meps.search.searchmenu
 
 
 
 
 
 
 
 
Europe

Għażla tal-pajjiż

  • il-Belġju il-Belġju 22 Membri
     
  • il-Bulgarija il-Bulgarija 18 Membri
     
  • ir-Repubblika Ċeka ir-Repubblika Ċeka 22 Membri
     
  • id-Danimarka id-Danimarka 13 Membri
     
  • il-Ġermanja il-Ġermanja 99 Membri
     
  • l-Estonja l-Estonja 6 Membri
     
  • l-Irlanda l-Irlanda 12 Membri
     
  • Il-Greċja Il-Greċja 22 Membri
     
  • Spanja Spanja 54 Membri
     
  • Franza Franza 70 Membri
     
  • l-Italja l-Italja 73 Membri
     
  • Ċipru Ċipru 6 Membri
     
  • il-Latvja il-Latvja 9 Membri
     
  • il-Litwanja il-Litwanja 12 Membri
     
  • il-Lussemburgu il-Lussemburgu 6 Membri
     
  • l-Ungerija l-Ungerija 21 Membri
     
  • Malta Malta 6 Membri
     
  • il-Pajjiżi l-Baxxi il-Pajjiżi l-Baxxi 26 Membri
     
  • l-Awstrija l-Awstrija 19 Membri
     
  • il-Polonja il-Polonja 51 Membri
     
  • il-Portugall il-Portugall 22 Membri
     
  • ir-Rumanija ir-Rumanija 33 Membri
     
  • is-Slovenja is-Slovenja 8 Membri
     
  • is-Slovakkja is-Slovakkja 13 Membri
     
  • il-Finlandja il-Finlandja 13 Membri
     
  • l-Isvezja l-Isvezja 20 Membri
     
  • ir-Renju Unit ir-Renju Unit 72 Membri
     
  • Spanja Spanja 54 Membri
     
  • Franza Franza 70 Membri
     
  • il-Portugall il-Portugall 22 Membri
     
 

Membri għal kull Stat Membru u l-gruppi politiċi

Is-seba' leġiżlatura parlamentari

 

Meta jirriżenja Membru Parlamentari, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Parlament Ewropew dwar min se jissostitwixxih.
B'hekk id-direttorju jkun jista' jiġi aġġornat. Madankollu, jista' jkun hemm differenza temporanja bejn in-numru uffiċjali ta' siġġijiet u n-numru effettiv ta' Membri.

 
 
 
 
 
 
Il-Parlament Ewropew hu magħmul minn 754 Membru eletti fil-27 Stat Membru ta' l-Unjoni Ewropea wara t-tkabbir. Sa mill-1979, il-Membri tal-PE jiġu eletti b'suffraġju universali dirett għall-perjodu ta' ħames snin.
 

Kull Stat Membru jiddeċiedi dwar x'tip ta' elezzjoni se jagħmel, imma jrid jimxi ma' regoli demokratiċi bażiċi identiċi: ugwaljanza fost is-sessi u vot sigrieta. Fl-Istati kollha l-età tal-votazzjoni hija ta' 18-il sena, għall-eċċezzjoni tal-Awstrija, fejn hija ta' 16-il sena.

L-elezzjonijiet Ewropej huma diġà rregolati minn bosta prinċipji komuni: suffraġju universali dirett, rappreżentazzjoni proporzjonali u mandat ta' ħames snin li jista' jiġġedded.

Bħala regola ġenerali, is-siġġijiet huma mqassma proporzjonalment skond il-popolazzjoni ta' kull Stat Membru.

Ugwaljanza fost l-irġiel u n-nisa: il-proporzjon ta' nisa fil-Parlament Ewropew qed dejjem jikber. Bħalissa ftit iktar minn terz tal-Membri tal-PE huma nisa. .

Il-Membri tal-PE jaqsmu l-ħin tagħhom bejn Brussell, Strasburgu u l-kostitwenzi tagħhom. Fi Brussel jattendu għal-laqgħat tal-kumitati parlamentari u tal-gruppi politiċi, u għal-seduti plenarji addizzjonali. Fi Strasburgu huma jattendu għal 12-il seduta plenarja. Ovvjament, flimkien ma' dawn l-attivitajiet huma jridu jiddedikaw ħin għall-kostitwenzi tagħhom ukoll.

Il-Membri tal-Parlament Ewropew huma miġbura skond l-affinità politika u mhux skond in-nazzjonalità.

Huma jeżerċitaw l-mandat tagħhom b'mod indipendenti.

Il-Membri tal-Parlament Ewropew, mogħtija aktat u aktar poteri, jinfluenzaw kull qasam tal-ħajja ta' kuljum tal-pubbliku Ewropew: l-ambjent, il-ħarsien tal-konsumatur u t-trasport, kif ukoll l-edukazzjoni, il-kultura, is-saħħa, eċċ.

L-istatut il-ġdid tal-Membri daħal fis-seħħ fl-14 ta' Lulju. L-istatut il-ġdid jagħmel il-kondizzjonijiet u t-termini tax-xogħol tal-Membri iktar trasparenti u jdaħħal salarju komuni għall-Membri kollha li issa ser ikunu mħallsa mill-baġit tal-UE.