Are you a journalist at heart? Do you love writing? Take part in our competition for a chance to interview Parliament president Martin Schulz in Strasbourg!...(read more) Facebook
It's International Day Against Homophobia, so share this post to show your support and join the Parliament in saying STOP to homophobia and transphobia! Facebook
European Year of Citizens 2013 : citizens speak out on the Citizen Wall! Do you remember our citizens' wall built from pictures you sent to us? It was later rebuilt in reality! Check our video to see the results and discover which...(read more) Facebook
Next week promises to be an energetic one as members get ready to debate renewable energy. Check our video @ http://epfacebook.eu/ast to get into the mood and...(read more) Facebook
Din is-sena fl-1 ta' Lulju, 40 sena wara l-ewwel tkabbir, l-UE se tilqgħa lill-Kroazja fi' ħdana. Fis-sessjoni plenarja attwali, l-MPE ser jiddiskutu u jivvutaw fuq l-aħħar rapport ta 'monitoraġġ komprensiv qabel s-sħubija tal-Kroazja, kif ukoll fuq ir-rapporti dwar il-progress tat-Turkija, tal-Montenegro, tas-Serbja u tal-Kosovo. Agħti ħarsa lejn l-infographic tagħna dwar l-40 sena ta' tkabbir.
Waqt dibattitu li seħħ nhar l-Erbgħa l-MPE ikkritikaw bl-ikraħ il-mod kif ġie trattat il-programmtas-salvataġġ finanzjarju ta' Ċipru. Taw tort lill-Eurogroup għall-komunikazzjoni terribbli, lill-Kummissjoni talli naqset milli tiddefendi lid-depożituri inxurjati, u lill-politiċi talli addottaw standards doppji.
Waqt id-diskors tiegħu fil-plenarja ġewwa Strasburgu l-Prim Ministru Finlandiż Jyrki Katainen sejjaħ għall-Ewropa aktar b'saħħitha u għal integrazzjoni aktar ġusta. Huwa kien milqugħ mill-President Schulz. Il-Prim Ministru Finlandiż qal li "għandna ħafna x'niddefendu, u għandna nkunu kburin b'dan". Hu esprima t-tħassib tiegħu dwar ir-rata li qiegħda dejjem tikber ta' estremiżmu ġewwa l-Ewropa u saħaq li "aħna ma nistgħux nħallu d-diskors nazzjonalista u populista jiddomina d-dibattitu Ewropew".
Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) hija l-istituzzjoni ewlienija sabiex tattwa il-miżuri li se jgħinu lil dawk l-Istati membri li ġew milquta mill-kriżi bankarja. Il-President tal-BĊE Mario Draghi se jkun fil-Parlament nhar it-Tlieta 16 ta' April, fejn se jkun qiegħed jippreżenta lill-MPE r-rapport annwali tal-BĊE għas-sena 2011. Segwi d-dibattitu f'xandira fit-15:00.
Biex tiċċelebra s-Sena Ewropea taċ-Ċittadinanza l-PE talab liċ-ċittadini Ewropej biex jipparteċipaw fil-kostruzzjoni ta' Ħajt taċ-ċittadini fuq il-Facebook tal-PE. Dan il-ħajt virtwali nbena minn 450-ritratt li ntbgħatu minn kull naħa taL-UE. Issa dan il-ħajt qiegħed jinbena verament, waqt avveniment f'waħda mill-akbar stazzjonijiet tal-ferrovijI ġewwa l-Ewropa;Gare du Midi.
Waqt is-sessjoni plenarja ta' bejn il-15 u t-18 ta' April fi Strasburgu l-MPE se jivvotaw fuq il-proposta biex ikun hemm limitu fuq il-bonuses bankarji kif ukoll fuq il-mandat tal-BĊE. Il-MPE se jiddiskutu s-sitwazzjoni kostituzzjonali fl-Ungerija u se jressqu numru ta' mistoqsijiet lill-KE u lill-Presidenza Irlandiża fuq is-salvataġġ finanzjarju ta' Ċipru. Se jittieħed ukoll il-vot finali fuq in-negozjar tal-emissjonijiet.
Vawċers, kupuni, biljetti rigal, nsibuwhom f' kull daqs u forma waqt li l-popolarita tagħhom qiegħdha dejjem tiżdied. Fil-fatt is-suq tal-vawċers ġewwa l-UE għandu valur annwali ta' aktar minn € 52 biljun. Agħti ħarsa lejn l-infographic tagħna li ppreparajna għalik fejn hemm aktar informazzjoni dwar il-vawċers u l-użu tagħhom.
L-Istat tal-Kroazja se jkun it-28 Stat Membru tal-Unjoni Ewropea.Nhar il-Ħadd 14 ta' April il-Kroazja se jkollha l-ewwel elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew. Il-pajjiż ta '4.3 miljun ruħ se jeleġġi 12 -il MPE li se jieħdu posthom fil-PE wara s-sħubija formali fl-1 ta' Lulju. Il-President tal-PE Martin Schulz qalli "L- Parlament huwa responsabli għall-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha. Fil-jum tal-elezzjoni, morru vvutaw u għamlu l-aħjar għażla."
It-tisħiħ tad-demokrazija, ir-rwol tal-parlamenti u s-soċjetà ċivili kif ukoll il-bżonn li n-nisa jingħataw rwol aktar importantiti huma l-kwistjonijiet ewlenin li ġew diskussi matul l-Assemblea Parlamentari tal-Unjoni għall-Mediterran. Is-sigurtà, l-ambjent u kooperazzjoni aktar b'saħħitha bejn iż-żewġ ixtut tal-Mediterran huma wkoll fuq l-aġenda.
F'riżoluzzjoni fil-11 ta' April il-kumitat tal-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji tal-PE saħaq li l-parlament għandu jkun involut bis-sħiħ fid-deliberazzjonijiet dwar il-mekkaniżmu tas-sorveljanza dwar l-iżbilanċi makroekonomiċi.Il-MPE akkużaw il-Kummissjoni talli ma kkonsultatx lill-Parlament meta mmodifikat il-metodu li tuża sabiex tanalizza l-iżbilanċi ekonomiċi.