skip to content

Cookies on the EU website

We use cookies to give the best experience on our site. Continue without changing your settings, and you'll receive cookies, or change your cookie settings at any time.

Continue
 
 
 
08-05-2018
 .

Staqsi lill-MPE Tieghek f’Ghawdex

 .

Mal-MPE Marlene Mizzi u mal-MPE Francis Zammit Dimech

 .

L-opportunitajiet ta’ xoghol f’Ghawdex u kif l-UE tista’ tahdem iktar biex tippromwovihom kienu s-suggett ta’ dibattitu mqanqal fis-sessjoni Staqsi lill-MPE Tieghek! dalghodu fl-Iskola Sekondarja, Kullegg ta’ Ghawdex, fir-Rabat

 .
Marlene Muscat miċCentru ta' Informazzjoni
Marlene Muscat miċ-Ċentru ta' Informazzjoni "Europe Direct" f'Għawdex flimkien ma Anna Zammit, Aġent Kap tal-Uffiċċju ta' Kollegament tal-Parlament Ewropew f'Malta jindirizzaw il-laqgħa
 .

Status ta’ regjun ghal Ghawdex kien promoss bil-qawwi minn uhud mill-participanti, bil-MPE jispjegaw li l-politika regjonali attwali, fejn l-UE trid tillegizla ghat-territorju kollu, ma tatix lok ghal dan l-istatus.
Il-proposta ghal emenda kostituzzjonali li tirrikonoxxi lil Ghawdex bhala regjun kienet appogjata mill-MPE Francis Zammit Dimech li nnota li din tghin il-kawza ta’ Ghawdex bhala regjun quddiem il-Kummissjoni Ewropea. Hu qal dan b’risposta ghall-mistoqsijiet dwar il-pozizzjoni li hadet il-Kummissarju tal-Politika Regjonali Cretu fid-Djalogu mac-Cittadini recentement f’Ghawdex kontra fond separat ghal Ghawdex.
Il-MPE Mizzi enfasizzat li t-tkabbir ekonomiku u l-impjieg shih f’Malta irid ikun rifless b’mod shih f’Ghawdex. Il-MPE Zammit Dimech innota li 10% tal-fondi tal-UE ghal Malta huma allokati ghal Ghawdex. L-awtoritajiet Maltin iridu jiddefinixxu lil Ghawdex bhala regjun fil-kuntest tal-politiki nazzjonali sabiex Ghawdex ikollu verament vuci dwar liema progetti jtejbu l-impjiegi, il-konnettivita, it-tkabbir ekonomiku u l-kwalita tal-hajja, il-MPE Zammit Dimech qal.

Il-kwalita tal-arja ahjar f’Ghawdex mhix biss haga tajba imma wkoll simbolu tal-pass bil-mod tal-izvilupp f’Ghawdex qalu uhud minn dawk prezenti. Id-diffikultajiet iffacjati minn dawk li jridu jinzlu Malta ghax-xoghol kuljum, il-brain drain minn Ghawdex, biz-zghazagh sfurzati jfittxu opportunitajiet bnadi ohra, u n-nuqqas tal-UE li tindirizza l-bzonn ta’ impjiegi ta’ kwalita tajba f’Ghawdex kienu abbazi ta’ certu Ewro-xetticizmu espress minn uhud prezenti.

 .
L-MPE Maltin Marlene Mizzi u Francis Zammit Dimech waqt id-dibattitu.L-MPE Maltin Marlene Mizzi u Francis Zammit Dimech waqt id-dibattitu.
L-MPE Maltin Marlene Mizzi u Francis Zammit Dimech waqt id-dibattitu.
 .

Il-MPE u ohrajn fl-udjenza wissew dwar il-perikli tad-dizinformazzjoni li nwahhlu fl-UE fejn l-affarijiet imorru hazin, u n-nuqqas ta’ gharfien dwar dak li hu kompetenza tal-UE u dak li minnu responsabbli l-Istati Membri u dwar il-progetti u l-opportunitajiet li jigu mis-shubija fl-UE. Dan hu dak li wassal ghal Brexit, huma qalu, u hu importanti li nkunu konxji mill-konsegwenzi li jkun hemm li kieku l-Unjoni Ewropea titfarrak.
Il-MPE stiednu lill-partecipanti biex jahsbuha sew dwar ir-realta xi tkun li kieku ma nkunux parti mill-Unjoni u l-beneficcji tas-suq ta’ 500 miljun marbut maghha.

