Il-Parlament Ewropew
fl-azzjoni
Punti Principali 1999-2004

 
Il-Parlament Ewropew
Riforma ta’ l-UE
Tkabbir
Id-drittijiet tac-cittadini
Ic-cittadinanza Ewropea
Il-Karta
tad-Drittijiet Fundamentali
Id-Drittijiet Fundamentali
L-access pubbliku
ghal dokumenti
L-edukazzjoni
u l-mobilità taz-zaghzagh
Il-Gustizzja
u l-affarijiet ta’ l-intern
Relazzjonijiet barranin
Protezzjoni Ambjentali /
tal-Konsumatur
Trasport / Politika Regjonali
Agrikoltura / Sajd
Il-politika ekonomika
u monetarja
Il-Politika ta’ l-Impjiegi
u Socjali / Drittijiet tan-nisa
Suq intern / Industrija / Energija / Ricerka
 

EPP-ED PSE Group ELDR GUE/NGL The Greens| European Free Alliance UEN EDD/PDE

> Free Movement


Erasmus, l-istedina ghal vjagg

Fl-1987, gie mniedi Erasmus: dik is-sena, 3 000 student marru biex itejjbu l-formazzjoni taghhom f’università Ewropea ohra. Fl-2002, hmistax-il sena wara, kwazi nqabez massimu ta’ miljun beneficjarju. Dan juri s-success dejjem jikber ta’ din l-inizjattiva, dejjem appoggjata mill-Parlament Ewropew, u li fi hdan il-qafas tal-programm generali Socrates, tkattar fi: Comenius, Grundtvig, Lingua, Minerva,... Programmi li ghalihom, id-deputati dejjem ippruvaw izidu l-ambizzjonijiet u l-mezzi.

Seba’ studenti ta’ nazzjonalitajiet differenti jiltaqghu ghal sena f’appartament f’Barcellona: Franciz, Taljan, Ingliz, Daniz, Germaniz, Spanjol minn Andalucia u Belgjan. Jinsabu hemm ghall-ahhar sena ta’ l-istudji taghhom grazzi ghall-programm ta’ skambji ta’ Universitajiet, Erasmus. Inholqot Komunità Ewropea zghira bid-differenza kulturali taghha, bin-nuqqas ta’ ftehim taghha, bis-similaritajiet taghha. Huwa "L'Auberge espagnole", film Franciz divertenti ta’ Cédric Klapisch li juri realizzazzjoni konkreta hafna ta’ l-Ewropa ghall-beneficcju ta’ l-istudenti, tal-ftuh taghhom ghal-lingwi u ghall-kulturi ohra.

Il-programm Erasmus ghandu l-ghan li jippromwovi l-mobilità mhux biss ta’ l-istudenti izda wkoll tal-professuri ta’ l-universitajiet, sabiex jahdmu u jimplimentaw programmi ta’ studju, korsijiet intensivi, attivitajiet li jinvolvu aktar minn dixxiplina wahda, it-taghlim ta’ certi dixxiplini f’lingwi ohra. Erasmus zviluppa wkoll is-Sistema Ewropea ta’ Unitajiet Kapitizzabbli (ECTS), destinata sabiex tiffacilita r-rikonoxximent akademiku ta’ perjodi ta’ studji li jsiru fi Stati Membri ohra. Din is-sistema tiffavorixxi l-mobilità ta’ studenti billi tippermetti li dawn il-perjodi jigu kkunsidrati fil-kisba tad-diploma.

Taht il-patrocinju ta’ Sokrate

Imniedi fl-1987, Erasmus gie rregistrat, sa mill-1995, fil-qafas aktar generali ta’ “Socrates”, programm kbir Ewropew ta’ l-edukazzjoni li ma ghandux fruntjieri fl-Unjoni nnifisha u li jlaqqa’ madwar tletin pajjiz Ewropew, il-hmistax-il membru attwali, l-ghaxra li sejrin jissiehbu, il-Bulgarija u r-Rumanija, it-tlett pajjizi taz-Zona Ekonomika Ewropea (l-Islanda, in-Norvegja u l-Liechtenstein) u, dalwaqt, it-Turkija. Socrates jinkludi mhux biss Erasmus, izda wkoll Comenius, ghat-taghlim sekondarju, Grundtvig ghall-edukazzjoni permanenti, Lingua, ghat-tahrig fil-lingwi, u Minerva, ghat-taghlim mill-boghod u t-teknologiji ta’ l-informatika.

Dawn l-azzjonijiet Ewropej kollha jikkumplimentaw il-politika nazzjonali, b’virtu tal-principju tas-sussidjarjetà: ghall-Istati Membri r-responsabilità ghall-politika u programmi nazzjonali ta’ taghlim, ghall-Unjoni Ewropea r-responsabilità li tinkoraggixxi l-kooperazzjoni bejniethom, li tippromwovi d-dimensjoni Ewropea u r-rikonoxximent minn wiehed ghall-iehor tad-diplomi, li tiffavorixxi l-mobilità ta’ l-istudenti u tal-professuri, l-iskambju ta’ l-informazzjoni u ta’ prattici tajbin, dan kollu bil-ghan li fuq perjodu ta’ zmien fit-tul, tinholoq zona Ewropea ghal edukazzjoni oghla. F’dan il-qasam, il-Parlament huwa l-ko-legislatur flimkien mal-Kunsill, igifieri l-gvernijiet, u ghalhekk jista’ jsemma’ l-vuci tieghu.

