Il-Parlament Ewropew
fl-azzjoni
Punti Principali 1999-2004

 
Il-Parlament Ewropew
Riforma ta’ l-UE
Tkabbir
Id-drittijiet tac-cittadini
Il-Gustizzja
u l-affarijiet ta’ l-intern
Relazzjonijiet barranin
Protezzjoni Ambjentali /
tal-Konsumatur
Ir-responsabilità ambjentali
It-tniggis ta’ l-arja
Il-gassijiet tas-serra
Iz-zjut tal-karozzi II
L-iskart elettroniku
L-iskart ta’ l-ippakkjar
Is-sigurtà ta’ l-ikel
Il-GMOs
It-tabakk
It-tniggis bil-hsejjes
Il-kosmetici
It-tessuti u c-celloli umani
Trasport / Politika Regjonali
Agrikoltura / Sajd
Il-politika ekonomika
u monetarja
Il-Politika ta’ l-Impjiegi
u Socjali / Drittijiet tan-nisa
Suq intern / Industrija / Energija / Ricerka
 

EPP-ED PSE Group ELDR GUE/NGL The Greens| European Free Alliance UEN EDD/PDE

> ELDR on Food Safety


L-Ikla t-Tajba!

Id-diossina fit-tigieg, ormoni fic-canga, BSE, il-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer – ruxxmata ta’ bizghat dwar l-ikel f'dawn l-ahhar snin ghamlet l-igjene u s-sigurtà fl-ikel kwistjoni ta' importanza primarja ghall-konsumaturi fl-Ewropa. Dawn il-bizghat ma jieqfu fl-ebda fruntiera, ghalhekk il-pressjoni mill-pubbliku zdiedet ghal mizuri f’livell Ewropew biex jilqawlhom mill-ewwel u sabiex joghlew l-istandards generali dwar l-ittikkettjar u l-ispezzjonijiet. L-UE irrispondiet b'serje ta’ legislazzjoniet dwar is-sigurtà fl-ikel. Il-MPE appoggjaw bi shih bosta minn dawn il-mizuri, bhall-projbizzjoni ta’ l-uzu ta’ l-ormoni fit-trobbija ta’ l-annimali, waqt li ssahhu mizuri ohra, specjalment ir-regoli dwar l-uzu ta' l-addittivi fl-ikel u t-tikketti fuq il-prodotti tal-laham.

L-ikel li nieklu hu inqas espost ghal certi riskji milli kien fil-passat, minhabba l-pasturizzazzjoni u standards oghla ta’ igjene. Izda metodi intensivi ta’ biedja fihom riskji ghas-sahha. Barra minn hekk, in-numru ta’ nies li jsofru minn allergiji ghal xi ikel qieghed dejjem jizdied. F’dan l-isfond, l-UE bdiet kampanja kbira biex tgholli l-istandards tas-sahha u ta' l-igjene matul l-istajdi kollha tal-produzzjoni. Fil-fatt, wahda mill-aktar prijoritajiet importanti tal-politika tal-Kummissjoni Ewropea maghzula kmieni f'din il-legislatura kien propju s-sigurta' ta' l-ikel. Il-MPE kienu nvoluti sew fil-bosta legislazzjonijiet li rrizultaw, minhabba li ligijiet ta’ l-UE dwar is-sigurta' ta' l-ikel ma jistghux jigu adottati minghajr l-approvazzjoni tal-Parlament, dan skond il-procedura ta’ decizjoni kongunta.

