Il-Parlament Ewropew
fl-azzjoni
Punti Prinċipali 1999-2004

 
Il-Parlament Ewropew
L-elezzjonijiet għall-PE
L-organizzazzjoni
u t-tħaddim tal-PE
Id-deċizjoni konġunta
u proċeduri oħra
Is-setgħat baġitarji
Il-kontroll baġitarju
Is-sorveljanza demokratika
L-istatut tal-Membri
u ta’ partiti politiċi Ewropej
Il-kumitati temporanji
u kumitati ta’ stħarriġ
Istituzzjonijiet oħra ta’ l-UE
Riforma ta’ l-UE
Tkabbir
Id-drittijiet taċ-ċittadini
Il-Ġustizzja
u l-affarijiet ta’ l-intern
Relazzjonijiet barranin
Protezzjoni Ambjentali /
tal-Konsumatur
Trasport / Politika Reġjonali
Agrikoltura / Sajd
Il-politika ekonomika
u monetarja
Il-Politika ta’ l-Impjiegi
u Soċjali / Drittijiet tan-nisa
Suq intern / Industrija / Enerġija / Riċerka
 

EPP-ED PSE Group ELDR GUE/NGL The Greens| European Free Alliance UEN EDD/PDE


Inkjesti Parlamentari

Fl-1996 - 1997, il-Parlament Ewropew kien waqqaf żewġ kumitati ta’ inkjesta, waħda fuq is-sistema ta' transitu Kommunitarja u l-oħra, li ħolqot iktar dibbatitu, dwar il-ġestjoni tal-kriżi tal-mad cow. Taħt din il-leġislatura, ma twaqqaf l-ebda kumitat ta’ inkjesta iżda erba’ kumitati temporanji. Bla dubju dawn huma anqas spettakolari imma madankollu jippermettu lid-deputati biex jiċċaraw id-dibattitu pubbliku u biex jifformulaw proposti siewja. Dawn l-erba' kumitati ttrattaw is-sistema "Echelon" (sistema ta’ interċettazjoni tal-komunikazzjonijiet), il-ġenetika umana, il-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer u s-sigurtà marittima (wara n-nawfraġji tal-Prestige u tal-Erika).

Kumitati ta’ inkjesta u kumitati temporanji flimkien mal-kumitati parlamentari permanenti u mas-seduti pubbliċi jifformaw parti mis-sistema ta' ġbir ta' nformazzjoni li minnhom jiddisponu d-deputati. Jekk kwart tad-deputati jagħmlu rikjesta, il-Parlament jista’ jikkostitwixxi kumitat ta’ nkjesta, basta din it-talba tiġi milqugħa mill-Konferenza tal-Presidenti (jiġifieri il-kapijiet tal-gruppi politiċi), u mbagħad mill-plenarja. Kumitat għandu 12–il xahar sabiex jagħmel l-investigazzjonijiet tiegħu, u jista’ jiġi mġedded darbtejn, bi tlett xhur. Iżda, inkjesta tista ssir biss fuq allegazzjonijiet ta’ ksur tal-liġi komunitarja jew ta' amministrazzjoni ħażina minn istituzzjoni komunitarja jew minn korp amministrattiv pubbliku ta’ Stat Membru.

Per eżempju, l-inkjesta dwar il-marda tal-mad cow kienet tikkonċerna l-mod li bih il-Kummissjoni, il-Kunsill u l-Gvern Ingliż ittrattaw din il-kriżi li ġabet tant inkwiet għas-saħħa umana. Din wasslet għal rakkomandazzjonijiet stretti u għal riforma interna tal-Kummissjoni sabiex tiġi kkunsidrata aktar protezzjoni għall-konsumatur.

