Il-Parlament Ewropew
fl-azzjoni
Punti Principali 1999-2004

 
Il-Parlament Ewropew
L-elezzjonijiet ghall-PE
L-organizzazzjoni
u t-thaddim tal-PE
Id-decizjoni kongunta
u proceduri ohra
Is-setghat bagitarji
Il-kontroll bagitarju
Is-sorveljanza demokratika
L-istatut tal-Membri
u ta’ partiti politici Ewropej
Il-kumitati temporanji
u kumitati ta’ stharrig
Istituzzjonijiet ohra ta’ l-UE
Riforma ta’ l-UE
Tkabbir
Id-drittijiet tac-cittadini
Il-Gustizzja
u l-affarijiet ta’ l-intern
Relazzjonijiet barranin
Protezzjoni Ambjentali /
tal-Konsumatur
Trasport / Politika Regjonali
Agrikoltura / Sajd
Il-politika ekonomika
u monetarja
Il-Politika ta’ l-Impjiegi
u Socjali / Drittijiet tan-nisa
Suq intern / Industrija / Energija / Ricerka
 

EPP-ED PSE Group ELDR GUE/NGL The Greens| European Free Alliance UEN EDD/PDE


L-organizzazzjoni u t-thaddim tal-Parlament Ewropew

Malli jiehu l-kariga tieghu, elett frisk mill-votazzjonijiet, id-deputat il-gdid irid jinkiteb ma’ grupp politiku, jaghzel kummissjoni parlamentari, jeleggi l-president tal-grupp tieghu, il-president ta’ l-assemblea u l-vici-presidenti, irid isib postu fi Strasburgu kif ukoll fi Brussel, jifhem l-attribuzzjonijiet ta ‘ l-organi differenti tal-Parlament u jibda fuq ix-xoghol legizlattiv. Deskrizzjoni qasira ta’ din id-dinja gdida.

Il-Parlament Ewropew li hiereg huwa maghmul minn 626 membri eletti ghal 5 snin minn votazzjoni ghal kulhadd. L-unjoni mkabbra se jkollha, mil-legizlatura 2004-2009, assemblea ta’ 732 membru maghmula minn numru ta’ deputati ghal kull Stat Membru li kien stabbilit fit-Trattat ta’ Nizza (ara t-tabella annessa ghan-nota taghna dwar it-tkabbir).

Il-gruppi politici, il-lanza ta’ l-attività parlamentari

Id-deputati ma jpoggux skond in-nazzjonalità, imma jinqasmu skond l-affinitjiet politici taghhom. Hafna huma miktubin fi grupp politiku. Kull membru jista’ biss jaghmel parti minn grupp wiehed. Mill-1 ta’ Lulju 2004, kull grupp politiku sejjer ikun maghmul minn deputati eletti minn ghallinqas wiehed minn kull hames Stat Membru u n-numru minimu ta’ deputati mehtiega gie stabbilit ghal 19. Fil-legizlatura li se tintemm in-numru minimu kien ta’ 14-il deputat sakemm dawn jigu minn erba’ Stati Membri differenti.

Bhalissa hemm seba’ gruppi politici fil-Parlament li jsibu l-origini taghhom minn xi mitt partit nazzjonali jew regjonali. Iz-zewg gruppi l-aktar importanti huma l-grupp tal-Partit Popolari Ewropew u d-Demokratici Ewropej (EPP-ED) b’232 deputat u l-grupp tal-Partit tas-Socjalisti Ewropej (PES) b’175 deputat (skond ic-cifri ta’ Ottubru 2003). Il-gruppi l-ohra huma l-grupp tal-Partit Ewropew tal-Liberali, Demokatici u Riformisti (ELDR), il-grupp tal-Hodor / Allejanza Hielsa Ewropea (Greens/EFA), il-grupp konfederali tax-Xellug Maghqud Ewropew/Ix-xellug Ahdar Nordiku (GUE/NGL), il-grupp Unjoni ghall-Ewropa tan-Nazzjonijiet (UEN) u l-grupp ghall-Ewropa tad-Demokraziji u d-Differenzi (EDD).

Kull grupp politiku huwa mmexxi minn president u minn ufficcju u ghandu segretarjat. Id-deputati li “mhumiex miktubin” huma dawk li ma jaghmlux parti minn grupp politiku. Madankollu dawn ghandhom segretarjat.

President u erbatax-il vici-president

Il-President, l-erbatax-il vici-president u l-hames kwesturi huma eletti mid-deputati fis-sessjoni inawgurali ta’ wara l-elezzjonijiet Ewropej u minhabba li l-mandat taghhom huwa ta’ sentejn u nofs, issir elezzjoni ohra f’nofs il-legizlatura.

