Il-Parlament Ewropew
fl-azzjoni
Punti Prinċipali 1999-2004

 
Il-Parlament Ewropew
Riforma ta’ l-UE
Tkabbir
Id-drittijiet taċ-ċittadini
Il-Ġustizzja
u l-affarijiet ta’ l-intern
Relazzjonijiet barranin
Protezzjoni Ambjentali /
tal-Konsumatur
Trasport / Politika Reġjonali
Agrikoltura / Sajd
Il-politika ekonomika
u monetarja
Il-Politika ta’ l-Impjiegi
u Soċjali / Drittijiet tan-nisa
Suq intern / Industrija / Enerġija / Riċerka
It-telekomunikazzjonijiet
L-Internet
Il-Copyright /
Socjetà ta’ l-Informatika
It-TV u l-industriji tal-films
Il-liberalizzazzjoni ta’ l-enerġija
L-enerġija li tiġġedded
Ir-riċerka
(is-6 programm ta' qafas)
 

EPP-ED PSE Group ELDR GUE/NGL The Greens| European Free Alliance UEN EDD/PDE


Biex l-Ewropa tibqa’ fuq quddiem fl-iżviluppi mgħaġġlin fl-internet

L-isplużjoni fl-użu ta’ l-internet fl-aħħar snin ressqet lill-Unjoni Ewropea biex tgħaddi ammont vast ta’ leġislazzjoni bit-tama li jiżdiedu l-vantaġġi li jistgħu jittieħdu minn din it-teknoloġija l-ġdida, waqt li l-pubbliku u n-negozji jkunu protetti mill-effetti mhux mixtiqin tagħha. Il-Parlament Ewropew ta sehem attiv f’din il-leġislazzjoni, speċjalment bl-introduzzjoni ta’ ‘domain name’ ta’ l-aħjar livell, jiġifieri l- .eu, u fil-kontroll ta’ l-ispam, billi saħħaħ il-protezzjoni ta’ l-informazzjoni u żied il-flus dedikati biex is-sigurtà tan-network titjieb.

Sa mill-bidu ta’ l-użu ta’ indirizzi fuq l-internet, ‘Domains’ ta’ l-Aħjar Livell (TLD) kienu bbażati fuq ittri bħal .int, .com, .net u .org. Madwar 20 miljun indirizz ġew reġistrati taħt dawn it-taqsiriet imma fl-aħħar snin kien hemm talba għall-isem tad-‘domain’ .eu biex jippromovi identità Ewropea u jirrifletti l-eżistenza ta’ l-UE bħala qasam legali. Grazzi għal regolazzjoni ġdida ta’ l-UE issa ġiet ikkreata ‘domain’ bħal din, biex individwi u negozji bbażati fl-UE jistgħu jużawha għall-websites u l-indirizzi ta’ l-e-mail tagħhom. Id-‘domain’ il-ġdida bl-ebda mod ma tħassar oħrajn bħal .fr, .de, u co.uk imma qed tiġi offruta bħala alternattiva. Madankollu, ftit taż-żmien ieħor din id-‘domain’ x’aktarx tinfirex daqs id-domain .com jew id-domain .org.

Ir-regolazzjoni li twaqqaf it-TLD .eu pprovdiet għal reġistru biex imexxi din id-‘domain’. Sadanittant, intagħżlet organizzazzjoni biex tieħu ħsieb dan ix-xogħol: Ir-Reġistru Ewropew ta’ l-Ismijiet tad-‘Domains’ (EURID), korp indipendenti u li jaħdem bla qligħ li se jikkredita kumpaniji biex iwettqu r-reġistrazzjonijiet. Individwu residenti fl-UE jew kull kumpanija jew organizzazzjoni bbażat fl-UE għandhom id-dritt jirreġistraw ‘domain’ b’ismijiet li jużaw id-.eu. ir-reġistaazzjonijiet jinfetħu f’nofs l-2004 imma se jseħħu f’fażijiet biex jagħtu lil min diġà kellu drittijiet l-opportunità li jirreġistra. Il-Kummissjoni Ewropea se tiddisinja regoli dwar reġistrazzjonijiet spekulattivi jew abbusivi, id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u temi li jikkonċernaw il-lingwi.

Il-kontribuzzjoni ewlenija tal-Parlament kienet li ħasbet b’mod aktar dettaljat kif għandu jitwaqqaf ir-reġistru biex ikun ċert li jopera b’mod ġust, trasparenti u indipendenti. Il-Parlamnet insista wkoll li, jekk jinqalgħu kwistjonijiet, ir-reġistru għandu jipprovdi medjazzjoni u servizz ta’ arbitraġġ jew bla ħlas jew bi ħlas li jista’ jkun irkuprat. Fl-aħħar, war pressjoni mill-MPE, negozjanti rreġistrati taħt id-‘domain’ .eu għandhom evetwalment jiffirmaw kodiċi ta’ kondotta u skema ta’ risoluzzjonijiet ta’ ġlied barra l-qrati, sabiex il-konsumaturi jiggwadanjaw il-fiduċja fiz-zona .eu.

