Il-Parlament Ewropew
fl-azzjoni
Punti Prinċipali 1999-2004

 
Il-Parlament Ewropew
Riforma ta’ l-UE
Tkabbir
Id-drittijiet taċ-ċittadini
Il-Ġustizzja
u l-affarijiet ta’ l-intern
Relazzjonijiet barranin
Protezzjoni Ambjentali /
tal-Konsumatur
Trasport / Politika Reġjonali
Is-sigurtà fil-baħar
Is-servizzi tal-port
It-trasport bl-ajru
Kumpens ghal Passiġġieri bl-Ajru
Is-sigurtà fit-toroq
L-ekopunti
Il-ferroviji
Is-servizzi postali
Il-Fondi Strutturali
u ta’ Koeżjoni
Agrikoltura / Sajd
Il-politika ekonomika
u monetarja
Il-Politika ta’ l-Impjiegi
u Soċjali / Drittijiet tan-nisa
Suq intern / Industrija / Enerġija / Riċerka
 

EPP-ED PSE Group ELDR GUE/NGL The Greens| European Free Alliance UEN EDD/PDE


Il-politika reġjonali – il-futur ta’ l-UE?

Madwar terz tal-baġit ta’ l-UE huwa minfuq fuq il-politika reġjonali, li jagħmilha waħda mill-oqsma tal-politika ewlenin ta’ l-Unjoni Ewropea. L-appoġġ għar-reġjuni huwa bbażat fuq l-ideja ta’ “koeżjoni ekonomika u soċjali”, li teħtieġ li fondi tal-baġit jiġu mgħoddija lejn żoni inqas prosperużi ta’ l-Ewropa f’tentattiv li jitnaqqsu d-disparitajiet reġjonali. Il-Parlament Ewropew dejjem appoġġja bis-saħħa din il-politika, filwaqt li raha bħala punt fundamentali ta’ l-integrazzjoni Ewropea. Iżda issa, il-politika reġjonali tiffaċċja sfidi kbar bħala riżultat tat-tkabbir.

Toroq, pontijiet u linji tal-ferroviji ġodda huma kruċjali biex jiżviluppaw r-reġjuni rurali mbegħda ta’ l-Ewropa. Iż-żoni industrijali li qegħdin imorru ħażin jeħtieġu wkoll investiment sabiex jitqajjmu industriji ġodda u l-ħaddiema tagħhom jergħhu jiġu mħarrġa. Li reġjuni aktar foqra jsiru aktar prosperużi għandha bosta benefiċċji, tgħammarhom sabiex jikkontribwixxu għal ekonomija akbar kif ukoll twaqqaf milli n-nies jitilqu dak il-post biex imorru f'postijiet urbani li huma diġa ffulati. Kif tista’ l-Unjoni Ewropea tipprovdi l-fondi meħtieġa?

Fil-preżent l-UE għandha erba’ Fondi Strutturali (għall-iżvilupp soċjali, agrikolu, reġjonali tagħha kif ukoll għall-politika tas-sajd) sabiex tgħin lil reġjuni l-aktar foqra. Dawn il-fondi huma nklużi fi strateġija ġenerali, li tibqa’ sejra sa l-aħħar ta’ l-2006, li għandha tlett għanijiet ta’ prijorità. Għan 1, li jkopri l-parti l-kbira tal-fondi, tinvesti fir-reġjuni li mhumiex żviluppati, definiti bħala dawk li għandhom PGD għal kull ras ta’ inqas minn 75% tal-medja ta’ l-UE (fil-preżent madwar 50 reġjun, cioè 22% tal-popolazzjoni ta’ l-Unjoni). Għan 2 jappoġġja l-irristrutturar ta' żoni milqugħta minn tnaqqis fl-industriji tradizzjonali (żoni industrijali, rurali, urbani jew tas-sajd), fejn tgħix 18% tal-popolazzjoni ta’ l-UE. Għan 3 jiffoka fuq l-immodernizzar tas-sistemi ta’ taħriġ u jippromowvi l-impjiegi. Ġew użati flus mill-Fondi Strutturali sabiex jiffinanzjaw firxa ta’ proġetti bħall-pont il-kbir il-ġdid fuq it-Tagus f’Lisbona, l-ajruport internazzjonali l-ġdid fejn Ateni, il-linja tal-ferrovija bejn Ħelsinki u St. Petersburg u l-iskema tal-linja tal-ferrovija ħafifa ta’ Manchester.

