Aċċess dirett għan-navigazzjoni prinċipali (agħfas "Enter")
Aċċess għall-kontenut tal-paġna (ikklikkja fuq Enter)
Aċċess dirett għal-lista tas-siti l-oħra (agħfas "Enter")

Il-finalisti għall-Premju LUX

Kultura 27-07-2011 - 14:32
 
 
Premju Lux 2011   Premju Lux 2011

Nhar it-Tlieta l-Parlament Ewropew ħabbar it-tliet finalisti għall-Premju Lux 2011. Dawn kienu - "Attenberg" tal-Griega Athina Rachel Tsangari, "Les neiges du Kilimandjaro" - film Franċiż ta' Robert Guédiguian u "Play" ta' Ruben Östlund.


Il-finalisti tħabbru fil-qafas tal-Jiem ta' Venezja waqt il-Festival Internazzjonali tal-Films ta' Venezja. It-tliet films ser jintwerew waqt il-festival bejn il-31 ta' Awwissu u d-9 ta' Settembru.


Il-films


"Attenberg" hu film dwar il-ħajja ta' Marina, li għanda 23 sena u tgħix ma' missiera li hu perit f'raħal maġemb il-baħar. Hi tosserva d-dinja mill-bogħod u tafronta l-isfidi ta' dawk viċin tagħha.


"Les neiges du Kilimandjaro" hu dwar Michel u Marie-Claire. Il-hena tagħhom tisfa fix-xejn hekk kif żewġ irġiel armati u libsin maskla jattakawhom vjolentement u jisirqulhom il-flus għall-vjaġġ fil-Kilimanġaro. Il-film jiffoka fuq l-impatt tal-iskopreti tagħhom dwar il-ħallelin.


F'"Play" Ruben Östlund jesplora r-retorika tal-gangs u l-logħob ta' rwoli f'każijiet vera ta' bullying f'Gotenburg, l-Isvezja.


Il-passi li jmiss


Il-MEPs ser ikollhom iċ-ċans jaraw il-films f'Ottubru u għall-bidu ta' Novembru. Wara dan jivvutaw u r-rebbieħ  jitħabbar fis-16 ta' Novembru. Il-Premju LUX ser jingħata waqt ċerimonja fi Strasburgu.

Ref. : 20110726STO24708