Title here Skedi informattivi dwar l-Unjoni Ewropea

Skedi informattivi dwar l-Unjoni Ewropea

Merħba fis-sit web tal-iskedi informattivi. Dawn l-iskedi informattivi, li nħolqu fl-1979 għall-ewwel elezzjonijiet diretti tal-Parlament, huma maħsuba biex b'mod sempliċi, konċiż u preċiż jagħtu lil dawk li mhumiex speċjalisti fil-qasam ħarsa ġenerali lejn l-istituzzjonijiet u l-politiki tal-Unjoni Ewropea u lejn ir-rwol tal-Parlament Ewropew fl-iżvilupp tagħhom.

L-iskedi informattivi jinqasmu f'ħames kapitli: 1) Kif taħdem l-Unjoni Ewropea; 2) L-ekonomija, ix-xjenza u l-kwalità tal-ħajja; 3) Il-koeżjoni, it-tkabbir u l-impjiegi; 4) Iċ-ċittadini: id-drittijiet fundamentali, is-sigurtà u l-ġustizzja u 5) Ir-relazzjonijiet esterni tal-UE.

L-iskedi informattivi jitfasslu mid-Dipartimenti Tematiċi u l-Unità tas-Sostenn għall-Governanza Ekonomika u huma disponibbli bi 23 lingwa. Il-verżjoni online tiġi riveduta u aġġornata f'intervalli regolari matul is-sena, malli l-Parlament jadotta kwalunkwe pożizzjoni jew politika importanti.

Title here Kif taħdem l-Unjoni Ewropea

L-iżvilupp storiku, it-trattati suċċessivi, is-sistema ġuridika, il-proċeduri deċiżjonali, l-istituzzjonijiet u l-korpi, kif ukoll il-finanzjament tal-UE.

Title here L-ekonomija, ix-xjenza u l-kwalità tal-ħajja

Is-suq intern, il-ħarsien tal-konsumatur u s-saħħa pubblika; il-politiki fil-qasam soċjali, tal-impjiegi, tal-industrija, tal-enerġija u tal-ambjent; l-Unjoni Ekonomika u Monetarja, it-tassazzjoni u s-servizzi finanzjarji.

Title here Il-koeżjoni, it-tkabbir u l-impjiegi

Il-politika reġjonali u l-politika ta' koeżjoni, il-politika agrikola komuni u l-politika komuni tas-sajd; it-trasport, it-turiżmu u n-netwerks trans-Ewropej; il-kultura, l-edukazzjoni u l-isport.

Title here Iċ-ċittadini: drittijiet fundamentali, sigurtà u ġustizzja

Id-drittijiet individwali u kollettivi, il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali; il-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja, inklużi l-politiki tal-immigrazzjoni u tal-asil.

Title here Ir-relazzjonijiet esterni tal-UE

Il-politika barranija, il-politika tal-iżvilupp u r-relazzjonijiet kummerċjali; il-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija; it-tkabbir u r-relazzjonijiet lil hinn mill-viċinat tal-UE.

Title here Werrej

Ikkonsulta l-iskedi informattivi skont il-kapitlu u t-taqsima u niżżilhom jew aqrahom online. Kull skeda informattiva tista' tiġi ssejvjata individwalment.

Kuntatt

Għal aktar informazzjoni tista' tikkuntattja lill-Unità tal-Koordinament tal-Attivitajiet Editorjali u ta' Komunikazzjoni

email: editorial-secretariat@europarl.europa.eu