Il-Parlament Ewropew
fl-azzjoni
Punti Prinċipali 1999-2004

 
Il-Parlament Ewropew
Riforma ta’ l-UE
Tkabbir
Id-drittijiet taċ-ċittadini
Il-Ġustizzja
u l-affarijiet ta’ l-intern
Relazzjonijiet barranin
Protezzjoni Ambjentali /
tal-Konsumatur
Ir-responsabilità ambjentali
It-tniġġis ta’ l-arja
Il-gassijiet tas-serra
Iż-żjut tal-karozzi II
L-iskart elettroniku
L-iskart ta’ l-ippakkjar
Is-sigurtà ta’ l-ikel
Il-GMOs
It-tabakk
It-tniġġis bil-ħsejjes
Il-kosmetici
It-tessuti u ċ-ċelloli umani
Trasport / Politika Reġjonali
Agrikoltura / Sajd
Il-politika ekonomika
u monetarja
Il-Politika ta’ l-Impjiegi
u Soċjali / Drittijiet tan-nisa
Suq intern / Industrija / Enerġija / Riċerka
 

EPP-ED PSE Group ELDR GUE/NGL The Greens| European Free Alliance UEN EDD/PDE


Ħarsien tal-foresti, ta’ l-għadajjar u tal-pulmuni tagħna mit-tniġġiż

Mill-foresti maħruqin b'ilmijiet aċidużi tax-xita sa l-ibliet fgati b’konċentrazzjonijiet qawwija ta’ ożonu, mill-għadajjar Skandinavi bla ħajja f’ilmijiethom sa ibħra mpestati bl-alka: it-tniġġiż ta’ l-arja qed jagħmel ħsara lill-ambjent tagħna u lil saħħitna. Wara sentejn ta’ negozzjati ibsin, il-Parlament u l-Kunsill għaddew leġislazzjoni ħalli jitnaqqsu, fost oħrajn, emissjonijiet niġġieża minn impjanti elettriċi kbar u jiġu stabbiliti limiti drastiċi fir-rigward ta' emissjoni fl-arja ta’ erba’ mill-akta sustanzi niġġieża.

Biex nissieltu kontra t-tniġġiż ta’ l-arja, m’hemmx ħlief il-Protokol ta’ Kjoto. Il-gassijiet li jwasslu għall-effet tas-serer ta’ l-atmosfera m’humiex l-uniċi għedewwa. Is-sulfru diossidju (SO2), mixħut fl-arja minn impjanti elettriċi, jista’ jitħallat max-xita u jinbidel f’aċidu sulforiku li jwassal għall-qerda tal-foresti tagħna. Billi jiddepożita ruħu fuq wiċċ l-għadajjar, dan jeqred għal kollox il-ħlejjaq li jgħixu fl-ilma. Għadu ieħor huwa n-nitroġinju ossidju (NOx)li jista’ jidħol f’reazzjoni ma’ komposti organiċi u jjifformaw l-ożonu fit-troposfera. Jekk l-ożonu hu ta' ġid fil-għoli minfejn iħarisna mir-radjazzjoni ultravjola, huwa velenu perikoluż fil-livell ta’ l-art għax jeqred il-ħajja veġetali, jirrita l-passaġġi tan-nifs u jinbidel f’gass li jsaħħan l-atmosfera bħal f’serra.

Il-fruntieri ma jilqgħux għall-gassijiet tossiċi

Kumpanija ta’ impjant elettriku, b'ċumnija anki f’għoli ta’ tliet mitt metru, tħares biss l-ambjent ta' madwara. Id-dħaħen li jniġġżu jistgħu jinfirxu mijiet ta’ kilometri qabel jaqgħu lura fuq l-art bla ma jimpurtahom mill-fruntieri. Dan kollu juri li dan huwa qasam li fih bilfors irid isir xi ħaġa fuq livell Ewropew.

