Il-Parlament Ewropew
fl-azzjoni
Punti Prinċipali 1999-2004

 
Il-Parlament Ewropew
Riforma ta’ l-UE
Tkabbir
Id-drittijiet taċ-ċittadini
Il-Ġustizzja
u l-affarijiet ta’ l-intern
Relazzjonijiet barranin
Protezzjoni Ambjentali /
tal-Konsumatur
Ir-responsabilità ambjentali
It-tniġġis ta’ l-arja
Il-gassijiet tas-serra
Iż-żjut tal-karozzi II
L-iskart elettroniku
L-iskart ta’ l-ippakkjar
Is-sigurtà ta’ l-ikel
Il-GMOs
It-tabakk
It-tniġġis bil-ħsejjes
Il-kosmetici
It-tessuti u ċ-ċelloli umani
Trasport / Politika Reġjonali
Agrikoltura / Sajd
Il-politika ekonomika
u monetarja
Il-Politika ta’ l-Impjiegi
u Soċjali / Drittijiet tan-nisa
Suq intern / Industrija / Enerġija / Riċerka
 

EPP-ED PSE Group ELDR GUE/NGL The Greens| European Free Alliance UEN EDD/PDE


Anqas storbju - aktar irqad

Ċittadini ta' l-UE, sa issa ttormentati bl-istorbju, se jorqdu aħjar fil-futur wara r-rebħa tal-Parlament Ewropew fil-ġlieda tiegħu għal limiti fuq l-istorbju li japplikaw madwar l-UE kollha. Direttiva ġdida dwar l-istorbju ambjentali tinkludi impenn li jorbot biex tiġi introdotta liġi ta' tkomplija dwar is-sorsi prinċipali ta' tinġis mill-istorbju, inkluż storbju minn linji tal-ferrovija, karozzi, siti qed jinbnew u traffiku ta' l-ajru.

It-tinġis mill-istorbju bħalissa jittormenta terz tal-popolazzjoni ta' l-UE u għandu konsegwenzi ta' ħsara għas-saħħa tal-bniedem. Sa issa l-liġi f'dan il-qasam kienet taħlita insodisfaċenti, b'liġijiet ta' l-UE dwar l-istorbju li jirregolaw prodotti bħal karozzi, trakkijiet u inġenji ta' l-ajru filwaqt li l-liġi tal-pajjiż iffukat fuq livelli ta' storbju fl-ambjent domestiku.
Id-direttiva l-ġdida fuq l-evalwazzjoni u t-trattament ta' storbju ambjentali, li ġiet fis-seħħ fit-18 ta' Lulju 2002, tapplika għal storbju ambjentali f'inħawi mibnija u parkijiet pubbliċi, u ħdejn skejjel, sptarijiet u bini u nħawi oħra sensittivi għall-istorbju. Ma tapplikax għal storbju minn attivitajiet domestiċi, minn ġirien, fuq ix-xogħol, f'mezzi tat-trasport jew minn attivitajiet militari f'inħawi militari.
Fil-bidu, kemm il-Kummissjoni Ewropeja kif ukoll il-Kunsill tal-Ministri riedu jillimitaw id-direttiva l-ġdida għal metodi ta' armonizzazzjoni tal-kejl ta' l-istorbju ambjentali, biex jinġabar tagħrif dwar espożizzjoni għal storbju fil-forma ta' "mapep ta' storbju" u biex dan it-tagħrif ikun disponibbli għall-pubbliku. Pjanijiet prattiċi biex tiġi ttrattata l-problema kienu imbagħad jitfasslu fuq livell lokali imma ma kien ikun hemm ebda limiti ta' storbju li japplikaw madwar l-UE. Mhux sodisfatt b'dan, il-Parlament innegozja qatigħ biex jissikka l-oġġettiv bażilari tad-direttiva, li issa huwa dak li "jiġu evitati, milqugħa minn qabel u mnaqqsa" l-effetti detrimentali ta' espożizzjoni għal storbju. Il-liġi l-ġdida għaldaqstant issir biss l-ewwel stadju fil-proċess u trid - kruċjalment - tiġi segwita fi żmien erba' snin b'direttivi aktar iddettaljati ta' l-UE dwar sorsi speċifiċi ta' storbju bħal vetturi tat-toroq u tal-binarji u infrastruttura, inġenji ta' l-ajru, makkinarju ta' barra u industrijali u inġenji mobbli.
Il-ftehim milħuq mill-Membri tal-Parlament Ewropew mal-Kunsill kien jitlob li l-Kummissjoni tippubblika analiżi sa Jannar 2004 tal-liġijiet eżistenti tal-Komunità fuq storbju ambjentali. Wara l-analiżi tagħha, il-Kummissjoni għandha tipproponi abbozz ta' liġijiet ġodda sa Lulju 2006 (erba' snin wara li d-direttiva daħlet fis-seħħ) biex timla' xi lacunæ f'dik il-liġi. It-terminu ta' erba' snin - sena biss aktar mit-tliet snin li talab il-Parlament fit-tieni qari - huwa akkwist ieħor tal-Parlament għax il-Kunsill ma xtaq jiffissa ebda terminu.



  
Relaturi:
  
Direttiva fuq evalwazzjoni u trattament ta' espozizzjoni ghal storbju ambjentali: Alexander de Roo (Greens/EFA, NL)
  
Gurnal ufficjali - atti finali:
  
Direttiva fuq evalwazzjoni u trattament ta' espozizzjoni ghal storbju ambjentali

 

 

 
  Publishing deadline: 2 April 2004