Il-Parlament Ewropew
fl-azzjoni
Punti Prinċipali 1999-2004

 
Il-Parlament Ewropew
Riforma ta’ l-UE
Tkabbir
Id-drittijiet taċ-ċittadini
Il-Ġustizzja
u l-affarijiet ta’ l-intern
Relazzjonijiet barranin
Protezzjoni Ambjentali /
tal-Konsumatur
Ir-responsabilità ambjentali
It-tniġġis ta’ l-arja
Il-gassijiet tas-serra
Iż-żjut tal-karozzi II
L-iskart elettroniku
L-iskart ta’ l-ippakkjar
Is-sigurtà ta’ l-ikel
Il-GMOs
It-tabakk
It-tniġġis bil-ħsejjes
Il-kosmetici
It-tessuti u ċ-ċelloli umani
Trasport / Politika Reġjonali
Agrikoltura / Sajd
Il-politika ekonomika
u monetarja
Il-Politika ta’ l-Impjiegi
u Soċjali / Drittijiet tan-nisa
Suq intern / Industrija / Enerġija / Riċerka
 

EPP-ED PSE Group ELDR GUE/NGL The Greens| European Free Alliance UEN EDD/PDE


Responsabbiltà għat-Tniġġis ta’ L-Ambjent – min iniġġes irid iħallas

Skond il-Kummissjoni Ewropea, madwar 300.000 sit fl-Ewropa huma ġa mniġġsa jew qegħdin f'periklu li jitniġġsu minn pollutanti. Sit wieħed imniġġes huwa ġa wisq. Speċi ta’ annimali u pjanti huma mhedda li jinqerdu għal kollox. Il-qerda ta’ speċi waħda biss ta’ annimal jew pjanta hi wkoll ġa wisq. Għalhekk, il-leġislaturi ta’ l-Unjoni Ewropea huma determinat li fil-ġejjieni jieħu miżuri iebsin biex iġiegħel lil dawk kollha li jniġġsu l-ambjent iwieġbu għal għemilhom. Min jikkaġuna l-ħsara, irid ukoll iħallas għall-ħsara li għamel. B’dan il-mod jissewwew il-ħsarat li jkunu saru u niskoraġġixxu mill-ewwel lil dawk kollha li jistgħu jniġġsu l-ambjent.

L-UE taspira li l-liġi l-ġdida tipperswadi lil, per eżempju, s-sidien tal-fabbriki tal-kimiċi jew miżbliet, biex jieħdu ħsieb li l-fabbriki jew miżbliet tagħhom jibnuhom b’tali mod li jiggarantixxu li ma jkunx jista’ jkun hemm la ħsarat u lanqas spejjeż. Fis-sena 2000, l-Aġenzija Ewropea għal l-Ambjent stmat li n-nefqa meħtieġa biex tissewwa parti biss mill-ħsarat li kienu saru fil-ħamrija u fl-ilma fl-Ewropa, kienet tammonta għal sa 106 biljun ewro, għalkemm din l-istima hi mqassma fuq diversi snin. L-istima biex tissewwa l-ħsara li kienet saret f’madwar 100.000 ettaru ta’art imniġġsa fl-Ingilterra biss, kienet tammonta għal madwar 39 biljun ewro. S’issa kien għad m’hemmx liġi dwar ir-responsabbiltà għat-tniġġis ta’ l-ambjent valida għall-pajjiżi kollha ta’ l-Unjoni Ewropea. Għalhekk, dawk li jniġġsu l-ambjent setgħu bl-aktar mod ħafif jaħarbu mir-responsabbiltà. Kien jeħtieġ li ssir leġislazzjoni b'urġenza li tkun uniformi għall-Istati Membri tal-UE. Parti mill-abbozz ta' din il-liġi qajjem diskussjoni taqraq u għalhekk il-proċess kollu kien osservat b’mod kritiku mir-rappreżentanti ta’ l-industrija fuq naħa u mir-rappreżentanti tal-ħarsien ta’ l-ambjent fuq l-oħra.

Id-Direttiva tkopri żewġ oqsma ta' responsabbiltà. L-ewwel qasam jikkonċerna l-attivitajiet partikulari mimlijin riskju, bħal ngħidu aħna, ix-xogħol f’fabbrika li tipproduċi l-kimiċi jew il-produzzjoni ta’ jew kuntatt ma’ pestiċidi kimiċi partikulari, fejn is-sid jitqies generalment responsabbli f'kas li ssir il-ħsara. It-tieni qasam jikkonċerna ħsarat li ma jkunux kaġun ta’ attivitajiet partikulari mimlijin riskju bħal dawk li semmejna qabel, iżda li xorta waħda tabilħaqq jheddu d-diversità ta’ annimali u pjanti. F'dan il-kas, is-sid ukoll jitqies responsabbli iżda biss jekk dan ikun aġixxa b’mod premeditat jew negliġenti.

