Il-Parlament Ewropew
fl-azzjoni
Punti Prinċipali 1999-2004

 
Il-Parlament Ewropew
Riforma ta’ l-UE
Tkabbir
Id-drittijiet taċ-ċittadini
Il-Ġustizzja
u l-affarijiet ta’ l-intern
Relazzjonijiet barranin
Protezzjoni Ambjentali /
tal-Konsumatur
Ir-responsabilità ambjentali
It-tniġġis ta’ l-arja
Il-gassijiet tas-serra
Iż-żjut tal-karozzi II
L-iskart elettroniku
L-iskart ta’ l-ippakkjar
Is-sigurtà ta’ l-ikel
Il-GMOs
It-tabakk
It-tniġġis bil-ħsejjes
Il-kosmetici
It-tessuti u ċ-ċelloli umani
Trasport / Politika Reġjonali
Agrikoltura / Sajd
Il-politika ekonomika
u monetarja
Il-Politika ta’ l-Impjiegi
u Soċjali / Drittijiet tan-nisa
Suq intern / Industrija / Enerġija / Riċerka
 

EPP-ED PSE Group ELDR GUE/NGL The Greens| European Free Alliance UEN EDD/PDE


Inqas skart ta' apparat ta' l-elettriku u ta' l-elettronika - u l-fabbrikant iħallas

Qegħda tinbena muntanja ta' skart ta' appart ta' l-elettriku u ta' l-elettronika madwar l-Ewropa kollha. Kull konsumatur jiġġenera medja ta' 16-il kg ta' dan l-iskart fis-sena, li jammonta għal sitt miljun tunnellata kull sena madwar l-Ewropa. Dan huwa rimi enormi ta' riżorsi. Huwa wkoll perikolu ambjentali kbir: apparat ta' l-elettriku u tagħmir elettroniku fihom metalli tqal u sostanzi organiċi ta' tniġġis li huma tossiċi ħafna. Taħt il-liġijiet il-ġodda ta' l-UE, il-fabbrikanti issa għandhom iħallsu għall-ġbir u għar-rimi ta' dawn l-oġġetti.

Miljuni ta' towsters, kompjuters, kukers, radji u televiżjonijiet antiki jiffurmaw l-aktar nixxiegħa li qegħda tikber malajr fl-UE - kemm jekk jittieħdu f'miżbla muniċipali, mormija f'għalqa jew sempliċiment mormija f'barmil taż-żibel fl-aħħar tal-ħajja qasira tagħhom.
F'Diċembru 2002, il-Parlament Ewropew approva żewġ direttivi ġodda mfassla sabiex jiġġieldu l-munzell dejjem jikber ta' skart ta' apparat ta' l-elettriku u ta' l-elettronika. Il-MPE insistew fuq li jagħmlu l-abbozz tal-leġislazzjoni aktar strett, fuq kollox billi jagħmlu żgur li produtturi individwali jħallsu l-ispejjeż ta' l-ipproċessar ta' l-iskart iġġenerat mill-prodotti tagħhom stess. Iżda, l-konsumaturi wkoll sejjer ikollhom responsabilitajiet ġodda.

Il-fabbrikant iħallas

Grazzi għall-Parlament, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fabbrikanti jħallsu l-ispiża tal-ġbir, irkupru u riċiklaġġ ta' skart ta' apparat ta' l-elettriku u ta' l-elettronika ġġenerat mill-prodotti tagħhom stess. Dan ifisser, bħala eżempju, li l-konsumaturi jkunu jistgħu jiddepositaw apparat ta' l-elettriku antik mingħajr ħlas f'faċilitajiet ta' ġbir fid-distrett tagħhom. Il-produtturi għandhom iġarrbu l-ispejjeż tat-tħaddim ta' dawn il-postijiet ta' ġbir kif ukoll l-ispiża tar-riċiklaġġ jew ta' l-irkupru sussegwenti. Iżda, sejrin ikunu jistgħu jagħżlu bejn li jamministraw il-faċilitajiet tagħhom jew li jingħaqdu fi skemi ta' ġbir.

L-ispiża tal-ġbir ta' prodotti mpoġġija għall-bejgħ sa tletin xahar wara li tidħol fis-seħħ din id-Direttiva ("skart storiku") sejra tinqasam bejn il-produtturi li jkunu għadhom eżistenti meta jintalbu l-ispejjeż għar-rimi ta' l-iskart, kif mitlub mill-Parlament. Il-fabbrikanti sejrin jikkontribwixxu għall-ispejjeż fi proporzjon għas-sehem tagħhom tas-suq għal kull tip ta' apparat.

