Ir-relazzjonijiet esterni tal-UE Ir-relazzjonijiet esterni tal-UE

Ir-relazzjonijiet esterni tal-UE

L-azzjoni tal-Unjoni Ewropea fix-xena internazzjonali hija ggwidata mill-prinċipji li ispiraw il-ħolqien, l-iżvilupp u t-tkabbir proprju tagħha, u li huma integrati wkoll fil-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti u d-dritt internazzjonali. Il-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u tad-demokrazija hija element essenzjali. L-Unjoni tenfasizza wkoll l-interessi u l-għanijiet strateġiċi tagħha permezz tal-azzjoni internazzjonali tagħha. L-Unjoni ser tkompli testendi u tapprofondixxi r-relazzjonijiet politiċi u kummerċjali tagħha mal-pajjiżi u r-reġjuni l-oħra tad-dinja, anki billi torganizza summits regolari mas-sħab strateġiċi tagħha, bħal ma huma l-Istati Uniti, il-Ġappun, il-Kanada, ir-Russja, l-Indja u ċ-Ċina. L-Azzjoni tagħha tinkludi wkoll l-appoġġ għall-iżvilupp, il-kooperazzjoni u d-djalogu politiku ma' pajjiżi fil-Mediterran, fil-Lvant Nofsani, fl-Asja, fl-Amerka Latina, fl-Ewropa tal-Lvant, fl-Asja Ċentrali u fil-Balkani tal-Punent.