Aċċess dirett għan-navigazzjoni prinċipali (agħfas "Enter")
Aċċess għall-kontenut tal-paġna (ikklikkja fuq Enter)
Aċċess dirett għal-lista tas-siti l-oħra (agħfas "Enter")

L-Estonja ddaħħal l-Ewro

Euro 06-01-2011 - 11:40
 
  • Fl-1 ta' Jannar 2011 l-ewro jieħu post il-kroon fl-Estonja
  • Ser ikun hemm perjodu ta' ċirkolazzjoni doppja għall-ewwel nofs ta' Jannar
 
Mill-Kroon għall-Ewro ©BELGA/ EPA/VALDA KALNINA   Mill-Kroon għall-Ewro ©BELGA/ EPA/VALDA KALNINA

Fl-1 ta' Jannar 2011 l-ewro jieħu post il-kroon fl-Estonja. Dan in-nazzjon Baltiku issa ser ikollhu l-istess munita ta' aktar minn 330 miljun ruħ fi 17 l-Istat Membru tal-Unjoni Ewropea.


Il-President tal-PE Jerzy Buzek qal li s-sena l-ġdida ser tkun "kisba kbira" għall-Estonja, li fl-aħħar ser tingħaqad maż-żona tal-ewro. Hu kompla li "dan hu riżultat l-impenn qawwi tal-Estonja biex tikkonforma mal-istandards meħtieġa u biex twitti t-triq għal futur prosperu għaċ-ċittadini tagħha. "


L-Estonja issa ser ikollha l-istess munita bħall-Awstrija, il-Belġju, Ċipru, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Irlanda, l-Italja, il-Lussemburgu, Malta, l-Olanda, il-Portugall, is-Slovakkja, is-Slovenja u Spanja.


{}Ser ikun hemm perjodu ta' ċirkolazzjoni doppja għall-ewwel nofs ta' Jannar li matulu ż-żewġ muniti se jiċċirkolaw sabiex jippermettu l-irtirar gradwali ta' kroons Estonjani.


Il-muniti tal-ewro ser ikollhom naħa komuni (li turi immaġini tal-Unjoni Ewropea jew tal-Ewropa u tissimbolizza l-għaqda tal-UE) u naħa nazzjonali. Id-disinn għan-naħa nazzjonali tal-muniti tal-Estonja hi xbieha ġeografika tal-Estonja u l-kelma "Eesti" (li tfisser "Estonja").


Il-munita unika Ewropea inħoloqot fl-1999 (karti tal-flus u muniti ġew introdotti fl-2002). Id-Danimarka u r-Renju Unit għandhom klawżola "opt-out" li tippermettilhom li jibqgħu barra miż-żona tal-ewro, filwaqt li l-bqija (ħafna mill-membru l-ġdid flimkien ma l-Iżvezja) huma mistennija li jidħlu fiż-żona euro fis-snin li ġejjin, billi jissodisfaw il-kondizzjonijiet meħtieġa dwar ir-rati ta' inflazzjoni, il-finanzi tal-gvern, rati tal-kambju u rati tal-imgħax għal terminu twil.

Ref. : 20110105STO11246
 
 
 
L-Estonja
 

Daqs: 45,227 km²

 
 

Popolazzjoni: 1.3 miljun

 
 

Membru tal-UE: 1 ta' Mejju 2004

 
 

Belt kapitali: Tallinn

 
 

President: Toomas Hendrik Ilves

 
 

Prim ministru: Andrus Ansip