Aċċess dirett għan-navigazzjoni prinċipali (agħfas "Enter")
Aċċess għall-kontenut tal-paġna (ikklikkja fuq Enter) (agħfas "Enter")
NOT FOUND ! (agħfas "Enter")

"In-nisa jrid ikollhom rwol aktar prominenti fin-negozjati għall-paċi"

Drittijiet tan-nisa/Opportunitajiet indaqs 02-02-2012 - 19:16
 
 
L-appoġġ tal-UE għall-proċess ta' paċi jrid jiġi msejjes kompletament fuq il-kundizzjoni li n-nisa jipparteċipaw fin-negozjati  ©BELGA/DPA/M.Gambarini   L-appoġġ tal-UE għall-proċess ta' paċi jrid jiġi msejjes kompletament fuq il-kundizzjoni li n-nisa jipparteċipaw fin-negozjati ©BELGA/DPA/M.Gambarini

L-appoġġ tal-UE għall-proċess ta' paċi jrid jiġi msejjes kompletament fuq il-kundizzjoni li n-nisa jipparteċipaw fin-negozjati. Din hi waħda mill-konklużjonijiet ta' rapport dwar is-sitwazzjoni tan-nisa fil-gwerra mid-deputat liberali Rumen Norica Nicolai. Dan ir-rapport jipproponi għadd ta' miżuri biex igħin fir-rinforzament tal-pożizzjoni tan-nisa f'pajjiżi li qed isofru mill-effett ta' gwerer u sabiex titnaqqas il-vjolenza sesswali kontra dawn in-nisa. .


Ittieħed vot fuq dan ir-rapport nhar il-Ħamis.


Hu talab lill-UE u l-Istati Membri biex jiżdiedu, b'mod attiv, in-numru ta' nisa f'operazzjonijiet militari jew ta' żamma tal-paċi, speċjalment f'pożizzjonijiet ta' kmand. Barra minn hekk irid ikun hemm biżżejjed fondi tal-UE biex jiġu megħjuna n-nisa li qed jieħdu sehem u jikkontribwixxu f'kull livell tat-tehid ta' deċiżjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' riżoluzzjoni ta' kunflitti u negozjati ta' paċi.


Skont Nicolai, "in-nisa fuq il-mejda tan-negozjati jipprovdu perspettiva imprezzabbli ta' ugwaljanza bejn is-sessi, billi jwittu t-triq għall-ħolqien ta' politiki li huma ta' vantaġġ anke għan-nisa u l-familji. Barra minn dan, in-nisa suldati, li jagħmlu r-rondi tagħhom flimkien mal-irġiel, jagħtu messaġġ b'saħħtu lin-nisa u jinteraġixxu aħjar fuq il-livell lokali".


Hi saħħqet ukoll fuq il-bżonn li tiġi kkreata Rappreżentattiva Speċjali tal-UE dwar in-Nisa, Paċi u Sigurtà fi ħdan is-Servizz Ewropew ta' Azzjoni Esterna. "Din il-kariga hi neċessarja biex jiġu stabbiliti pożizzjoni soda u pjan ta' azzjoni fl-istituzzjonijiet biex tiġi miġġielda l-vjolenza sesswali kontra n-nisa".


Ir-rapport jenfasizza li l-effetti tal-vjolenza sesswali fi żmien il-gwerra, kemm dik fiżika kif ukoll dik psikoloġika, huma devastanti għall-vittmi. Nicolai żied igħid: "jien hu nikteb dan ir-rapport żammejt f'moħħi n-neċessità li l-Unjoni Ewropea titkellem b'leħen qawwi meta tikkundanna l-vjolenza sesswali kontra n-nisa li llum l-ġurnata għadha tintuża bħala arma tal-gwerra fil-kunflitti dinjija".


Il-kawżi spiss ikunu msejsa fuq in-nuqqas ta' aċċess għall-edukazzjoni u s-suq tax-xogħol li jkollhom in-nisa. Huwa għalhekk li r-rapport jikkonkludi li l-parteċipazzjoni ekonomika ugwali tan-nisa hi prekondizzjoni neċessarja biex tiġi miġġielda l-vjolenza skont is-sessi fil-kunflitti armati. Hi titlob lill-Kummissjoni teżamina l-possibbiltà ta' unitajiet ta' reazzjoni rapida magħmula minn persunal imħarreġ (pereżempju tobba, psikoloġi, soċjoloġi u avukati) biex jagħtu appoġġ immedjat u fuq il-post lill-vittmi ta' reati skont is-sess.

Ref. : 20120126STO36323