Matul din il-leġiżlatura, il-Kummissjoni Ewropea, fost mizuri oħra, pproponiet żewġ Direttivi distinti minn xulxin iżda b’rabta mill-qrib. L-ewwel waħda taġġorna l-leġislazzjoni li għandha x’taqsam ma’ l-emissjonijiet ta’ tliet sustanzi tossiċi mixħutin fl-atmosfera minn installazzjonijiet kbar ta’ kombustjoni: jiġifieri n-nitroġinju ossidju (NOX) li jifforma ruħu meta l-ossiġnu jkellu reazzjoni man-nitroġinju f’temperatura għolja ħafna, s-sulfru diossidju (SO2) ġġenerat bil-ħruq ta’ kombustibbli magħmulin mill-fossili, u trabijiet organiċi jew minerali mixħutin fl-arja minn per eżempju fabbriki tas-siment. Dawn it-tliet għejjun ta' tniġġiż huma l-kawża ta' serje sħiħa ta’ mard respiratorju, minn sempliċi rritazzjonijiet sal-kankru.

It-tieni Direttiva għandha x’taqsam mal-livelli massimi nazzjonali ta’ emissjonijiet għal erba’ sustanzi li l-aktar iħammġu l-arja u li huma responsabbli għall-aċidifikazzjoni, għat-tniġġiż permezz ta’ l-ożonu jew għall-ewtrofikazzjoni (jiġifieri l-arrikkiment ta’ l-ilmijiet b’elementi nutrittivi li ma jħallux l-ekosistemi bi kwiethom, jagħtu spinta l-proliferazzjoni ta’ l-alka u joqtlu l-ossiġnu). Dawn l-erba’ sustanzi niġġieża huma għal darba oħra s-sulfru diossidju u l-ossidji tan-nitroġinju, kif ukoll l-ammonju u l-komposti organiċi li jevaporaw (bħall-fwar ta’ idrokarboni jew ta’ solventi).

Il-ftehim bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, milħuq fi tmiem proċedura ta’ konċiljazzjoni diffiċli, ikopri ż-żewġ Direttivi. Dan il-ftehim min-naħa jittratta d-derogi tal-limiti l-ġodda f’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-emissjonijiet ta’ nitroġinju ossidju (NOX) li joħroġ mill-impjanti elettriċi qodma (dawk li essenzjalment jaħdmu bil-faħam). Min-naħa l-oħra, jistabbilixxi limitu taż-żmien fit-tul sabiex jiġi kkonkretizzat it-tnaqqis ta’ riskji sanitarji marbutin mat-tniġġiż atmosferiku.

L-impjanti elettriċi taħt sorveljanza

Fl-Unjoni ta’ ħmistax-il pajjiż, hemm 2000 installazzjonijiet kbar li jipproduċu daqs jew aktar minn 50 megawatt biex jiġġeneraw elettriku essenzjalment għal skopijiet industrijali. Il-Parlament Ewropew rebaħ il-każ tiegħu: Il-limitu ta’ 200mg\m3 sa jidħol fis-seħħ mis-sena 2016 f’dak li għandu x’jaqsam ma’ emissjonijiet ta’ nitroġinju ossidju minn installazzjonijiet li jaħarqu fjuwil solidu - jiġifieri tnaqqis ta’ 50% meta mqabbel mar-regoli li qed jitħaddmu bħalisssa. Dan il-limitu massimu serva bħala punt ta’ referenza fundamentali fin-negozzjati mal-pajjiżi li sa jissieħbu mill-Ewropa ċentrali u dik ta’ lvant.

