Iċ-ċittadini: drittijiet fundamentali, sigurtà u ġustizzja Iċ-ċittadini: drittijiet fundamentali, sigurtà u ġustizzja

Iċ-ċittadini: drittijiet fundamentali, sigurtà u ġustizzja

Iċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea għandhom id-dritt li jivvjaġġaw, jgħixu u jaħdmu fl-Unjoni kollha. Sabiex jiġu implimentati għal kollox dawn id-drittijiet, iddaħħlet fis-seħħ sistema effettiva li qiegħda dejjem tevolvi. Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tgħaqqad f'test wieħed id-drittijiet kollha tal-individwu, u tgħaqqadhom madwar diversi prinċipji ewlenin: id-dinjità tal-bniedem, il-libertajiet fundamentali, l-ugwaljanza, is-solidarjetà, id-drittijiet taċ-ċittadini u l-ġustizzja. Iċ-ċittadini kollha għandhom id-dritt li jindirizzaw petizzjoni lill-Parlament dwar kwalunkwe kwistjoni f'materja ta' kompetenza tal-Unjoni. L-inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej tippermetti liċ-ċittadini jippromwovu l-adozzjoni tal-liġijiet meqjusa meħtieġa għall-fini tal-implimentazzjoni tat-Trattati. It-Trattat ta' Lisbona introduċa diversi karatteristiċi ġodda fl-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja, inkluża proċedura ta' teħid ta' deċiżjonijiet aktar effiċjenti u demokratika, setgħat akbar lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE, u rwol ġdid għall-parlamenti nazzjonali.