Aċċess dirett għan-navigazzjoni prinċipali (agħfas "Enter")
Aċċess għall-kontenut tal-paġna (ikklikkja fuq Enter) (agħfas "Enter")
NOT FOUND ! (agħfas "Enter")

Il-Premju LUX 2011: fokus fuq il-films Ewropej

Kultura 26-10-2011 - 10:59
 
 

Fil-11 ta’ Ottubru, l-MPE bdew jaraw it-tliet films nominati għall-Premju LUX 2011: “Attenberg” ta’ Athina Rachel Tsangari, " Les neiges du Kilimandjaro" ta’ Robert Guédiguian, u "Play" ta’ Ruben Östlund. Il-voti għandhom jintefgħu sal-10 ta’ Novembru u l-premju se jingħata f’ċerimonja matul is-sessjoni plenarja ta’ Novembru tal-Parlament fi Strasburgu.


Sa mill-2007, il-Premju LUX ilu simbolu tanġibbli tat-twemmin tal-Parlament fil-kreattività u t-talent tal-industrija Ewropea tal-films, fl-abilità tagħha li tirrifletti r-rikkezza u d-diversità tal-kultura Ewropea, u l-kapaċità tagħha li tistimula riflessjoni u dibattitu dwar l-Ewropa, il-valuri u l-ġejjieni tagħha. Kull sena jintgħażlu tliet films finalisti għal dan il-premju.


Il-premju jingħata f’forma ta’ finanzjament li jkopri l-ispejjeż marbuta mas-sottotitolar tal-film rebbieħ fit-23 lingwa uffiċjali tal-UE u l-adattament tiegħu għal dawk li huma neqsin mid-dawl jew mis-smigħ. Il-premju jinkludi wkoll il-produzzjoni ta’ kopja fil-format 35mm għal kull pajjiż.


Aħbarijiet u aġġornamenti dwar il-premju u l-films li qed jipparteċipaw fil-kompetizzjoni jistgħu jinkisbu mill-websajt uffiċjali tal-Premju LUX.

Ref. : 20111006FCS28448