Barra mill-Fondi Strutturali, fl-1993 ġie stabbilit Fond ta’ Koeżjoni sabiex jgħin proġetti ambjentali u tat-trasport fl-Istati Membri bi PGD għal kull ras ta’ inqas minn 90% tal-medja ta’ l-UE (l-Irlanda, il-Greċja, Spanja u l-Portugall). U fl-1999, ġie maħluq Strument għal Politika Strutturali għal Qabel l-Adeżjoni (ISPA) sabiex jgħin lill-pajjiżi Ewropej tal-lvant japplikaw sabiex jinagħqdu fl-UE (inklużi l-Bulgarija u r-Rumanija) sabiex jippreparaw għall-isħubija u jtejjbu l-ambjent u l-infrastruttura tat-trasport tagħhom. L-għaxar pajjiżi membri ġodda li jinkludu Ċipru u Malta, saru eliġibbli wkoll għall-fondi mill-Fondi Strutturali u ta’ Koeżjoni mill-1 ta’ Jannar 2004, erba’ xhur qabel l-adeżjoni uffiċjali fl-UE.

Is-setgħat tal-Parlament fuq il-politika reġjonali

Matul is-snin, il-Parlament ingħata setgħat ġodda f’dan il-qasam: sa mill-1993, it-Trattat ta’ Maastricht, kien meħtieġ il-“kunsens” tiegħu għar-regoli operazzjonali ġenerali għall-Fondi Strutturali. Dan ifisser li l-MPE jistgħu jaċċettaw jew jirrifjutaw ir-regoli proposti għalkemm ma jistgħux jipproponu tibdil għalihom. It-Trattat ta’ Amsterdam ta’ l-1999 estenda s-setgħat tal-Parlament billi pprovda għal “proċedura ta’ deċiżjoni konġunta” sabiex tintuża għall-adozzjoni ta’ leġislazzjoni speċifika għall-Fondi individwali. Dan ifisser li l-Parlament jista’ jinnegozja mal-Kunsill fuq liema oqsma tal-proġett għandhom jaqgħu fi ħdan l-iskop tal-Fondi. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament kull tlett snin dwar il-progress li jkun sar biex tintlaħaq il-koeżjoni ekonomika u soċjali, u l-Parlament innifsu jifformola rapporti annwali fuq il-fondi varji. Għalhekk il-MPE qed isemmgħu leħinhom dejjem aktar u qegħdin jużaw is-setgħat tagħhom sabiex jiffurmaw din iż-żona tal-politika kruċjali.

Il-MPE jappoġġjaw l-infiq dejjem akbar fuq l-għajnuna reġjonali

Il-Parlament dejjem appoġġja l-prinċipju ta-solidarjetà finanzjarja mar-reġjuni inqas żviluppati u r-reġjuni mbegħda ta’ l-UE sabiex jaqleb il-konċentrazzjoni dejjem tikber ta’ l-attività ekonomika, xogħol u popolazzjoni fir-reġjuni aktar prosperużi, ċentrali u urbanizzati. Il-MPE għalhekk jemmnu li l-għajnuna reġjonali għandha tibqa’ pilastru ċentrali tal-politika ta’ l-UE u huma kontra kwalunkwe tentattiv sabiex “din tiġi nazzjonalizzata mill-ġdid”. B’mod ripetut sejħu sabiex il-Fondi Strutturali jiġu allokati biżżejjed flus u, fil-fatt, sabiex l-infiq reġjonali jiġi miżjud, billi qalu li għandhom isiru “għażliet politiċi ambizzjużi” fuq l-estimi ta’ l-UE qabel it-tkabbir. Dawn l-taqbel magħhom ukoll il-Kummissjoni li dan l-aħħar kixef il-pjan dettaljat tiegħu għall-politika ta’ koeżjoni f’Unjoni mkabbra għall-perjodu 2007-2013, li tinvolvi żjieda ta’ 30% fl-infiq fuq ir-reġjuni. Il-Kummissarju qiegħed jitħabat f’battalja għall-fondi ma’ xi Stati Membri li jemmnu li l-infiq reġjonali għandu jiġi mrażżan. Din tista’ tkun l-iktar kwistjoni taħraq fid-dibattitu li ġej dwar l-estimi futur ta’ l-UE.