Niskoraġġixxu lil dawk kollha li jistgħu jniġġsu l-ambjent

Jekk is-sid iwebbes rasu u ma jibnix il-fabrika jew impjant tiegħu b’tali mod li ma tkunx tista’ ssir ħsara jew ma jkunx irid iħallas għall-ħsara li tkun saret, id-Direttiva tippermetti lill-awtoritajiet tal-pajjiżi membri biex jaġixxu huma. Dawn jistgħu jew jordnaw lis-sid x’għandu jagħmel jew inkella jaġixxu huma stess iżda l-ispejjeż jitħallasu mis-sid. Jekk dan ma jkunx jista’ jħallas għall-ħsara, jew f’każ li wieħed ma jkunx jista’ jsib min ikun għamel din il-ħsara, xorta waħda l-pajjiżi membri huma obbligati li jsewwuha. Il-pajjiżi membri jistgħu jiddeċiedu huma stess b’liema mod ser iħallsu l-ispejjeż. Wieħed mis-suġġerimenti hu, per eżempju, li jinħolq fond speċjali għal dan il-għan.

Billi partijiet ewlenin ta’ dan l-abbozz ta’ liġi kienu kontroversjali, kien jeħtieġ proċess ta’ konċiljazzjoni bejn il-Parlament u l-Kunsill. Fl-aħħar intlaħaq ftehim dwar diversi punti inkluż dwar il-kwistjoni ta' kif għandhom jiġu pprovduti fondi biex jagħmlu tajjeb għall-ħsarat lill-ambjent. Id-Direttiva tipprevedi li sitt snin wara li din il-liġi tkun daħlet fis-seħħ, il-Kummissjoni għandha tivverifika, jekk fil-pajjiżi membri ta’ L-Unjoni Ewropea, hemmx biżżejjed għażla ta’ mekkaniżmi adegwati biex wieħed ikun jista’ jħallas bi prezz ġust l-ispejjeż għall-miżuri kollha ta’ tiswija, per eżempju, permezz ta’ poloz xierqa ta’ assigurazzjoni. Jekk issib li m’hemmx biżżejjed mekkaniżmi, il-Kummissjoni għandha tagħmel abbozz ta' liġi biex jiġi żgurat b’impożizzjoni appoġġ finanzjarju f’każ ta’ ħsarat lill-ambjent, kif kien insista li jsir il-Parlament.

Il-Kunsill kien favur verżjoni aktar moderata tad-Direttiva. Per eżempju, il-Kunsill ried jinkoraġġixxi l-forniment ta’ fondi iżda mhux jagħmilhom obbligatorji. Il-Kunsill ma kienx ukoll laqa’ t-talba tal-parlamentari, biex jitwessa’ l-kunċett ta' responsabilità għall-ħsara lill-ambjent, ftit snin wara li d-Direttiva tkun daħlet fis-sess, sabiex b'hekk tkun tapplika għal kull xorta ta' attività mhux biss għal dawk l-attivitajiet dikjaratament meqjusa bħala mimlijin riskju li hemm speċifikatament elenkati fil-liġi.

Iżda, biex wieħed ikun jista’ jħares l-ambjenti naturali u d-diversità ta' l-ispeċi tal-pjanti u ta’ l-annimali, kemm fuq livell Ewropew kif ukoll fuq livell dinji, irridu nagħmlu ferm iżjed milli naħsbu biss f’miżuri li jiskoraġġixxu lil kull min jista’ jagħmlilhom il-ħsara. Għal dan il-għan, il-membri Parlamentari Ewropej ippreżentaw riżoluzzjoni dwar żvilupp sostenibbli qabel l-Earth Summit li kienet saret f’Johannesberg fis-sena 2002. F’din ir-riżoluzzjoni, huma ddikjaraw li l-għanijiet internazzjonali għall-ħarsien ta’ l-ambjent li kienu miftiehma fis-Summit ta' Rio ma kienux ntlaħqux. Għalhekk huma talbu li l-ftehim kollu li ntlaħaq dwar il-ħarsien ta’ l-ambjent, sa fl-aħħar jitwettaq tabilħaqq u li kemm l-iżvilupp sostenibbli kif ukoll l-protezzjoni ta' l-ambjent ikunu nkorporati fin-negozjati internazzjonali tal-kummerċ. Huma talbu wkoll li l-prinċipju tal-prekawzjoni jkun inkluż fit-trattati dinjija kollha.



  
Rapporteurs
  
Responsabbiltà ghall-hsara lill-ambjent : Toine Manders (ELDR, NL)
10 snin wara Rio: thejjija ghal-laqgha dinjija dwar zvilupp sostenibbli fis-sena 2002: Mihail Papayannakis (GUE/NGL, GR)
Agencija Ewropea ghall-Ambjent - rapport dwar it-tmexxija ta' siti kontaminati fil-Punent ta' l-Ewropa
  
Dehra generali tal-procedura legizlattiva:
  
Responsabbiltà ghall-hsara lill-ambjent
10 snin wara Rio: thejjija ghal-laqgha dinjija dwar zvilupp sostenibbli fis-sena 2002
  
Gurnal Ufficjali – Atti Finali
  
Responsabbiltà ghall-hsara lill-ambjent – Procedura li ghadha ma gietx mitmuma
10 snin wara Rio: thejjija ghal-laqgha dinjija dwar zvilupp sostenibbli fis-sena 2002

 

 

 
  Publishing deadline: 2 April 2004