Merħba

 
 

Smigħ tal-Kummissarju nnominat minn Ċipru

Wara n-nomina tiegħu bħala Ministru għall-Affarijiet Barranin ta' Ċipru, is-Sur Markos Kyprianou ppreżenta r-riżenja tiegħu bħala membru tal-Kummissjoni Ewropea responsabbli għas-Saħħa fit-28 ta' Frar 2008.

Il-gvern Ċiprijott innotifika l-intenzjoni tiegħu li jinnomina lis-Sinjura Mrs Androula Vassiliou bħala Kummissarju ġdid. Fid-29 ta' Frar 2008, il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea ddeċieda, permezz ta' proċedura bil-miktub, li jaħtar lis-Sinjura Vassiliou bħala membru tal-Kummissjoni Ewropea mit-3 ta' Marzu 2008 sat-tmiem tal-kariga tal-Kummissjoni attwali, fil-31 ta' Ottubru 2009.

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea esprima l-kunsens tiegħu għal din il-ħatra u esprima wkoll ix-xewqa tiegħu li jassenja l-portafoll tas-"Saħħa" lis-Sinjura Vassiliou.

B'konformità mal-Ftehima Qafas dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni, kien hemm qbil li s-Sinjura Vassiliou tidher quddiem il-Parlament mingħajr dewmien u f'konformità sħiħa mal-prerogattivi ta' l-Istituzzjonijiet.

B'konsistenza mar-rieda tiegħu li jżid it-trasparenza tan-nomini u li jagħti iktar leġittimità lill-ħatriet ta' Kummissarji ġodda, il-Parlament Ewropew se jwettaq smigħ mas-Sinjura Vassiliou fl-1 ta' April 2008. Bħala preparazzjoni tas-smigħ, is-Sinjura Vassiliou hija mitluba li tirrispondi kwestjonarju bil-miktub. Fuq il-bażi tar-riżultat tas-smigħ il-Parlament Ewropew se jipproċedi għal votazzjoni formali fil-plenarja.

Għal dettalji dwar is-Sinjura Vassiliou, is-smigħ u l-proċedura b'mod ġenerali, jekk jogħġbok ikklikja fuq il-punti rispettivi tal-menu fuq ix-xellug ta' din il-paġna.


Informazzjoni dwar verżjonijiet lingwistiċi ta' din il-websajt:
Dan is-sit huwa disponibbli fil-lingwi uffiċjali kollha ta' l-Unjoni Ewropea. Il-link għall-verżjoni lingwistika rispettiva tinsab fuq nett fuq il-lemin tal-paġna fil-menu Europarl:


lv_header

Meta paġna ma tkunx disponibbli fil-lingwa magħżula, il-kontenut tagħha jintwera bl-Ingliż.