Sensiela ta’ inkwiet - mill-mad cow disease ghall-antibiotici u ormoni

Wara li fid-disghinijiet tferxet b'mod mghaggel hafna il-bovine spongiform encephalopathy (BSE), maghrufa wkoll bhala l-marda tal-mad cow, kien skopert li xi nghag kienu gew nfettati billi kienu mitmugha ikel ikkontaminat bil-BSE. Dan gieghel lill-Kummissjoni tipproponi kontrolli akbar fuq it-transmissible spongiform encephalopathies (TSEs) ta’ kull tip fl-annimali u fuq l-prodotti ta’ l-animali kollha. Il-Parlament inkluda l-kundizzjoni li jsiru testijiet dijanjostiki rapidi f’kull kaz suspettuz ta’ TSE f'din il-legislazzjoni. Hu ta l-appogg tieghu ukoll ghall-projbizzjoni shiha fuq ghalf ta' l-annimali kompost minn laham u ghadam (maghmula mill-fdalijiet tal-karkassi ta’ annimali). Din il-legislazzjoni ilha fis-sehh fil-Membri Stati kollha minn Lulju 2001.

Problema ohra hi l-antibijotici, li huma wzati fit-trobbija intensiva ta’ l-annimali - parti ghall-kontroll tal-mard, li hu perfettament legali, imma parti minnhom biex isostnu t-tkabbir ta' l-annimali, li hu illegali. Barra minn hekk, l-uzu tant mifrux taghhom fil-medicina umana u fil-biedja qed iwassal ghal holqien ta’ "super-bugs" rezistenti hafna. Ghaldaqstant fl-2001, l-MPE taw l-appogg taghhom ghal linji ta’ gwidi godda ta’ l-UE fuq l-uzu ta’ agenti antimikrobi fil-medicina umana, ghalkemm huma xtaqu jinkludu wkoll il-medicina veterinarja u s-sahha tal-pjanti.

Il-prezenza ta’ ormoni u sustanzi simili fil-laham ukoll tqanqal l-ansjetà fil-pubbliku. Dawn il-prodotti huma principalment uzati biex isemmnu l-annimali tar-razzett imma jistghu wkoll jidhlu fl-ikel, fejn joholqu riskji partikolari ghal tfal fl-età ta’ qabel il-pubertà billi joholqu effetti ta’ zvilupp, immunologija u newrologija. Minhabba li l-Ewropa timporta hafna prodotti ta' l-ikel, kull projbizzjoni fuq dawn is-sustanzi trid tkun konformi mar-regoli tal-kummerc dinji. Minhabba dan, fl-2000, l-UE kellha terga tezamina l-legislazzjoni taghha dwar din il-kwistjoni. Il-Kummissjoni pproponiet li zzomm il-projbizzjoni fuq l-uzu ta’ hafna mis-sustanzi li jintuzaw fit-trobbija ta’ l-annimali sakemm ikun hemm aktar informazzjoni xjentifika cara. Il-Parlament appoggja bil-qawwa din il-pozizzjoni u b’success heggeg iktar restrizzjonijiet, anki akbar fuq l-uzu ta’ sustanza partikolari, l-oestradiol 17 beta, minhabba li hi karcinogena.

Allergiji mill-ikel – problema li qed tikber

L-allergiji mill-ikel jaffettwaw madwar 8% tat-tfal u 3% ta’ l-adulti, u n-numru qieghed dejjem jizdied. Dawn jistghu jikkawzaw kundizzjonijiet li jvarjaw minn allergiji hfief ghal dawk fatali. L-aktar prodotti li jikkawzaw allergiji komuni jinkludu l-halib tal-baqar, frott, karawett, soja, fazola, bajd, hut, qamh u cerejali ohra. Jekk it-tikketti fuq il-prodotti ta’ l-ikel ma jelenkawx l-ingridjenti u s-sustanzi mizjuda kollha, dawk li jsofru mill-allergiji ma jkollhom l-ebda mod kif ikunu jistghu jsiru jafu jekk l-ikel hux perikoluz ghalihom jew le. Ingredjenti komposti jistghu jkunu problema partikolari jekk ma jkunx hemm deskrizzjoni kompluta tal-komponenti taghhom.
F’Lulju 2003, il-Parlament approva aggornament tal-legislazzjoni ta’ l-UE dwar it-tikketti fuq l-ikel bl-ghan li l-komponenti ta’ ingridjenti komposti jkunu mnizzla b'mod aktar car fuq it-tikketti. Wara pressjoni mill-MPE, l-informazzjoni li ghandha tidher fuq it-tikketti ta’ l-ikel se tkun aktar kompluta: ezenzjonijiet mill-htiega li jitnizzlu fuq it-tikketti se jinghataw biss jekk dak l-ingredjent jifforma inqas minn 2% tal-prodott final, u l-karfusa u l-mustarda gew mizjuda mas-sutanzi allergici li ghandhom jitnizzlu fuq it-tikketti.