Skart orfni

Meta fabbrikanti jew importaturi ta' oġġetti ta' l-elettriku jkunu fallew jew ma jibqgħux traċċabbli, ma jibqa' ħadd min jieħu r-responsabilità diretta għall-appart mormi tagħhom. Sabiex isir il-ħlas għall-ġbir u għar-rimi ta' dawn "il-prodotti orfni", il-Parlament insista fuq garanziji bil-quddiem mill-fabbrikanti sabiex kwalunkwe spejjeż minn skart bħal dan ma jaqax fuq il-fabbrikanti li jibqa' jew fuq is-soċjetà in ġenerali. Dawn il-garanziji jistgħu jieħdu l-forma ta' assikurazzjoni ta' riċiklaġġ, kont tal-bank iffriżat jew kontribuzzjoni għal skema li tagħti fondi għall-ġestjoni ta' dan l-iskart.

Il-Parlament għamel żgur li l-fabbrikanti ma jkunux jistgħu iduru mar-regoli tar-riċiklaġġ permezz tad-disinn tal-prodotti tagħhom, eżempju billi joħolqu prodotti b' "chips intelliġenti" sabiex ma jkunux jistgħu jiġu riċiklati (eż. cartridges ta' l-inka għall-printers). Barra minn hekk, ġew introdotti regoli stretti li jiżguraw li l-apparat jiġi mmarkat sabiex jiġi identifikat il-fabbrikant fuq l-insistenza tal-MPE, minħabba li l-ittikkettjar huwa ċ-ċavetta li tiżgura li s-sistema taħdem. Metalli tqal u ritardanti ta' fjammi tossiċi wżati fil-fabbrikazzjoni ta' apparat għandhom jiġu aboliti għal kollox minn Lulju 2006.

Mira obbligatorja għall-ġbir ta' l-iskart

Stati Membri għandhom jiżguraw li tinġabar medja ta' għallinqas erba' kilogrammi ta' skart ta' apparat ta' l-elettriku u elettroniku għal kull abitant fis-sena minn djar privati sa l-aħħar ta' l-2006. Din il-figura hija obbligatorja, milli volontarja, minħabba l-pressjoni mill-Parlament biss. Mira obbligatorja ġdida sejra tiġi stabbilita sa l-aħħar ta' l-2008.

Ir-responsabilitajiet tal-konsumatur

Il-konsumaturi għandhom jaqsmu l-piż tas-sehem tagħhom tar-responsabilità għall-prodotti li huma jixtru: sejrin ma jitħallewx jarmu apparat ta' l-elettriku u apparat elettroniku billi jħalltuh ma' skart tad-dar ordinarju.

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri sabiex jiżguraw dawn l-arranġamenti kollha. Sejrin ikunu jistgħu jimponu penali lil perusni li ma jobdux dawn ir-regoli l-ġodda - produtturi u konsumaturi bl-istess mod.

Fl-aħħar, ta' min wieħed jenfasizza li organizzazzjonijiet li jirrapreżentaw l-industrija, kif ukoll korpi tal-konsumaturi u ambjentali, taw appoġġ pubbliku kbir lit-talbiet fl-aħħar mill-aħħar ta' suċċess tal-Parlament għal fabbrikanti individwali sabiex iħallsu għall-ispejjeż ta' ġbir u ta' riċiklaġġ u għal produtturi sabiex jipprovdu garanziji bil-quddiem sabiex jiffaċċjaw il-problema ta' l-iskart orfni.



  
Relatur:
  
Apparat ta’ l-elettriku u elettroniku ta’ skart (WEEE): Karl-Heinz Florenz (EPP-ED, D)
  
Restrizzjoni ta’ sostanzi ta’ perikolu (RoHS): Karl-Heinz Florenz (EPP-ED, D)
  
  
Atti finali pubblici fil-Gurnal Ufficjali :
  
 Apparat ta’ l-elettriku u elettroniku ta’ skart (WEEE)
 Restrizzjoni ta’ sostanzi ta’ perikolu (RoHS)

 

 

 
  Publishing deadline: 2 April 2004