Kull Stat Membru jiddeċiedi dwar x'tip ta' elezzjoni se jagħmel, imma jrid jimxi ma' regoli demokratiċi bażiċi identiċi: ugwaljanza fost is-sessi u vot sigrieta. Fl-Istati kollha l-età tal-votazzjoni hija ta' 18-il sena, għall-eċċezzjoni tal-Awstrija, fejn hija ta' 16-il sena.
L-elezzjonijiet Ewropej huma diġà rregolati minn bosta prinċipji komuni: suffraġju universali dirett, rappreżentazzjoni proporzjonali u mandat ta' ħames snin li jista' jiġġedded.
Bħala regola ġenerali, is-siġġijiet huma mqassma proporzjonalment skond il-popolazzjoni ta' kull Stat Membru.
Ugwaljanza fost l-irġiel u n-nisa: il-proporzjon ta' nisa fil-Parlament Ewropew qed dejjem jikber. Bħalissa ftit iktar minn terz tal-Membri tal-PE huma nisa. .
Il-Membri tal-PE jaqsmu l-ħin tagħhom bejn Brussell, Strasburgu u l-kostitwenzi tagħhom. Fi Brussel jattendu għal-laqgħat tal-kumitati parlamentari u tal-gruppi politiċi, u għal-seduti plenarji addizzjonali. Fi Strasburgu huma jattendu għal 12-il seduta plenarja. Ovvjament, flimkien ma' dawn l-attivitajiet huma jridu jiddedikaw ħin għall-kostitwenzi tagħhom ukoll.
Il-Membri tal-Parlament Ewropew huma miġbura skond l-affinità politika u mhux skond in-nazzjonalità.
Huma jeżerċitaw l-mandat tagħhom b'mod indipendenti.
Il-Membri tal-Parlament Ewropew, mogħtija aktat u aktar poteri, jinfluenzaw kull qasam tal-ħajja ta' kuljum tal-pubbliku Ewropew: l-ambjent, il-ħarsien tal-konsumatur u t-trasport, kif ukoll l-edukazzjoni, il-kultura, is-saħħa, eċċ.
L-istatut il-ġdid tal-Membri daħal fis-seħħ fl-14 ta' Lulju. L-istatut il-ġdid jagħmel il-kondizzjonijiet u t-termini tax-xogħol tal-Membri iktar trasparenti u jdaħħal salarju komuni għall-Membri kollha li issa ser ikunu mħallsa mill-baġit tal-UE.
Aqsam