Izda, minkejja s-success dejjem jikber tieghu, Erasmus ghadu ma lahaqx l-ambizzjoni li l-Parlament kien fassal ghalih matul l-adozzjoni tat-tieni fazi tal-programm Socrates 2000-2006, igifieri rata ta’ partecipazzjoni ta’ bejn wiehed u iehor 10 % ta’ l-istudenti Ewropej f’azzjonijiet ta’ mobilità mbassra ghal Erasmus. L-adozzjoni tal-programm saret biss wara tlett seduti, f’Jannar 2000: il-Parlament rieda tibqa’ sejra sa l-ahhar tal-procedura ta’ decizjoni kongunta sabiex jikseb zjieda sinnifikanti fil-bagit, li tigi riveduta fil-kaz tat-tkabbir, u s-simplifikazzjoni tal-proceduri amministrattivi. B’hekk il-Parlament irnexxielu jtella’ l-bagit ta’ Socrates ghall-perjodu 2000-2006 ghal 1 850 miljun euro, bi klawsola ta’ revizjoni fil-kaz tat-tkabbir. Fil-bidu l-Kummissjoni pproponiet 1 400 miljun u fil-bidu l-Kunsill ma riedx jaqbez l-1 500 miljun.

Il-Parlament, appoggjat mill-Kummissjoni, stinka wkoll sabiex Socrates jikkontribwixxi esplicitament ghall-izvilupp ta’ “zona Ewropea ta’ l-edukazzjoni”, izda ffacjat bl-oppozizzjoni tal-Kunsill li ghalih dan il-koncett kien qisu tabù, id-deputati kellhom jikkuntentaw rwiehhom b’referenza ghal “dimensjoni Ewropea ta’ l-edukazzjoni u tal-formazzjoni”.

Il-"process ta’ Bologna"

Madankollu, fl-1999, disgha w ghoxrin Stat Ewropew iffirmaw “id-Dikjarzzjoni ta’ Bologna”, li ghandha l-ghan li tohloq zona Ewropea ta’ edukazzjoni oghla sa l-ahhar tas-seklu. Fil-fatt, jidher li hemm bzonn ta’ gabra flimkien tas-sistemi sabiex l-Ewropa tkun tista’ ssir “l-ekonomija ta’ l-aktar gharfien kompetittiv u dinamiku tad-dinja”, skond l-istrategija maghrufa bhala ta’ Lisbona, adottata mill-Kunsill Ewropew f’Marzu 2000. F’Bologna, il-ministri hadmu wkoll ghal rikonfigurazzjoni ta’ korsijiet ta’ l-università skond l-istruttura bac +3 , +5, +8 (jew licenzja, masters, dottorat), u sabiex is-settur ta’ l-edukazzjoni oghla fl-Ewropa jezercita fuq id-dinja kollha attirazzjoni bil-kobor tat-tradizzjonijiet kulturali u xjentifici kbar taghna.

Fl-2001, il-Kunsill adotta rakkommandazzjoni dwar ic-cirkolazzjoni libera tal-persuni. B’mod partikolari tatlab lill-Istati Membri sabiex inehhu l-ostakoli legali u amministrattivi ghall-mobilità ta’ l-istudenti u tal-professuri u sabiex jippromwovu t-tahrig tal-lingwi tal-Komunità bil-ghan li jiffavorixxi din il-mobilità. L-Istati kienu inkorragguti wkoll jippromwovu “zona Ewropea tal-kwalifici”, fost affarijiet ohra bl-uzu ta’ l-ECTS. Dawn ir-rakkommandazzjonijiet kollha kienu f’konformità perfetta max-xewqat tal-Parlament. Min-naha l-ohra, il-mizuri fiskali u socjali, mitluba mid-deputati, ma nzammux minhabba r-riskju li l-ostakoli konkreti ghall-mobilità jibqghu prezenti.

Erasmus Mundus

Fl-ahhar tal-legislatura, f’Ottubru 2003, il-Parlament seta’ jikkontribwixxi b’mod sinnifikanti ghat-tnedija ta’ programm gdid komunitarju miftuh ghad-dinja kollha. Illum, il-maggoranza ta’ l-istudenti li jiehdu sehem fl-iskambji internazzjonali fid-dinja jaghzlu li jmorru fl-Istati Uniti. Erasmus Mundus ghandu l-ghan li jakkomoda aktar fl-universitajiet Ewropej. Huwa sejjer joffri boroz ta’ studji ghal aktar minn 4 000 student gradwat minn pajjizi terzi (ghajr dawk ta’ l-Istati ta’ l-Assocjazzjoni Ewropea tal-Kummerc Liberu – l-Islanda, il-Liechtenstein u l-Isvizzera – u anki l-pajjizi kandidati) u ghal madwar elf professur. Id-deputati, li laqghu b’mod favorevoli hafna dan il-programm, hatfu l-okkazjoni sabiex javvanzaw l-idea taghhom ta’ zona Ewropea ta’ edukazzjoni oghla billi kisbu l-holqien ta’ "masters Erasmus Mundus" sabiex l-istudenti jkunu jistghu jaghmlu “tour ta’ l-Ewropa” f’bosta universitajiet. Il-Parlament innegozja bis-shih mal-Kunsill sabiex jikseb bagit ahjar.



  
Relaturi:
  
Mobilità ghall-ghalliema, min iharreg, studenti: Robert J.E. Evans (PES, UK)
Programm Socrates 2000-2004: Doris Pack (EPP-ED, D)
Programm Erasmus Mundus 2004-2008: Marielle De Sarnez (EPP-ED, F)
  
Atti finali pubblici fil-Gurnal Ufficjali :
  
Mobilità ghall-ghalliema, min iharreg, studenti
Programm Socrates 2000-2004
Programm Erasmus Mundus 2004-2008 – il-procedura ghadha ma ntemmitx

 

 

 
  Publishing deadline: 2 April 2004