Il-Parlament ta wkoll sehmu biex issir pressjoni ħalli l-installazzjonijiet li diġà jeżistu jaqgħu taħt il-kappa tal-leġislazzjoni, bl-istess mod kif jaqgħu nstallazzjonijiet ġodda. Huwa tqabad kemm felaħ tul id-dibattiti kollha sabiex jitnaqqsu d-derogi mitluba mill-Kunsill favur l-installazzjonijiet niġġieża. Fl-aħħarnett il-Parlament eżiġa li jkun hemm limitu ta’ żmien definit għad-derogi filwaqt li l-Istati Membri riedu derogi bla limiti, minħabba l-biża’ li dawn l-arranġamenti l-ġodda jistgħu jwasslu biex l-installazzjonijiet, u l-mini li jmantnuhom, ikollhom jagħalqu l-bibien tagħhom, bit-telf konsidrevoli ta’ mpiegi li dan iġib miegħu.

Jekk l-installazzjonijiet kbar ta’ kombustjoni li jaħdmu fl-aqwa ħin li fih jintuża l-elettriku huma għalissa eżentati mill-limitu massimu ta’ 200mg\m3, xorta sa jiġu imposti fuqhom restrizzjonijiet, dejjem aktar ibsin, li sa jidħlu fis-seħħ fi stadji differenti bejn l-2008 u l-2016. Fl-istess ħin, il-Kummissjoni mpenjat ruħha bis-serjetà biex tipproponi dati li jġibu l-użu tagħhom fi tmiemu. Deroga mogħtija fir-rigward ta’ nstallazzjonijiet li jaħarqu l-antraċitu (li tikkonċerna lir-Renju Unit u ’l Spanja) tasal fi tmiemha fl-2018.

Kisba oħra li rnexxielu jagħmel il-Parlament tikkonċerna d-Direttiva dwar il-limitu massimu t’emissjoni fuq livell nazzjonli u tiffissa l-2020 bħala s-sena li fiha jagħlaq iż-żmien biex jintlaħaq il-għan aħħari, jiġifieri dak li ma jinqabżux il-limiti massimi kritiċi u li l-popli jitħarsu mir-riskji għas-saħħa marbutin mat-tniġġiż atmosferiku. L-2010 hija s-sena fil-mira intermedja biex jintlaħqu l-limiti massimi obbligatorji, imposti fuq kull Stat Membru. L-għanijiet prinċipali huma li eventwalment jitnaqqsu b’50% in-numru ta' żoni fejn jidhru depożiti ta’ pollutanti aċidi f’livelli kritiċi u li jitnaqqsu b’żewġ terzi n-numru ta' żoni fejn hemm konċentrazzjonijiet t’ożonu fl-art li jaqbeż l-limiti kritiċi għas-saħħa tal-bniedem.

Il-PE rnexxielhu jakkwista ukoll klawsola li torbot lill-Kummissjoni biex tagħmel evalwazzjoni tal-progressi li jkunu saru sabiex jitwettqu fl-2020 il-miri elenkati u stabbiliti għall-Kommunità in ġenerali, u li tirrikkmanda miżuri ġodda, jekk tinħass il-ħtieġa. Arranġament ieħor milħuq mill-Parlament hu li l-Kummissjoni sa jkollha tistħarreġ it-tniġġiż li jirrisulta mit-titjir ta’ l-ajruplani u t-tbaħħir u li tirrikkmanda dawk il-miżuri meħtieġa biex jitrażżan u jitnaqqas.



  
Rapporteurs:
  
Trazzin fl-emissjonijiet ta’ certi sustanzi li jniggzu l-atmosfera gejjin minn installazzjonijiet kbar ta’ kombustjoni : Ria Oomen-Ruijten (EPP/ED, NL)
Limiti massimi t’emissjoni fuq livell nazzjonali ghal certi sustanzi li jniggzu l-atmosfera : Riitta Myller (PES, FIN)
  
Gurnal Ufficjali – Atti Finali:
  
Trazzin fl-emissjonijiet ta’ certi sustanzi li jniggzu l-atmosfera gejjin minn installazzjonijiet kbar ta’ kombustjoni
Limiti massimi t’emissjoni fuq livell nazzjonali ghal certi sustanzi li jniggzu l-atmosfera

 

 

 
  Publishing deadline: 2 April 2004