Aċċess dirett għan-navigazzjoni prinċipali (agħfas "Enter")
Aċċess għall-kontenut tal-paġna (ikklikkja fuq Enter)
Aċċess dirett għal-lista tas-siti l-oħra (agħfas "Enter")

Kamra tal-aħbarijiet

Stqarrijiet

 
 
 
 

L-Ilwien li jżewqu x-xogħol Parlamentari

Oħrajn Istituzzjonijiet25-08-2014 - 09:00
Il-Ħajja Parlamentari mżewqa b’ilwien differenti.  

Wasalna fl-aħħar ġimgħa tal-vaganzi qosra tas-sajf tal-Parlament Ewropew. Mill-ġimgħa d-dieħla nerġgħu nibdew bir-ritmu normali tax-xogħol. Ir-rutina tiddependi mill-kuluri tal-kalendarju Parlamentari. Dawn juru x’hemm ppreparat fuq l-iskeda tal-membri Parlamentari. Imma, xi jfissru eżattament il-kuluri aħmar, blu, roża, u turkważ? (Aqra iktar dwar dan: L-Ilwien li jżewqu x-xogħol Parlamentari )

 
 

Rapa Iti:Mill-Ewropa sat-truf tal-pjaneta

Oħrajn Ambjent21-08-2014 - 16:02
Rapa Iti  

M’hemm ebda ajruport f’Rapa Iti u biex tasal hemm permezz ta’ vapur tal-merkanzija minn Tahiti tieħu madwar 50 siegħa. Barra minn hekk dawn it-tip ta’ vapuri huma ftit, filwaqt li l-vjaġġi għal Rapa Iti huma rari. B’hekk Rapa Iti, flimkien ma’ Pitcairn u Easter Island, huma uħud mill-aktar gżejjer iżolati fin-Nofsinhar tal-Paċifiku. (Aqra iktar dwar dan: Rapa Iti:Mill-Ewropa sat-truf tal-pjaneta )

 
 

Il-Jum Dinji tal-Għajnuna Umanitarja: Nonoraw lil dawk li jgħinu lil għajrhom

Oħrajn Għajnuna umanitarja18-08-2014 - 09:00
Syrian refugees live day by day in Refugee Camp north of Erbil Iraq  

Huma ftit dawk il-mumenti fejn tingħata attenzjoni xierqa lill-voluntiera. Dan minkejja li bix-xogħol bla waqfien tagħhom, li xi drabi jista’ jkun anke ta’ periklu għal ħajjithom, huma jgħinu lill-miljuni ta’ vittmi ta’ diżastri naturali jew dawk ikkawżati mill-bniedem. Id-19 ta’ Awwissu huwa l-Jum Dinji tal-Għajnuna Umanitarja, jum iddedikat għal dawk il-persuni li jiddedikaw ħajjithom sabiex jagħmlu differenza f’ħajjet ħaddieħor. (Aqra iktar dwar dan: Il-Jum Dinji tal-Għajnuna Umanitarja: Nonoraw lil dawk li jgħinu lil għajrhom )

 
 
Il-Jum Internazzjonali taż-Żgħażagħ: L-Impjieg għaż-Żgħażagħ prijorità tal-UE  

Attivi, edukati iżda ħafna minnhom mingħajr impjieg. Aktar minn 5.3 miljun Ewropew taħt il-25 sena qed isibha diffiċli biex isib impjieg. Għaldaqstant l-impjieg għaż-żgħażagħ huwa prijorità ewlenija għall-UE. Qabel il-Jum Internazzjonali taż-Żgħażagħ, iċċelebbrat fit-12 ta’ Awissu, aqra dan l-artiklu sabiex tinforma ruħek dwar x’qed tagħmel l-UE dwar dan u agħti daqqa t’għajn lejn l-infografija tagħna għal aktar informazzjoni interessanti dwar iż-żgħażagħ Ewropej. (Aqra iktar dwar dan: Il-Jum Internazzjonali taż-Żgħażagħ: L-Impjieg għaż-Żgħażagħ prijorità tal-UE )

 
 

Fit-Tramuntana: il-qawmien mill-ġdid tal-kultura Sámi

Oħrajn Kultura08-08-2014 - 09:00
 

Merħba f’Nuorgam fil-Finlandja, l-ogħla post fit-tramuntana tal-UE. Ix-xemx tbus bi ħlewwa liema bħala l-villaġġ ċkejken imdawwar bis-siġar li jgħixu fil-kesħa tal-borra. Riesqa r-Rebbiegħa, madankollu r-riħ għadu kiesaħ. F’dan ix-xenarju meraviljuż jgħixu s-Sámi, l-unika poplu indiġen li fadal jgħix fl-UE. Fil-Jum Internazzjonali tal-Popli Indiġeni ħsibna li nerġgħu nippubblikaw dan l-artiklu li kien oriġinarjament ippubblikat f’Mejju li għadda. (Aqra iktar dwar dan: Fit-Tramuntana: il-qawmien mill-ġdid tal-kultura Sámi )