Il-MPE iddiskutew soluzzjonijiet bhat-teleworking, l-estensjoni ikbar tal-qasam tas-servizzi finanzjarji f’Ghawdex, u d-digitalizzazzjoni, li tiftah il-bibien ghal kulhadd. Il-MPE Mizzi ddiskutiet il-Portal Digitali Uniku li bhalissa qed tahdem fuqu bhala rapporteur tal-Parlament Ewropew, li ghandu jkun varat sa Gunju, li se jaghmel possibbli fl-Unjoni l-access onlajn ghad-dokumenti mahruga mill-istat, bhac-certifikati, fl-Istati Membri kollha b’zewg lingwi inkluza l-lingwa tal-Istat Membru.

Il-MPE Zammit Dimech ghafas fuq il-kuncett li bhala parti mill-Ewropa, Malta u Ghawdex ghandhom jimmiraw li jibbenefikaw kemm jistghu mill-fondi disponibbli ghat-titjib tal-progetti, anke jekk l-istess progetti nistghu naghmluhom bhala stat, u ssottolinja li l-progetti li jtejbu t-turizmu ghandhom effett fuq hafna setturi ohra tal-ekonomija. Hu qal dan b’rispons ghall-kritika minn partecipant li f’Ghawdex saru biss progetti marbuta mat-turizmu.

Kien hemm min esprima thassib li t-tkabbir ekonomiku ta’ Malta possibilment se jaghmilha kontributur nett ghall-bagit tal-UE li jmiss u jekk dan ikunx ifisser inqas fondi ghal Ghawdex. Il-MPE qalu li fid-diskussjonijiet kurrenti dwar il-qafas finanzjarju multiannwali ghal wara l-2020, mhux zgur li l-istatus ta’ Malta se jinbidel, waqt li gibdu l-attenzjoni ghall-potenzjal ta’ tibdil li se ggib maghha l-Brexit fil-bagit li jmiss u li wiehed ghad irid jara jekk hux se jkun hemm fondi sufficjenti ghal kulhadd. Il-MPE Mizzi qalet li l-problemi partikolari li jiffaccjaw gżejjer żghar definittavement ghandhom jigu kkunsidrati, u dan hu dak li qed jahdem fuqu intergrupp ta’ MPE li hi taghmel parti minnu.

F’vidjo irrekordjat ghal din id-diskussjoni, il-MPE Roberta Metsola inkoraggiet liż-żghażagh Ghawdxin sabiex ikunu pro-attivi u jinvolvu ruhhom biex iwasslu ghall-bidla u l-opportunitajiet ahjar illi huma tant entużjasti dwarhom. Il-mina bejn Malta u Ghawdex se tiehu ż-żmien, hija qalet, u l-hajja taż-żghażagh ma tistax tistenna sakemm din issir. Servizzi u opportunitajiet ahjar huma mehtiega ghal Ghawdex, il-MPE Metsola enfasizzat, u hemm bzonn ta’ breakwater f’Marsalforn sabiex ikun villagg turistiku tul is-sena kollha.

Id-dimensjoni internazzjonali tal-politika tal-UE kienet ukoll diskussa, bil-MPE jigu mitluba jaqsmu l-pożizzjoni taghhom dwar il-proposti li l-President Franciż Macron fil-Plenarja tal-Parlament Ewropew il-gimgha l-ohra, inkluż l-idea ta’ Ministru tal-Finanzi ghall-Ewropa, u kif dawn jistghu jaffettwaw lil Malta u Ghawdex.

IL-MPE Mizzi u l-MPE Zammit Dimech apprezzaw il-pożizzjoni ta’ Macron favur l-Ewropa iżda qalu illi l-proposti tieghu ghandhom jigu studjati. Jekk Ministru tal-Finanzi ghall-Ewropa jfisser armonizazzjoni tat-taxxa, il-MPE Maltin se jirreżistuha, il-MPE Mizzi qalet, waqt li fakkret il-pożizzjoni maghquda tal-MPE Maltin kollha kontra l-proposti dwar it-tassazjoni li jkunu ta’ dannu ghall-interessi ta’ Malta.

Iż-żewg MPE enfasizzaw il-valur tad-diskussjoni wicc imb’wicc mac-cittadini illi huma jirrapreżentaw fil-Parlament Ewropew u inkoraggew lil dawk preżenti sabiex jibqghu f’kuntatt maghhom dwar il-kwistjonijiet li qajmu biex ikomplu jiddiskutuhom.

Is-sessjoni kienet organizzata mic-Centru ta’ Informazzjoni Europe Direct t’Ghawdex bl-appogg tal-Ufficcju tal-Parlament Ewropew f’Malta.

 .
 
 .

Aħbarijiet onlajn

 .
TVM - Should Malta’s Constitution consider Gozo as a region?
 .
Newsbook - http://www.newsbook.com.mt/artikli/2018/4/29/ritratti:-ghawdxin-jilmentaw-mal-meps-kontra-l-ewropa.74443/
 .