One in five under 25 can't find a job within the EU. Parliament wants to use unspent 82 billion euros from structural funds to create new job opportunities in...(read more) Facebook
The EU's trade deficit with China tripled in just 10 years. How do we rebalance? As a first step, Members want to establish a monitoring board to find out to...(read more) Facebook
Some Parliament members are suggesting that European politicians should show Euro 2012 in Ukraine the red card in protest over the treatment of opposition...(read more) Facebook
Strong - but not invulnerable. Despite an impressive 4 metres and 600kg, the blue fin tuna is an endangered species. And why? Overfishing and illegal catches....(read more) Facebook
L-MEPs iddiskutew dwar l-investiment, it-tkabbir u l-impjiegi mal-President tal-Kummissjoni José Manuel Barroso nhar it-Tlieta, fit-tlieta ta' wara nofsinhar. Dan id-dibattitu sar qabel is-samit informali tal-mexxejja tal-UE nhar L-Erbgħa. Barra minn hekk, l-SMEs, li huma importanti ħafna għat-tkabbir u l-ħolqien tal-impjiegi, kienu s-suġġett ewlieni ta' dibattitu ieħor mal-Kunsill u l-Kummissjoni.
Fost l-affarijiet li ser jiġu diskussi f'din is-sessjoni plenarja - l-ewwel waħda f'Mejju - hemm il-mobile roaming, inklużi s-servizzi tad-dejta, kif ukoll għajnuna għall-ajruporti reġjonali.
.
"Il-Parlament Ewropew mhux se jaċċetta inqas flus għall-baġit Ewropew." Dan kien il-kliem li bih il-President tal-Parlament Ewropew Martin Schulz fetaħ il-konferenza dwar il-qafas għall-baġit fuq perjodu ta' żmien twil tal-UE għall-2014-2020 fit-22 ta' Marzu. Schulz qal li huwa biss b'baġit raġonevoli li l-Ewropa tista' tagħti spinta t-tkabbir fi żmien ta' awsterità.
Huwa minnu li żewġ terzi tal-Ewropej huma favuriha, imma b’daqshekk dan ma jfissirx li l-idea mhijiex kontroversjali. Il-Kummissarju għat-Tassazzjoni, Algirdas Šemeta, iddefenda l-proposta tal-Kummissjoni għal taxxa fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji fl-Unjoni kollha kemm hi quddiem il-Kumitat għall-ekonomija tal-PE fl-20 ta’ Marzu 2012.
F'din is-sessjoni plenarja qasira, li ser issir Brussell, ser jiġu diskussi bosta temi importanti. Bħal dejjem, l-ekonomija u l-finanzi ser jiġu diskussi b'prijorità, b'taħdit dwar il-leġislazzjoni fuq it-transazzjonijiet ta' derivativi u t-transazzjonijiet li jsiru fil-Boroż Ewropej.
Attwalment il-PE qed jikkunsidra l-hekk imsejħa "two-pack", li hija żewġ proposti biex tiżdied id-dixxiplina finanzjarja fiż-żona tal-euro. Abbozzi ta' rapporti minn żewġ Membri tal-PE jipproponu li dawn jiġu emendati sabiex is-setgħat ta' sorveljanza tal-Kummissjoni jiġu kkontrollati iżjed mill-qrib u l-membri taż-żona tal-euro f'diffikultajiet finanzjarji jkunu jistgħu jitqiegħdu taħt protezzjoni legali bħalma jsir f'każ ta' falliment.
Id-dijabete hi l-akbar kawża ta' attaki tal-qalb u għadd ta' mard serju ieħor, u din taffettwa l-ħajja ta' 32 miljun Ewropew. F'Ewropa fejn dejjem aktar jiżdiedu n-numru ta' anzjani, dan in-numru hu mistenni li jikber. B'qatra demm minn saba' tista' toħroġ djanjożi, madankollu l-biċċa l-kbira tan-nies lanqas jafu li għandhom din il-kundizzjoni. Il-Parlament Ewropew qed jitlob għal strateġija tal-UE kontra d-dijabete biex tittejjeb il-prevenzjoni, id-djanjożi u t-trattament.
Ilbieraħ, f'inċident tat-traffiku traġiku, inqatlu 28 ruħ fl-Isvizzera, li minnhom 22 kienu tfal. Il-Parlament Ewropew osserva minuta silenzju għall-vittmi. "Il-ħsibijiet tagħna huma mal-familji tal-vittmi u dawk involuti f'din it-traġedja," qal il-President tal-Parlament Martin Schulz.
Ilbieraħ kien imiss lit-tradutturi, illum inħarsu lejn il-ħajja ta’ kuljum tal-interpreti u r-rwol tagħhom fit-trasformazzjoni ta’ dibattiti, li jinkludu sa 23 lingwa, f’unità koerenti u komprensibbli. Bħala rappreżentanti taċ-ċittadini tal-UE eletti direttament huwa importanti li l-Membri tal-PE jkunu jistgħu jsegwu l-laqgħat fil-lingwa tagħhom stess u għalhekk ir-rwol tal-interpreti huwa wieħed ta’ importanza vitali.