 
 

ECON chairman Gualtieri wants "bolder action" for euro area

ECON Economic and monetary affairs07-08-2014 - 15:39

The Governing Council of the ECB met on Thursday and decided that the interest rate on the main refinancing operations and the interest rates on the marginal lending facility and the deposit facility will remain unchanged at 0.15%, 0.40% and -0.10% respectively. Please find below the reaction of the chairman of Parliament's Economic and Monetary Affairs Committee, Roberto Gualtieri (S&D, IT): (Read more: ECON chairman Gualtieri wants "bolder action" for euro area )

 
 

L-aktar ħames artikli popolari magħkom il-qarrejja tagħna

Oħrajn Istituzzjonijiet / Tagħrif04-08-2014 - 09:00
L-aktar ħames artikli popolari magħkom il-qarrejja tagħna.  

Il-kwalità tal-ħajja fl-Ewropa tal-lum, l-Ukraina, il-konkors tal-fotografija, il-kompożizzjoni tal-Parlament il-ġdid, u tariffi tat-telefonati orħos kienu fost dawk l-artikli ppubblikati fuq is-sit tal-Parlament, li kienu l-aktar popolari magħkom il-qarrejja tagħna. Ejjew flimkien nerġgħu nagħtu ħarsa lejn x’ġara f’dawn l-aħħar sitt xhur. (Aqra iktar dwar dan: L-aktar ħames artikli popolari magħkom il-qarrejja tagħna )

 
 

Erġa’ skopri s-sbuħija tal-Ewropa mal-Parlament

Oħrajn Istituzzjonijiet / Tagħrif / Turiżmu01-08-2014 - 09:00
EP on Foursquare  

Vagun tal-ferrovija abbandunat, kastell tar-ramel, u batterija Sovjetika sigrieta; is-sena li għaddiet, il-Parlament talabkom sabiex flimkien tiskopru l-Ewropa permezz ta’ lista fuq Foursquare ta’ 28 teżor moħbi fit-28 Stat Membru tal-UE. Din is-sena se nżommu t-tradizzjoni u se nerġgħu nistaqsukom tiskopru l-Ewropa magħna. Se nagħmlu dan permezz ta’ lista oħra fuq Foursquare. (Aqra iktar dwar dan: Erġa’ skopri s-sbuħija tal-Ewropa mal-Parlament )

 
 

Din id-darba differenti – Il-vuċijiet tal-elezzjonijiet Ewropej 2014

Oħrajn Istituzzjonijiet30-07-2014 - 09:00
Vanessa, 20 from Germany: "I'm a voter at the EP elections"  

Aliki, l-istudenta Griega, Trish l-intraprenditriċi Irlandiża u ż-żewġ disinjaturi Daniżi, Jens u Sedsel, kienu fost l-uċuħ tal-kampanja ta’ informazzjoni elettorali tal-PE ta’ qabel l-elezzjonijiet Ewropej. Huma qasmu magħna l-opinjonijiet tagħhom dwar xi tfisser l-UE għalihom u għalxiex huwa importanti li wieħed imur jivvota fl-elezzjonijiet. Dawn huma l-istejjer tagħhom. (Aqra iktar dwar dan: Din id-darba differenti – Il-vuċijiet tal-elezzjonijiet Ewropej 2014 )

 
 

“28 ta’ Lulju 1914, il-ġurnata meta kriżi iżolata nbidlet fi gwerra globali”

Oħrajn Istituzzjonijiet / Kultura28-07-2014 - 17:53
Archduke Franz Ferdinand jisġezzjona t-truppi tiegħu fis-27 ta’ Ġunju 1914, ġurnata qabel inqatel. ©BELGA_AFP_HISTORICAL ARCHIVES OF SARAJEVO.  

Eżattament 100 sena ilu, l-imperu ta’ l-Awstrija-Ungerija ddikjara gwerra fuq is-Serbja, gwerra li fi ftit żmien infirxet mal-Ewropa u d-dinja kollha, u saret magħrufa bħala l-Gwerra l-Kbira. F’diskors li ta qabel dan l-anniversarju mimli dieqa l-President tal-PE Martin Schulz qal: “L-aħjar mod ta’ kif nistgħu nonoraw dawk li ġġieldu u mietu f’din il-gwerra, hu billi niftakru l-lezzjoni li ħadna minn din l-esperjenza.” (Aqra iktar dwar dan: “28 ta’ Lulju 1914, il-ġurnata meta kriżi iżolata nbidlet fi gwerra globali” )