F’dawn l-aħħar snin, il-Parlament enfasizza bosta kwistjonijiet oħra relatati mal-koeżjoni ekonomika u soċjali. Il-MPE ippuntaw lejn nuqqas ta’ ugwaljanza dejjem għaddejja fi ħdan l-Istati Membri individwali u n-nuqqas ta’ suċċess fit-tnaqqis tar-rati tal-qgħad. Ħadmu għal koordinament aħjar bejn il-Fondi Strutturali u politiki u strumenti oħra tal-Komunità bħall-Istrateġija Ewropea għall-Impjiegi u l-Fond ta’ Koeżjoni. U huma jinsistu li għandha tingħata attenzjoni speċjali għar-reġjuni mbegħda, l-gżejjer u ż-żoni rurali u tal-muntanji. Il-Parlament jixtieq li ssir aktar enfażi fuq l-innovazzjoni, ir-riżorsi umani u t-teknoloġija, kif ukoll l-ugwaljanza fil-ġeneru, eżempju permezz tal-programmi speċifiċi ta’ ħolqien tax-xogħol għan-nisa.
L-iżvilupp tar-rotot tat-trasport maġġuri – magħrufin bħala in-Networks Trans-Ewropej, jew TENS – li jgħaqqdu l-UE minn ġewwa u mal-ġirien tagħha dejjem kien meqjus bħala qasam kruċjali tal-politika reġjonali. Iżda, l-MPE dejjem insistew li hemm bżonn ta’ aktar investiment b’mod speċifiku għall-proġetti tal-linji tal-ferrovija sabiex l-UE tagħmel aktar minn sempliċiment tpaċpaċ sabiex tilħaq transport sostennibbli permezz ta’ tbegħid mit-trasport bit-triq. B’mod partikolari, jemmnu li għandu jsir sforz speċjali sabiex jiġi żviluppat network Ewropew tal-ferrovija ta’ veloċità għolja li jissodisfa l-ħtiġijiet għal rotot ġodda ta’ transport wara t-tkabbir.
Fit-teorija, pajjiżi li jirċievu flus ta’ l-UE mill-Fondi Strutturali għandhom iħallsu wkoll ċertu persentaġġ mill-fondi għall-proġett. Il-MPE urew li dan il-prinċipju mhux dejjem jingħata kas tiegħu u ma hemm l-ebda penali talli Stati Membri jiġu offiżi. Fl-aħħar, talbu għal amministrazzjoni finanzjarja u ġenerali aħjar tal-Fondi u jħossu li b’mod partikolari l-Kummissjoni għandha ttejjeb il-kwalità tal-proġetti u timmonitorja l-amministrazzjoni tagħhom mill-qrib ħafna, b’aktar kontrolli fuq il-post u b’aktar stimi ta’ l-impatt.

