Meps full list

Riżultati : 64

 
Title introducing tabs (invisible) (obligatory if there's not heading block)
 
Minodora CLIVETI 18 ta’ Mejju 2012 Grupp tal-Allejanza Progressiva tas-Socjalisti u d-Demokratici fil-Parlament Ewropew Membru ir-Rumanija
 
Alda SOUSA 9 ta’ Mejju 2012 Grupp Konfederali tax-Xellug Magħqud Ewropew - Xellug Aħdar Nordiku Membru il-Portugall
 
Birgit COLLIN-LANGEN 17 ta’ Marzu 2012 Grupp tal-Partit Popolari Ewropew (Demokristjani) Membru il-Ġermanja
 
Rebecca TAYLOR 8 ta’ Marzu 2012 Grupp ta' l-Alleanza tal-Liberali u d-Demokratiċi għall-Ewropa Membru ir-Renju Unit
 
Petri SARVAMAA 1 ta’ Marzu 2012 Grupp tal-Partit Popolari Ewropew (Demokristjani) Membru il-Finlandja
 
Emer COSTELLO 15 ta’ Frar 2012 Grupp tal-Allejanza Progressiva tas-Socjalisti u d-Demokratici fil-Parlament Ewropew Membru l-Irlanda
 
Phil BENNION 6 ta’ Frar 2012 Grupp ta' l-Alleanza tal-Liberali u d-Demokratiċi għall-Ewropa Membru ir-Renju Unit
 
Nikos CHRYSOGELOS 2 ta’ Frar 2012 Grupp tal-Ħodor/Alleanza Ħielsa Ewropea Membru Il-Greċja
 
Inês Cristina ZUBER 18 ta’ Jannar 2012 Grupp Konfederali tax-Xellug Magħqud Ewropew - Xellug Aħdar Nordiku Membru il-Portugall
 
María Auxiliadora CORREA ZAMORA 13 ta’ Jannar 2012 Grupp tal-Partit Popolari Ewropew (Demokristjani) Membru Spanja
 
 
 
 
 
 
 
Il-Parlament Ewropew hu magħmul minn 754 Membru eletti fil-27 Stat Membru ta' l-Unjoni Ewropea wara t-tkabbir. Sa mill-1979, il-Membri tal-PE jiġu eletti b'suffraġju universali dirett għall-perjodu ta' ħames snin.
 

Kull Stat Membru jiddeċiedi dwar x'tip ta' elezzjoni se jagħmel, imma jrid jimxi ma' regoli demokratiċi bażiċi identiċi: ugwaljanza fost is-sessi u vot sigrieta. Fl-Istati kollha l-età tal-votazzjoni hija ta' 18-il sena, għall-eċċezzjoni tal-Awstrija, fejn hija ta' 16-il sena.

L-elezzjonijiet Ewropej huma diġà rregolati minn bosta prinċipji komuni: suffraġju universali dirett, rappreżentazzjoni proporzjonali u mandat ta' ħames snin li jista' jiġġedded.

Bħala regola ġenerali, is-siġġijiet huma mqassma proporzjonalment skond il-popolazzjoni ta' kull Stat Membru.

Ugwaljanza fost l-irġiel u n-nisa: il-proporzjon ta' nisa fil-Parlament Ewropew qed dejjem jikber. Bħalissa ftit iktar minn terz tal-Membri tal-PE huma nisa. .

Il-Membri tal-PE jaqsmu l-ħin tagħhom bejn Brussell, Strasburgu u l-kostitwenzi tagħhom. Fi Brussel jattendu għal-laqgħat tal-kumitati parlamentari u tal-gruppi politiċi, u għal-seduti plenarji addizzjonali. Fi Strasburgu huma jattendu għal 12-il seduta plenarja. Ovvjament, flimkien ma' dawn l-attivitajiet huma jridu jiddedikaw ħin għall-kostitwenzi tagħhom ukoll.

Il-Membri tal-Parlament Ewropew huma miġbura skond l-affinità politika u mhux skond in-nazzjonalità.

Huma jeżerċitaw l-mandat tagħhom b'mod indipendenti.

Il-Membri tal-Parlament Ewropew, mogħtija aktat u aktar poteri, jinfluenzaw kull qasam tal-ħajja ta' kuljum tal-pubbliku Ewropew: l-ambjent, il-ħarsien tal-konsumatur u t-trasport, kif ukoll l-edukazzjoni, il-kultura, is-saħħa, eċċ.

L-istatut il-ġdid tal-Membri daħal fis-seħħ fl-14 ta' Lulju. L-istatut il-ġdid jagħmel il-kondizzjonijiet u t-termini tax-xogħol tal-Membri iktar trasparenti u jdaħħal salarju komuni għall-Membri kollha li issa ser ikunu mħallsa mill-baġit tal-UE.