Aċċess dirett għan-navigazzjoni prinċipali (agħfas "Enter")
Aċċess għall-kontenut tal-paġna (ikklikkja fuq Enter)
Aċċess dirett għal-lista tas-siti l-oħra (agħfas "Enter")

L-aħbarijiet kollha

 

Lingwi fil-Periklu ta' Estinzjoni

Artiklu - Kultura 04-04-2013 - 10:02
Il-logħba Scrabble  

Fl-Ewropa għandna firxa wiesgħa ta' lingwi, iżda madwar 120 lingwa qiegħdin jiffaċċjaw l-estinzjoni. Fl-20 ta' Marzu il-kumitat tal-Kultura iddiskuta mal-esperti dwar din il-problema. L-MPE li ħejja din l-inizjattiva, François Alfonsi (Ħodor, FR), spjegalna għaliex għandna nieħdu azzjoni sabiex inħarsu dawn il-lingwi.

 

Niedi inizjattiva

Artiklu - Drittijiet taċ-ċittadini 01-04-2013 - 07:00
Niedi inizjattiva  

L-inizjattiva Ewropea taċ-ċittadini ġiet introdotta fl-1 ta' April 2012.Minn dakinhar s'issa,ċ-ċittadini Ewropej proponew inizjattivi dwar oqsma varji;mill-ħarsien tal-ambjent għall-waqfien tal-esperimenti fuq l-annimali sa inizjattivi dwar tariffi tat-telefon ċellulari. Din l-inizjattiva kienet maħluqa biex tiżdied id-demokrazija diretta fl-UE billi tippermetti ċ-ċittadini jipparteċipaw direttament fl-iżvilupp tal-politika tal-UE billi jkollhom il-poter li jsejħu lill-KE biex tipproponi liġi.

 

L-Għid huwa straordinarju!

Artiklu - Agrikoltura / Konsumatur 28-03-2013 - 12:18
Infographic  

Il-Bajd tal-Għid mhux minn dejjem kien taċ-ċikkulata. Tradizjonalment il-bajd tal-Għid kien ikun bajd normali li jigi miżbugħ u mżejjen. Din it-tradizzjoni għada teżisti f'ħafna pajjiżi. Il-Parlament Ewropew ħadem fuq liġijiet sabiex jiżgura s-saħħa u s-sigurtà tat-tiġieġ u l-bajd. Il-proibizzjoni tal-użu ta' gaġeġ konvenzjonali għat-trobbija tat-tiġieġ u l-kodiċi tal-bajd jagħmlu parti minn din il-leġiżlazzjoni. Ara l-Infographic tagħna għal aktar informazzjoni.

 

Taħdita fuq Facebook

Artiklu - Istituzzjonijiet 27-03-2013 - 16:17
Taħdita fuq Facebook  

Huma t-tnejn jaqblu li l-Ewropa għandha tipprovdi l-mod sabiex ngħelbu din il-kriżi, iżda mill-bqija ftit li xejn isibu ftehim. Matul din it-taħdita fuq Facebook ċittadini Ewropej kellhom jindirizzaw mistoqsijiet lil Joseph Daul (EPP, Franza) u Hannes Swoboda (S & D, Awstrija). It-temi prinċipali kienu l-kriżi ta' Ċipru u kif tista' titjieb l-affluwenza fl-elezzjonijiet Ewropej tal-2014 .

 

Il-MPE jridu jwaqqfu l-prattiċi ta' riċiklar perikoluż ta' bastimenti.

Artiklu - Relazzjonijiet esterni / Industrija / Ambjent 27-03-2013 - 13:02
L-isfruttament tal-ambjent u tal-ħaddiema ġewwa pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw.  

Bastimenti reġistrati fl-UE għandhom jiġu riċiklati biss ġewwa impjanti approvati mill-UE. Il-kumitat tal-PE dwar l-ambjent qal li dawn l-impjanti għandhom jiġu ffinanzjati permezz ta' fond dwar ir-riċiklaġġ. "Bħalissa, l-maġġoranza tal-vapuri tal-UE huma mibgħuta l-Asja sabiex jiġu riċiklati, fejn materjali tossiċi jitħallew iniġġsu l-ambjent", qal ir-rapporteur Carl Schlyter(Verts/ALE). L-għan huwa li jitnaqqas l-isfruttament tal-ambjent u tal-ħaddiema f'dawn il-pajjiżi.