Tkabbir

Il-Parlament huwa kkonċernat ukoll, bħall-Kummissarju Barnier, sabiex jiżgura appoġġ kontinwu għar-reġjuni li fil-preżenti jikkwalifikaw għal għajnuna taħt l-Għan 1 tal-Fondi Strutturali iżda li sejrin isofru mill-“effett statistiku” tat-tkabbir, iġifieri sejrin jaqbżu ll-ogħla limitu ta’ l-eliġibilità ta’ 75% tal-GDP għal kull ras fl-UE ladarba jaslu l-Istati Membri l-ġodda, b’mod partikolari dawk li huma ifqar. Madwar 18-il reġjun – b’mod partikolari fi Spanja, l-Greċja, il-Ġermanja tal-Lvant, l-Italja u l-Portugall, sejrin jiġu milqugħtin. Bosta rapporti fformulati mill-Kumitat tal-Parlament dwar il-Politika Reġjonali argumentaw li t-tkabbir ma għandux ikun ta’ detriment għar-reġjuni l-aktar fqar ta’ l-Istati Membri eżistenti ta’ l-UE. Huma jgħidu li għandu jintlaħaq bilanċ bejn li jiġu sodisfatti l-ħtiġijiet tal-pajjiżi li sejrin jidħlu u li għandu jinstab ftehim transizzjonali xieraq għaż-żoni l-iktar foqra fil-preżent ta’ l-UE. Rapport partikolari ssuġġerixxa li barra l-kriterju tal-GDP, għandhom jitiqiesu wkoll indikaturi oħra, b’mod speċjali r-rata tal-qgħad. Il-MPE għalhekk jilqgħu il-pjanijiet tal-Kummissjoni sabiex tipprovdi appoġġ temporanju għal reġjuni preżenti ta’ Għan 1 li kieku kienu jiefqu milli jibqgħu eliġibbli wara t-tkabbir.

Bħala konklużjoni, il-Parlament Ewropew jemmen li l-politika reġjonali sejra tilgħab rwol dejjem aktar importanti fl-Unjoni li tifforma wara t-tkabbir. Sejra tkun waħda mill-istrateġiji ewlenin għall-ġlieda kontra żbilanċi kbar li huma mistennija li jiżviluppaw u fit-tkattir tat-tkabbir u l-integrazzjoni ta’ żoni inqas żviluppati. Il-politika reġjonali sejra tkun kruċjali fl-għajnuna sabiex Unjoni Ewropa akbar iżda inqas uniformi ssir Komunità koesiva u kompettitiva globalment.



  
Relaturi:
  
Koezjoni Ekonomika u Socjali : l-1 rapport: Elisabeth Schroedter (Greens/EFA, D)
Koezjoni Ekonomika u Socjali: it-2 rapport: Francesco Musotto (EPP-ED, I)
Koezjoni Ekonomika u Socjali: it-2 rapport interim: Emmanouil Mastorakis (PES, GR)
Fondi Strutturali: rapport annwali ta’ l-1999: Camilo Nogueira Román (Greens/EFA, E)
Fondi ta’ Koezjoni: rapport annwali ta’ l-1999: Sérgio Marques (EPP-ED, P)
Fondi Strutturali, Fond ta’ Koezjoni u Strument ta’ Qabel l-Adezjoni ISPA: rapporti annwali ta’ l-2000: Maurizio Turco (IND, I)
Fondi Strutturali: rapport annwali ta’ l-2001: Helmuth Markov (GUE/NGL, D)
Fondi ta’ Koezjoni: rapport annwali ta’ l-2001: Dana Rosemary Scallon (EPP-ED, IRL)
ISPA: rapport annwali ta’ l-2001: Adriana Poli Bortone (UEN, I)
  
Gurnal Ufficjali – atti finali:
  
Koezjoni Ekonomika u Socjali: l-1 rapport - test adottat mill-Parlament
Koezjoni Ekonomika u Socjali: it-2 rapport - test adottat mill-Parlament
Koezjoni Ekonomika u Socjali: it-2 rapport interim - test adottat mill-Parlament
Fondi Strutturali: rapport annwali ta’ l-1999- test adottat mill-Parlament
Fond ta’ Koezjoni: rapport annwali ta’ l-1999 - test adottat mill-Parlament
Fondi Strutturali, Fond ta’ Koezjoni u Strument ta’ Qabel l-Adezjoni ISPA: rapporti annwali ta’ l-2000 - test adottat mill-Parlament
Fondi Strutturali: rapport annwali ta’ l-2001 - test adottat mill-Parlament
Fond ta’ Koezjoni: rapport annwali ta’ l-2001 - test adottat mill-Parlament
ISPA: rapport annwali ta’ l-2001 - test adottat mill-Parlament

 

 

 
  Publishing deadline: 2 April 2004