Il-kummitati temporanji huma mwaqqfa għal perjodu ta’ 12–il xahar imma jistgħu jiġu mġedda mingħajr limiti u l-għan ta’ l-investigazzjonijiet tagħhom jista’ jmur lill hinn mill-qafas strett ta’ l-applikazzjoni tad-dritt komunitarju. Kien għalhekk li l-metodu tal-kumitat temporanju kien ġie ppreferut minn dak tal-kumitat ta’ nkjesta biex jitkixfu u jsiru jafu aktar dwar is-sistema "Echelon", li l-implikazzjonijiet tagħha jmorru ’l hinn mid-dritt komunitarju, li kien għadu kważi neżistenti f’dan is-settur. Minbarra hekk, kumitat ta’ nkjesta kien ikollu anqas libertà ta’ azzjoni billi skond ir-regoli fis-seħħ din kienet tkun limitata, minħabba raġunijiet ta’ segretezza jew ta' sigurtà pubblika jew nazzjonali.

Protezzjoni kontra s-sistema Echelon

Fl-1999, il-Parlament Ewropew kien sorpriż ħafna bil-kontenut tar-rapport li hu kien talab lill-ġurnalist investigattiv Ingliż, Duncan Campbell, sabiex iħejji. Dan ir-rapport kixef l-eżistenza ta’ sistema dinjija ta’ interċettazzjoni tat-telekommunikazzjonijiet, magħrufa bħala "Echelon", li l-attivitajiet tagħha jmorru ’l hinn mill-attivitajiet ta’ spunaġġ klassiku, u li huma konnessi ma’ l-ispjunaġġ industrijali u s-smiegħ ta' komunikazzjonijiet privati. Dan ir-rapport spjega kif din in-netwerk kienet tinvolvi l-Istati Uniti, ir-Renju Unit, il-Kanada, l-Awstralja u New Zealand, u li permezz ta’ din is-sistema, s-servizzi ta’ l-ispunaġġ ta’ l-Istati Uniti jgħinu lil kumpanijji Amerikani sabiex jirbħu kuntratti kummerċjali meta jikkompetu ma' konkorrenti Ewropej.

Il-Parlament iddeċieda li jwaqqf kumitat temporanju biex jivverifika dawn l-allegazzjonijiet u sabiex jeżamina l-miżuri li kellhom jittieħdu. Minn Lulju 2000, id-deputati semgħu x-xiedha ta’ numru ta’ esperti tat-telekomunikazzjoni u tal-protezzjoni tad-data, membri tas-servizzi ta’ l-ispunaġġ, ġurnalisti, avukati u deputati mill-Parlamenti nazzjonali. Il-kumitat temporanju ppresenta l-konklużjonijiet tiegħu f’Settembru 2001 taħt forma ta’ risoluzzjoni adottata mill-plenarja. Il-Parlament Ewropew ikkonkluda li din in-netwerk teżisti verament u li l-għan tagħha hu li tinterċetta kommunikazzjonijiet privati u kummerċjali.
Id-deputati għamlu appell lill-Istati Membri kollha biex jiżviluppaw software ta’ kriptaġġ u biex jinfurmaw lill-pubbliku u l-kumpaniji kummerċjali dwar il-bżonn li jipproteġu ruħhom. Il-Kummissjoni Ewropea ġiet mitluba ssaħħaħ is-sistema ta’ sigurtà tagħha filwaqt li l-kumpaniji kummerċjali ġew mitluba jikkooperaw aktar mill-viċin mas-servizzi tal-kontraspjunaġġ. Kien wara r-rakkommandazzjonijiet tal-Parlament li l-Unjoni waqqfet aġenzija inkarigata mis-sigurtà tan-netwerks ta’ l-informazzjoni.