 

Milħuq il-ftehim dwar is-salvataġġ finanzjarju ta' Ċipru

Artiklu - Affarijiet ekonomiċi u monetarji / Unjoni ekonomika u monetarja 25-03-2013 - 18:16
Filliera ta' nies jiġbdu l-flus tagħhom mill-bank  

Il-ftehim dwar is-salvataġġ finanzjarju ta' Ċipru "begħdna mix-xifer", qal il-President tal-PE Martin Schulz wara li ntlaħaq il-ftehim mill-Eurogroup. Madankollu huwa wissa li dan "m'huwiex il-mod kif isiru n-negozjati fl-Ewropa". Dan il-ħsieb kien rifless ukoll fid-dikjarazzjonijiet ta' bosta mexxejja ta' gruppi politiċi fil-Parlament.

 

Din il-ġimgħa fil-PE

Artiklu - Istituzzjonijiet 25-03-2013 - 14:42
Il-Parlament Ewropew.  

Din il-ġimgħa l-MPE se jivvutaw dwar regoli ġodda għar-riċiklaġġ tal-bastimenti u għall-appoġġ finanzjarju għall-ħaddiema li ġew issensjati. Il-MPE se jiltaqaw ukoll mal-parlamentari nazzjonali sabiex jiddiskutu l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni ambjentali, u se jiġi diskuss l-irwol tal-UE fil-prevenzjoni tal-kunflitti. Nhar it-Tlieta, se jkun hemm 'Facebook chat' mal-mexxejja tal-akbar gruppi politiċi fil-Parlament.

 

Ċipru: Il-Parlament jitlob soluzzjoni aktar ġusta u sostenibbli

Artiklu - Istituzzjonijiet / Affarijiet ekonomiċi u monetarji 22-03-2013 - 11:58
Il-President tal-Eurogroup Jeroen Dijsselbloem.  

Il-mexxejja tal-gruppi politiċi tal-PE saħqu li s-salvataġġ tal-banek Ċiprijotti m'għandux iseħħ b'detriment għal persuni ordinarji. Il-mexxejja tal-PE kkritikaw bil-kbir il-proposta oriġinali tal-Eurogroup, li kienet tinkludi taxxa fuq id-depożiti kollha. Il-President tal-PE Schulz qal: "Il-prijorità tal-PE hija li n-nies jkollhom iċ-ċertezza li l-flus depożitati fil-kontijiet bankarji tagħhom ikunu jistgħu jiksbuhom lura."

 

Prevenzjoni jew persekuzzjoni?

Artiklu - Affarijiet ekonomiċi u monetarji 22-03-2013 - 11:54
Prevenzjoni jew persekuzzjoni?  

Il-Gvern Brittaniku u l-Belt ta' Londra qiegħdin jipprovaw itaffu l-ftehim stabbilit mill-PE u mill-Kunsill fit-28 ta' Frar dwar il-limitu fuq il-bonuses tal-bankiera. Staqsejna il-MPE Othmar Karas (PPE, AT), Sven GIEGOLD (Greens, DE) u Martin Callanan (ECR, UK) jekk ir-regoli l-ġodda se jgħinu sabiex jiġu evitati riskji eċċessivi jew humiex se jkunu kontroproduttivi.

 

Vjaġġa f'pajjiż ieħor tal-UE - bil-karozza tiegħek

Artiklu - Moviment ħieles tal-merkanzija 21-03-2013 - 17:57
Vjaġġa f'pajjiż ieħor tal-UE - bil-karozza tiegħek  

1, 5 biljun Euro jistgħu jiġu salvati kull sena kieku s-sistema tar-reġistrazzjoni tal-karozzi fl-UE tiġi ssimplifikata. It-trasferiment tal-vetturi minn Stat Membru għal ieħor kienet waħda mill-iktar problemi komuni. Nhar il-Erbgħa matul is-seduta l-membri tal-kumitat dwar is-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur iddiskutew mal-esperti l-proposta tal-Kummissjoni sabiex titejjeb is-sitwazzjoni.

 
 
Stqarrijiet