One in five under 25 can't find a job within the EU. Parliament wants to use unspent 82 billion euros from structural funds to create new job opportunities in...(read more) Facebook
The EU's trade deficit with China tripled in just 10 years. How do we rebalance? As a first step, Members want to establish a monitoring board to find out to...(read more) Facebook
Some Parliament members are suggesting that European politicians should show Euro 2012 in Ukraine the red card in protest over the treatment of opposition...(read more) Facebook
Strong - but not invulnerable. Despite an impressive 4 metres and 600kg, the blue fin tuna is an endangered species. And why? Overfishing and illegal catches....(read more) Facebook Min ser jirbaħ il-Premju Sakharov għas-sena 2011? Il-Parlament Ewropew għażel tliet finalisti li jissieltu għad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja. F'dan il-fokus nagħtu ħarsa lejn in-nominati u nipprovdu informazzjoni ta' sfond dwar il-Premju.
Il-Premju
Il-għoti tal-Premju Sakharov għal-Libertà tal-Ħsieb issir kull sena mill-Parlament Ewropew. Imniedi fl-1988, huwa jippremja lil personalitajiet jew lil gruppi li jagħmlu ħilithom biex jiddefendu d-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali.
Min kien Andrej Sakharov ?
Rebbieħ tal-Premju Nobel tal-paċi fl-1975, ix-xjentist tal-fiżika Russu Andrej Sakharov (1921-1989) huwa qabel kollox il-persuna li vvinta l-bomba ta’ l-idroġenu. Inkwetat bil-konsegwenzi tax-xogħol tiegħu fuq il-futur ta’ l-umanità, huwa fittex li joħloq għarfien tal-periklu f'l-armamenti nukleari. Huwa kiseb suċċess parzjali permezz ta’ l-iffirmar tat-Trattat kontra l-provi nukleari fl-1963.
Meqjus fl-Unjoni Sovetika bħala dissident b’ideat sovversivi, huwa ħoloq, fis-snin 70, Kumitat għad-difiża tad-drittijiet tal-bniedem u għad-difiża tal-vittmi politiċi. L-isforzi tiegħu ġew ippremjati bil-Premju Nobel tal-paċi fl-1975.
It-tliet finalisti
Ir-Rebbiegħa Għarbija: rappreżentati minn ħames attivisti minn madwar id-dinja Għarbija
Dimitri Bandarenka: Attivist mill-Belorussja u membru tal-Għaqda Belorussa tal-Ġurnalisti
Il-Komunita' għall-Paċi San José de Apartadó: Komunita' ta' bdiewa Kolombjani li jirrifjutaw affiljazzjoni ma' kwalunkwe grupp armat u jitolbu l-ħelsien u l-liberta' għan-nies normali.
Bidu
Rebbieħa tal-Premju Sakharov grati tal-apoġġ tal-Ewropa għar-Rebbiegħa Għarbija
Asmaa Mahfouz
Ahmed al-Zubair Ahmed al-Sanusi
Razan Zaitouneh
Ali Farzat
Mohamed Bouazizi
Tliet finalisti għall-Premju Sakharov
Intervista mar-rebbieħ tal-Premju Sakharov 2010, Guillermo Fariñas
Il-Premju Sakharov 2011 jintrebaħ minn attivisti mid-Dinja Għarbija
Hauwa Ibrahim: qed naraw ordni dinji ġdid
Alexander Milinkevich: in-nazzjonijiet kollha jixirqilhom il-libertà