Il-ġenetika umana: kwistjoni delikata

F’Diċembru 2000, twaqqaf kumitat temporanju ieħor sabiex jeżamina l-iżviluppi reċenti fil-qasam tal-ġenetika umana u tat-teknoloġija ġdida fil-qasam tal-mediċina moderna, bħal klonazzjoni u stem cell research. Wara t-twelid ta’ Dolly, l-ewwel nagħġa li ġiet ikklonata fl-1996, ix-xjenza u il-bioteknoloġija avvanzaw b’pass mgħaġġel ħafna. Fl-2000, il-Gvern Ingliż kien iddeċieda li jappoġġja l-klonazzjoni terapewtika. Dawn l-evoluzzjonijiet xjentifiċi kellhom implikazzjonijiet etiċi, ġuridiċi, ekonomiċi u soċjali, li nkwetaw lill-Parlament Ewropew li ried jiżgura li jinforma ruħu tajjeb sabiex jassumi r-responsabbiltajiet politiċi tiegħu bl-aħjar mod possibli u biex jkun jista jifformula xi rakkomandazzjonijiet.

F’Jannar 2001, id-deputati bdew il-ħidma tagħhom. Matul perjodu ta' sitt xhur, huma organizzaw 11–il seduta ta’ diskussjonijiet ma' esperti u deputati mill-Parlamenti nazzjonali. Minħabba l-karattru delikat u kontroversjali tas-suġġett, ir-rapport finali sarulu aktar minn 500 emenda. Ġie finalment adottat fil-kumitat bi 18 il-vot favur, 13 kontra u 3 astinenzi. Il-kumitat temporanju ddikjara ruħu kontra l-klonazzjoni terapewtika kif ukoll riproduttiva. Dan ir-rapport sostna wkoll li ma għandux ikun permess li jiġu wżati stem cells embrijoniċi kkreati "in vitro" għal għanijiet oħra ħlief it-tqala, u li l-anqas ma jkunu iffinanzjati riċerki dwar il-klonazzjoni umana mill-baġit komunitarju. Lanqas ma għandu jkun permess li ssir kummerċjalizzazzjoni ta’ l-embrijoni umani jew ta' stem cells embrijoniċi. Il-kumitat temporanju eżiġa wkoll qafas legali għar-riċerka kollha li tirrigwardja teknoloġija ġdida fil-qasam tal-mediċina moderna u ppropona qafas ġenerali ta’ protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem. Hu oppona li jinħarġu patenti għal dak li jikkonċerna l-ħajja umana iżda appoġġja riċerka fil-qasam ta' stem cells f'nies adulti. 

Ir-rapport qanqal dibattitu ntensiv waqt il-plenarja tad-29 ta’ Novembru 2001. Ħafna emendi kontradittorji rriskjaw li jagħmlu l-posizzjoni tal-Parlament bħala waħda li ma tiftiehemx. Il-maġġoranza tal-gruppi politiċi ħassew li l-pożizzjoni tagħhom ma kienitx irraprezentata b'mod siewi fil-proposta tar-risoluzzjoni. Għalhekk fl-aħħar din ġiet irrifjutata b’maġġoranza qawwija: 319 vot kontra, 37 favur u 47 astinenza. Madankollu x-xogħol tal-kumitat temporanju ippermetta lill-Parlament jinforma ruħu sew dwar dawn il-kwistjonijiet kumplessi u biex jgħollu l-profil tad-dibattitu. Għalkemm ir-risoluzzjoni ma għaddietx il-Parlament xorta waħda ħa pożizzjoni fuq ċerti aspetti. F’Settembru 2000, kienet adottata risoluzzjoni li tipprojbixi kull riċerka dwar il-klonazzjoni umana u f’Ottubru 2001, iddieċida kontra li jinħarġu patenti għal dak li jikkonċerna l-ħajja umana u għal ċelloli jew ġeni tagħhom.

Kif nilqgħu għall-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer?

Fir-Rebbiegħa 2001, faqqet il-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer fir-Renju Unit, fl-Olanda u, bi ftit inqas, fi Franza u fl-Irlanda. Ittieħdet deċiżjoni li l-annimali jinqatlu minflok ikunu mlaqqma. Il-maġġoranza tal-bdiewa Ingliżi, opponew it-tilqim għar-raġuni li din kienet se tipprojbixxi kull aċċess tal-produzzjoni tagħhom fl-industrija ta’ l-ikel. Fir-Renju Unit biss kienu maqtula 6,5 miljun annimal. L-impatt ekonomiku ta’ l-epidemija kien konsiderevoli kif kien ukoll l-inkwiet tal-pubbliku dwar is-sigurta' ta' l-ikel. Il-leġislazzjoni ta’ l-UE kienet adekwata? Giet implimentata kif suppost? U kif jistgħu jiġu evitati kriżijiet oħra?