Twaqqif ta’ l-ispam u tħaffif tax-xiri minn fuq l-internet

Il-Parlament influwenza wkoll direttiva fuq il-protezzjoni ta’ l-informazzjoni u l-privatezza fil-komunikazzjonijiet elettroniċi.
Fuq il-protezzjoni ta’ l-informazzjoni, il-MPE insistew b’suċċess li waqt li Stati Membri għandhom ikunu jistgħu iġennbu regoli ta’ protezzjoni ta’ l-informazzjoni waqt l-investigazzjonijiet ta’ każi kriminali jew biex iħarsu s-sigurtà nazzjonali u pubblika, huma jkunu jistgħu jagħmlu hekk biss meta l-miżuri jkunu “neċessarji, xierqa u proporzjonati” f’soċjetà demokratika. Jekk l-Istati Membri jridu jippriservaw informazzjoni – u taħt id-direttiva dan jistgħu jagħmluh għal perijodu limitat – il-leġislazzjoni tagħhom għandha taqbel mal-prinċipji ġenerali tal-liġi ta’ l-UE kif ukoll mal-Konvenzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem ta’ l-Ewropa.

Dwar l-ispam, fil-bidu l-opinjonijiet fil-Parlament kienu maqsumin dwar metodi kif “komunikazzjoniet elettriniċi mhux mitlubin” bi skop ta’ reklamar jiġu kkumbattuti ( inklużi l-e-mail spam, faksijiet junk u magni li jċemplulek b’mod awtomatiku). Xi MPE kienu mxaqilbin lejn sistema “opt-in”, li titlob li l-konsumaturi jagħtu l-kunsens tagħhom minn qabel biex il-kumpaniji jew organizzazzjonijiet ikunu jistgħu jibgħatu messaġġi bħal dawn. Oħrajn ippreferew sistema “opt-out”, li jippermettu li fil-bidu l-messaġġi mhux mitlubin jintbagħtu, u wara l-konsumaturi jkollhom id-dritt li isimhom jitneħħa mil-lista għall-posta. Oħrjan ħasbu li din il-kwistjoni għandha titħalla f’idejn l-Istati Membri.

Wara dibattiti mqanqlin, l-MPE issapportjaw is-sistema “opt-in” għal dawn it-tipi kollha ta’ messaġġi elettroniċi. Madanakollu, żiedu ossevazjoni li tgħid li jekk kumpanija jew individwu jakkwistaw id-dettalji elettroniċi għall-kuntatt mill-klijent tagħhom waqt il-bejgħ ta’ prodott, dawn id-dettalji jistgħu jintużaw biex jiġi direttament promoss prodott simili għall-prodotti tagħhom, basta l-klijenti jkunu jafu li jistgħu joġġezzjonaw, u bla ħlas, għal dan l-użu.

F’direttiva separata, magħmula biex jitneħħew l-ostakoli fil-kummerċ elettroniku fl-UE u biex ikun hemm leġislazzjoni komuni għall-bejgħ minn fuq l-internet, l-MPE insistew li l-Istati Membri għandhom jaċċertaw irwieħhom li min jipprovdi s-servizz u jittrasmetti messaġġi kummerċjali mhux mitlubin għandu regolarment jikkonsulta r-reġistri ta’ l-“opt-out” li japplikaw f’kull Stat Membru.

Lejn titjib fis-sigurtà fuq in-network

It-trasmissjoni ta’ spam u l-hacking, barra d-disturbi li jikkawżaw, huma fost l-aktar problemi li jqumu flus li qed jiffaċċjaw illum dawk li jużaw l-internet. Kumpaniji u organizzazzjonijiet jistgħu jinqerdu bi spijjar elettroniku jew bit-tidħil ta’ vajrusijiet fin-network. Biex tiġi solvuta din il-kwistjoni, l-UE ħolqot il-programm Modinis biex jieħu ħsieb tal-pjan ta’ azzjoni eEurope 2005 imwaqqaf bħala parti mill-istrateġija ta’ Lisbona. Il-programm, li se jaħdem mill-2003 sa l-2005, hu maħsub biex ixerred l-aħjar prattika fit-teknoloġija ta’ l-informazzjoni fl-Istati Membri, janalizza l-impatti ekonomiċi u soċjali tas-Soċjetà Mibnija fuq l-Informazzjoni u jtejjeb is-sigurtà informattiva u fuq in-network.

Il-Parlament għall-bidu kien favur il-proposta tal-Kummissjoni għal baġit ta’ 25 miljun ewros għal dan il-programm imma l-Kunsill tal-Ministri pprova jnaqqas dan l-ammont għal 20 miljun. L-MPE imbagħad aċċettaw is-somma bejniethom ta’ 21 miljun li għandha twassal biex il-programm jilħaq l-għanijiet tiegħu.



  
Relaturi
  
Implementazzjoni tad-Domain ta’ l-Oghla Livell ta’ .eu: Colette Flesch (ELDR, L)
Programm multiannwali ghall-immonitorjar ta’ l-eEurope (MODINIS): Imelda Mary Read (PES, UK)
Ipprocessar ta’ data personali u protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjonijiet elettronici: Marco Cappato (IND ,I)
Aspetti legali tas-servizzi tas-socjetà ta’ l-informatika: Ana Palacio Vallelersundi (EPP-ED, E) – ma ghadhiex Membru tal-Parlament Ewropew
  
Gurnal Ufficjali – atti finali:
  
Implementazzjoni tad-Domain ta’ l-Oghla Livell ta’ .eu
Programm multiannwali ghall-immonitorjar ta’ l-eEurope (MODINIS)
Ipprocessar ta’ data personali u protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjonijiet elettronici
Aspetti legali tas-servizzi tas-socjetà ta’ l-informatika

 

 

 
  Publishing deadline: 2 April 2004