Spezzjonijiet u tikketti aktar retti

Spezzjonijiet u tikketti aktar retti huma krucjali biex tigi assigurata s-sigurtà fl-ikel. Il-kwistjoni ta' ‘traccabilità’ giet indirizzata u gew introdotti regoli aktar stretti dwar it-tikketti ghac-canga. Dawn gew introdotti permezz ta’ ligi ta’ l-UE li holqot sistema ta’ identifikazzjoni tal-baqar maqtula minn Settembru tas-sena 2000 'l hawn. It-tikketti ghandhom issa jaghmluha possibli ghall-konsumatur sabiex ikun jaf mil-liema annimal u biccerija gie l-laham. Il-MPE zguraw li l-post tat-twelid u t-trobbija ta’ l-annimal jigi wkoll indikat b’mod car fuq it-tikketta u li r-regoli dwar it-tikkettjar ghac-canga kkappuljata jkunu aktar retti minn kif kienu pproponuti fil-bidu.

F'Marzu 2004, il-Parlament addotta Regolament dwar is-sigurta fl-ikel, tikketti u spezzjonijiet ta’ ikel u ghalf ghall-annimali, inkluzi dawk impurtati minn pajjizi barra mill-UE. Fuq pressjoni mill-MPE, l-ispetturi tas-sahha se jithallew jaghmlu kontrolli minghajr avviz minn qabel; waqt l-ispezzjonijiet huma se jkollhom ukoll jikunsidraw is-sahha ta’ l-annimali; il-gvernijiet iridu jintroducu pieni kriminali effettivi u preventivi kontra min jikser il-ligi. Fir-rigward tal-kunfidenzjalità tar-rizultati ta’ l-ispezzjonijiet ta’ l-ikel, il-Parlament iffavorixxa trasparenza akbar sabiex il-pubbliku jkollu access aktar malajr ghall-informazzjoni mizmuma mill-awtoritajiet. Din il-legislazzjoni ghandha tidhol fis-sehh f'Jannar 2006.

Fl-istess xahar, il-Parliament ta l-verdett tieghu fuq pakkett legislattiv li jaggorna regoli teknici ta’ l-UE fuq l-igjene ta’ l-ikel u l-ispezzjonijiet tas-sahha dwar is-sigurta' fl-ikel. L-ghan hu li jissahhu r-regoli – partikolarment dwar il-laham – u jsiru aktar ibbazati fuq ix-xjenza u r-riskju. Il-MPE laqgghu bil-hegga l-legislazzjoni imma qed jahdmu sabiex negozji zghar ikollhom aktar flessibiltà f'dak li ghandu x'jaqsam mal-ispezzjonijiet. Mill-banda l-ohra, huma jemmnu li l-impjegati tal-bicceriji ghandhom jaghmlu spezzjonijiet huma stess fuq zewg kategoriji biss ta’ laham: tigieg u fniek. Probabilment, il-Parlament se jkollu jinnegozja fuq dawn iz-zewg punti mal-Kunsill u l-Kummissjoni qabel ma l-legislazzjoni tkun tista' tigi ffinalizzata.