F’Jannar 2002, il-Parlament Ewropew iddeċieda li jwaqqaf kumitat temporanju sabiex jirrispondi għal dawn il-mistoqsijiet u biex jifformula rakkomandazzjonijiet. Instemgħat ix-xhieda ta' bosta uffiċjali kemm nazzjonali kif ukoll Ewropej, xjentisti u rappreżentanti tas-settur agrikolu. Bosta delegazzjonijiet żaru r-reġjuni l-aktar milquta tar-Renju Unit u ta’ l-Olanda.

F’Diċembru 2002, il-kumitat temporanju ssottometta r-rapport ta' ħidma tiegħu lil plenarja li adottat risoluzzjoni li rrakkommandat li meta tfaqqa epidemija bħal din, l-ewwel għandu jkun hemm rikors għat-tilqim sabiex jiġi evitat il-qtil ta’ l-annimali. Iżda minħabba l-varjeta' tal-virus, tilqima preventiva b’vaċċin wieħed ma kienitx possibli.

Il-Kummissjoni Ewropea ipproponiet direttiva ġdida biex taġġorna l-metodi ta' kif tilqa' kontra l-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer, kif kien ikkonkluda u rrakkomanda l-Parlament. Kien irrakmandat it-tilqim urġenti, kif xtaqu d-deputati, imma mhux b’mod obbligatorju. Sar obbligatorju biss għall-merħliet infettati li ma jkunux jistgħu jiġu eliminati fi żmien 24 siegħa u għall-merħliet l-aktar esposti fi żmien 48 siegħa. F’rapport ieħor, il-Parlament insista fuq din il-proposta tal-kummissjoni, filwaqt li insista wkoll sabiex il-miżuri li jittieħdu jittrattaw l-impatt soċjali u psikoloġiċi ta’ kull kriżi ġdida.

Rinfurzar tas-sigurtà marittima

Wara n-nawfraġju ta’ l-Erika u tal-Prestige kif ukoll inċidenti oħra, twaqqaf ir-raba’ kumitat temporanju f'din l-aministrazzjoni leġislattiva. L-għan kien li jeżamina x'kien li wassal biex isseħħu dawn il-katastrofi, jagħmel evalwazzjoni tal-konsegwenzi ekonomiċi u soċjali tagħhom, jivverifika l-infurzar tar-regoli komunitarji u jipproponi miżuri kumplimentarji.

Ix-xogħol li għamel dan il-kumitat huwa deskritt f’nota oħra tagħna dawr is-sigurtà marittima, settur li fih ġew introdotti bosta leġislazzjonijiet komunitarji u li fihom ukoll il-Parlament kellu r-rwol importanti ta’ koleġislatur.



  
Rapporteurs:
  
Echelon: Sistema ta’ intercettazzjoni: Gerhard Schmid (PES, D)
Il-genetika umana u teknologija gdida fil-qasam tal-medicina moderna: Francesco Fiori (EPP-ED, I)
Il-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer fl-Unjoni Ewropea fl-2001: Wolfgang Kreissl-Dörfler (PES, D)
Mizuri ghat-trazzin tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer: Wolfgang Kreissl-Dörfler (PES, D)
  
Gurnal Ufficjali – Atti Finali:
  
Echelon: Sistema ta’ intercettazzjoni – test adottat mill-Parlament
Il-genetika umana u teknologija gdida fil-qasam tal-medicina modern – Il-Parlement irrifjuta l-proposta ta’ rizoluzzjoni
Il-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer fl-Unjoni Ewropea fl-2001 – test adottat mill-Parlament
Mizuri ta’ trazzin tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer

 

 

 
  Publishing deadline: 2 April 2004