Carlo CALENDA : Curriculum vitae 

Verżjoni oriġinali : IT 

Curriculum vitae (Il-Membru Parlamentari huwa esklużivament responsabbli għall-informazzjoni pubblikata)  
Aġġornata: 17/09/2019 

Edukazzjoni (kwalifiki u diplomi) 

  • Lawrja fil-Liġi bi speċjalizzazzjoni fid-dritt internazzjonali – l-Università La Sapienza

Karriera professjonali 

  • 2008-2013 : Interporto Campano – Direttur Ġenerali
  • 2004-2008 : Confindustria – Assistent tal-President b'delega għall-affarijiet internazzjonali, u sussegwentement direttur tal-qasam strateġiku tal-affarijiet internazzjonali. Matul il-mandat tiegħu segwa l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' delegazzjonijiet internazzjonali, laqgħat istituzzjonali u attivitajiet ta' negozju bejn impriżi. Ħadem fuq il-fajls prinċipali dwar il-kummerċ u l-investimenti internazzjonali
  • 2003-2004 : Sky Italia – Uffiċjal responsabbli għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti u t-tfassil tal-programmi
  • 1998-2003 : Ferrari – Uffiċjal responsabbli għar-relazzjonijiet mal-istituzzjonijiet finanzjarji u responsabbli għas-sezzjoni: Customer Relationship Management

Karriera politika 

Kariki fi gvern nazzjonali  
  • 05/2013-03/2016 : Viċi Ministru tal-Iżvilupp Ekonomiku fil-Gvern immexxi minn Letta b'delega għall-politiki għall-internazzjonalizzazzjoni u l-kummerċ internazzjonali. Ġie kkonfermat f'dan ir-rwol matul il-Gvern immexxi minn Renzi; ingħata wkoll id-delegi biex iħajjar l-investiment barrani u t-tmexxija tal-attivitajiet tal-ICE-Italtrade (Aġenzija għall-promozzjoni barra l-pajjiż u l-internazzjonalizzazzjoni tal-impriżi Taljani). Membru tal-Kunsill tal-Ministri tal-Kummerċ Barrani u President fil-kariga matul is-sitt xhur tal-Presidenza Taljana tal-Kunsill Ewropew, fit-tieni nofs tal-2014. Barra minn hekk, kien Viċi President fl-Għaxar Konferenza Ministerjali tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ li saret f'Nairobi f'Diċembru 2015
  • 03/2016-05/2016 : Rappreżentant Permanenti tal-Italja fl-Unjoni Ewropea
  • 05/2016-06/2018 : Ministru tal-Iżvilupp Ekonomiku fil-Gvern ta' Renzi, u kkonfermat mill-ġdid fil-kariga fil-Gvern ta' Gentiloni sal-1 ta' Ġunju 2018

Attivitajiet oħrajn 

  • 2018-... : President Konġunt tal-Konferenza ta' Pontignano
  • 2018 : Awtur tal-ktieb "Orizzonti selvaggi"

Kuntatt