Il-President imexxi l-attivitajiet tal-Parlament kollha. Huwa jippresjedi is-sessjonijiet plenarji, il-laqghat tal-Bureau u tal-Konferenza tal-presidenti. Huwa r-rapprezentant tal-Parlament f’kull attività ta’ barra u b’mod partikolari fir-relazzjonijiet internazzjonali. Jista’ jiddelega xi xoghol lill-vici-presidenti.

Il-"Bureau" huwa responsabbli ghall-bagit tal-Parlament u ghal kwistjonijiet amministrattivi, ghall-personal u ghall-organizzazzjoni. Huwa maghmul mill-President, l-erbatax-il vici-president, kif ukoll hames kwesturi, li ghandhom rwol konsultattiv. Il-kwistjonijiet amministrattivi u finanzjarji li jikkoncernaw lid-deputati huma direttament f’idejn il-kwesturi.

Il-"Konferenza tal-presidenti" hija maghmula mill-President tal-Parlament u mill-presidenti tal-gruppi politici. Il-kompetenza taghha testendi mill-organizzazzjoni tax-xoghol tal-Parlament sar-relazzjonijiet ma’ l-istituzzjonijiet Ewropej l-ohra u mal-parlamenti nazzjonali. Il-Konferenza tal-presidenti tistabbilixxi l-kompetenzi u n-numru tal-membri tal-kummissjonijiet u tad-delegazzjonijiet parlamentari, u tipprepara l-kalendarju u l-agenda tas-sessjonijiet plenarji.

Is-segetarju generali huwa l-amministratur responsabbli tal-Parlament. Huwa jigi nnominat mill-Bureau. Fl-2003, l-amministrazzjoni tal-PE kellha 4191 haddiem, li minnhom 511 fil-gruppi politici.

Il-kummissjonijiet parlamentari

Il-Parlament ghandu l-missjoni essenzjali li jillegizla, jigifieri, li jasal ghal konkluzjoni dwar il-propsti ghal direttivi tal-Kummissjoni Ewropea u ta’ spiss li jiehu decizjoni kongunta flimkien mal-Kunsill (ara n-noti taghna dwar id-decizjoni kongunta). Huwa waqt sessjoni plenarja illi l-Parlament jaghti l-opinjoni tieghu izda dan ix-xoghol huwa ppreparat mill-kummissjonijiet parlamentari. Minn dawn hemm 17 fil-legizlatura li hierga u jitqassmu skond is-suggett : il-bagit, l-agrikoltura, l-ambjent, … Huma jahdmu fuq u jadottaw abbozzi ta’ progetti dwar il-proposti legizlattivi, bhal ezempju fil-qasam ta’ l-affarijiet barranin. Kull kummissjoni teleggi, ghal sentejn u nofs, bureau maghmul minn president u zewg jew tlett vici-presidenti u ghandha sergretarjat.

Barra minn dawn il-kummissjonijiet permanenti, il-Parlament jista’ wkoll, skond il-bzonn, iwaqqaf kummissjonijiet temporanji u kummissjonijiet ta’ nkjesta (ara n-noti taghna fuq dan is-suggett).

Barra minn hekk, kummissjonijiet parlamentari kongunti, jizguraw ir-relazzjonijiet mal-parlamenti tal-pajjizi msiehba u d-delegazzjonijiet interparlamentari u mal-parlamenti ta’ Stati terzi.

Siggu wiehed u tlett postijiet tax-xoghol

Protokoll anness ghat-Trattat ta’ Amsterdam ta’ l-1997 jippreciza illi l-Parlament ghandu s-sede tieghu fi Strasburgu, fejn isiru it-tnax-il sessjoni plenarja ta’ kull xahar, inkluza s-sessjoni bagitarja. Sessjonijiet plenarji ohra jsiru fi Brussel. Il-kummissjonijiet tal-Parlament jiltaqghu ukoll fi Brussel. Is-segretarjat generali tal-Parlament u s-servizzi tieghu qeghdin fil-Lussemburgu. Madankollu, ghal ragunijiet prattici, parti mill-haddiema u l-kollaboraturi tal-gruppi politici jahdmu fi Brussel. Il-Parlament jahdem, bis-sahha tat-tradutturi u ta’ l-interpreti tieghu, fil-hdax-il lingwa ufficjali ta’ l-Unjoni u dalwaqt fl-ghoxrin lingwa ta’ l-Unjoni mkabbra.



Membri tal-Parlament Ewropew - tabella
Gruppi politici
Il-korpi regolaturi tal-Parlament
Il-Kumitati Parlamentari
Delegazzjonijiet Interparlamentari

 

 

 
  Publishing deadline: 2 April 2004