L-Awtorità Ewropea ghas-Sigurta' fl-Ikel

Minn issa ’l quddiem, l-Awtorità Ewropea ghas-Sigurtà fl-Ikel (EFSA), li twaqqfet fl-2003, ser tkun il-bazi fundamentali tal-politika tal-UE. Ix-xoghol ta’ din l-awtorità hu li tipprovdi pariri indipendenti xjentifici u teknici sabiex issahhah il-politika u l-legislazzjoni ta’ l-UE dwar is-sigurtà fl-ikel, li tohrog avvizi minn qabel dwar riskji fl-ikel u li zzomm lill-pubbliku infurmat dwar kwistjonijiet ta’ sigurta fl-ikel.
Il-Parlament minn dejjem sostna t-twaqqif ta' din l-Awtorità u kien hu li ried izid il-kelma "Sigurtà" fl-isem taghha, biex b'hekk jenfasizza dan l'aspett tax-xoghol taghha bhala Awtorità. Il-Parlament ried jizgura wkoll li 4 mill-14 'il membru fuq il-Bord tat-tmexxija jkollhom esperjenza fil-qasam tal-konsumatur u s-settur ta' l-ikel. F'Dicembru 2003 kien deciz li l'Awtorità ggorr mill-bazi temporanja fi Brussel ghas-sede permanenti taghha f'Parma, l-Italja.

N.B. F'din is-serje ta' noti wiehed jista jsib aktar informazzjoni dwar il-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer kif ukoll dwar l-organizmi genetikament mmodifikati. Dan is-suggett ta' l-ahhar hu ttrattat fin-nota tal-Kumitati Temporanji tal-Parlament Ewropew.



  
Rapporteurs:
  
TSEs: Dagmar Roth-Behrendt (PES, D)
Uzu prudenti ta’ agenti antimikrobi: Didier Rod (Greens/EFA, F)
Sostanzi b'effetti ormonali jew tirostatika u beta-agonists: Karl Erik Olsson (ELDR, S)
Indikazzjoni ta’ l-ingredjenti prezenti fl-affarijiet ta’ l-ikel: Christa Klass (EPP-ED, D)
Ittikkettjar tac-canga, traccabilità: Mihail Papayannakis (GUE/NGL, GR)
Sigurtà fl-ikel: kontrolli ufficjali fuq ghalf ta' l-annimali u affarijiet ta' l-ikel: Marit Paulsen (ELDR, S)
Igjene fl-affarijiet ta’ l-ikel: Horst Schnellhardt (EPP-ED, D)
Produzzjoni u bejgh ta’ ikel li jorigina mill-annimali: Horst Schnellhardt (EPP-ED, D)
Kontrolli ufficjali fuq prodotti li joriginaw mill-annimali li huma mmirati ghall-konsum mill-bniedem: Horst Schnellhardt (EPP-ED, D)
Regoli ta’ igjene ghal ikel li jorigina mill-annimali: Horst Schnellhardt (EPP-ED, D)
L-Awtorità Ewropea tas-Sigurtà fl-Ikel: Phillip Whitehead (PES, UK)
Is-Sit ta’ l-Internet ta’ l-Awtorità Ewropea tas-Sigurtà fl-Ikel
  
Gurnal Ufficjali – Atti Finali:
  
TSEs
Uzu prudenti ta’ agenti antimikrobi
Sostanzi b’azzjoni ormonali jew tirostatika u beta-agonists
Indikazzjoni ta’ l-ingredjenti prezenti fl-affarijiet ta’ l-ikel
Ittikkettjar tac-canga, traccabilità
Sigurtà fl-ikel: kontrolli ufficjali fuq ghalf ta' l-annimali u affarijiet ta' l-ikel
Igjene fl-affarijiet ta’ l-ikel
Produzzjoni u u bejgh ta’ ikel li jorigina mill-annimali
Kontrolli ufficjali fuq prodotti li joriginaw mill-annimali li huma mmirati ghall-konsum mill-bniedem
Regoli ta’ igjene ghal ikel li jorigina mill-annimali
L-Awtorità Ewropea tas-Sigurtà fl-Ikel

 

 

 
  Publishing deadline: 2 April 2004