'isem grupp politiku differenti minn dak tar-rapporteur.

Sussidjarjetà 

Skont il-prinċipju ta' sussidjarjetà, l-UE ma għandhiex taġixxi (għajr fl-oqsma li jidħlu fil-kompetenza esklużiva tagħha), sakemm l-azzjoni tal-UE ma tkunx aktar effikaċi mill-azzjoni meħuda fuq livell nazzjonali, reġjonali jew lokali. Isiru kontrolli kostanti biex jiġi vverifikat li l-azzjonijiet fuq livell tal-UE huma ġġustifikati.

Test konġunt 

Dan huwa test adottat mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni matul il-proċedura ta' konċiljazzjoni. Huwa sottopost għal votazzjoni unika fil-Parlament u fil-Kunsill u ma tista' titressaq l-ebda emenda fir-rigward tiegħu.

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea – TFUE 

It-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), beda ħajtu bħala t-Trattat ta' Ruma fl-1958, iżda minn dak iż-żmien ġie emendat bosta drabi. Huwa jiddefinixxi d-dettalji organizzattivi u funzjonali tal-UE. Huwa wieħed miż-żewġ trattati prinċipali li fuqhom illum tissejjes l-UE.

Trattat dwar l-Unjoni Ewropea – TUE 

It-Trattat ta' Maastricht, fis-seħħ mill-1993, ġie emendat u msemmi mill-ġdid "Trattat dwar l-Unjoni Ewropea" mit-Trattat ta' Lisbona. Huwa jistabbilixxi l-Unjoni Ewropea bħala entità ġuridika u jistabbilixxi l-valuri, l-għanijiet, l-istituzzjonijiet u l-kompetenzi tagħha. Huwa wieħed miż-żewġ trattati prinċipali li fuqhom illum tissejjes l-UE.

Trattat ta' Amsterdam 

It-Trattat ta' Amsterdam daħal fis-seħħ fl-1 ta' Mejju 1999. L-iskop tiegħu kien li jirriforma l-istituzzjonijiet tal-UE bi tħejjija tad-dħul ta' Stati Membri futuri. Bis-saħħa tiegħu ġew emendati, rinumerati u konsolidati t-trattati UE u KEE u żdied l-użu tal-kodeċiżjoni.

Trattat ta' Lisbona 

It-Trattat ta' Lisbona daħal fis-seħħ fl-1 ta' Diċembru 2009. Jinkludi t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). It-Trattat ta' Lisbona ta aktar setgħat lill-PE, biddel il-proċeduri ta' vot fil-Kunsill, introduċa l-inizjattiva taċ-ċittadini, ħoloq il-karigi tal-president permanenti tal-Kunsill Ewropew, tar-Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin il-ġdid, is-servizz diplomatiku l-ġdid tal-UE u ċċara liema setgħat jappartjenu għall-UE, liema għall-Istati Membri tal-UE u liema huma kondiviżi. Biddel l-isem tal-kodeċiżjoni fi "proċedura leġiżlattiva ordinarja" u żied in-numru ta' oqsma li fihom tapplika din il-proċedura.

Trattat ta' Maastricht 

It-Trattat ta' Maastricht, jew it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, daħal fis-seħħ fl-1 ta' Novembru 1993. Huwa stabbilixxa l-Unjoni Ewropea (preċedentement l-UE kienet il-Komunitajiet Ewropej), introduċa l-kodeċiżjoni u l-kooperazzjoni bejn il-gvernijiet tal-UE fil-qasam tad-difiża u tal-ġustizzja u l-affarijiet interni. Witta t-triq għall-Unjoni Ekonomika u Monetarja u introduċa elementi ta' unjoni politika (iċ-ċittadinanza, il-politika komuni fil-qasam tal-affarijiet barranin u tal-affarijiet interni).

Trattat ta' Nizza 

It-Trattat ta' Nizza daħal fis-seħħ fl-1 ta' Frar 2003. L-iskop tiegħu kien li jirriforma lill-istituzzjonijiet b'mod li l-UE tkun tista' taħdem b'mod effiċjenti wara li tkun laħqet in-numru ta' 25 Stat Membru. Introduċa metodi għall-modifika tal-kompożizzjoni tal-Kummissjoni u għar-ridefinizzjoni tas-sistema tal-vot fil-Kunsill.

Trattati 

It-trattat huwa ftehim vinkolanti bejn l-Istati Membri tal-UE. Jistabbilixxi l-objettivi tal-UE, ir-regoli għall-istituzzjonijiet tal-UE, il-mod kif jittieħdu d-deċiżjonijiet u r-relazzjoni bejn l-UE u l-Istati Membri tagħha.

Trilogu 

Laqgħat informali li fihom jieħdu sehem il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni. L-iskop tagħhom huwa li jintlaħaq qbil (dwar pakkett ta' emendi jew dwar il-formulazzjoni ta' atti leġiżlattivi) aċċettabbli kemm għall-Kunsill kif ukoll għall-Parlament.

Unanimità (fil-Kunsill) 

L-unanimità teħtieġ li l-Istati Membri kollha li jiltaqgħu fi ħdan il-Kunsill jaqblu dwar proposta qabel ma din tiġi adottata. Mid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona numru limitat biss ta' politiki meqjusin bħala delikati jibqgħu suġġetti għall-vot b'unanimità.

White Paper 

Il-White Papers tal-Kummissjoni huma dokumenti li fihom proposti għal azzjoni tal-UE f'qasam partikolari. F'xi każijiet, dawn isegwu Green Paper ippubblikata biex tniedi proċess ta' konsultazzjoni fuq livell Ewropew. Meta White Paper tintlaqa' favorevolment mill-Kunsill, tista' twassal għal programm ta' azzjoni għall-Unjoni f'qasam ikkonċernat.

 
Dan l-artiklu fil-formatpdf   

Aqsam