One in five under 25 can't find a job within the EU. Parliament wants to use unspent 82 billion euros from structural funds to create new job opportunities in...(read more) Facebook
The EU's trade deficit with China tripled in just 10 years. How do we rebalance? As a first step, Members want to establish a monitoring board to find out to...(read more) Facebook
Some Parliament members are suggesting that European politicians should show Euro 2012 in Ukraine the red card in protest over the treatment of opposition...(read more) Facebook
Strong - but not invulnerable. Despite an impressive 4 metres and 600kg, the blue fin tuna is an endangered species. And why? Overfishing and illegal catches....(read more) Facebook Dan kliem is-Sur James Moran, il-kap il-ġdid tad-Delegazzjoni tal-UE għall-Eġittu, li jixtieq jiżviluppa sħubija ta' vera ma' dan il-pajjiż sabiex iż-żewġ naħat imorru lil hinn mill-perċezzjonijiet superfiċjali li jistgħu jħaddnu fuq xulxin. "Jekk aħna narawhom bħala nies li dejjem nagħtuhom l-għajnuna, huma jittratawna bħala xi ħadd li jindaħal fl-affarijiet interni tagħhom - hemm bżonn li mmorru lil hinn minn din il-mentalità" hu qal waqt intervista.
Is-Sur Moran inħatar fil-kariga l-ġdida tiegħu f'Diċembru, u ġie l-Parlament Ewropew biex jaqsam xi fehmiet mal-MEPs fuq l-isfidi li għandu quddiemu l-Eġittu, u r-rwol tal-UE qabel ma jibda x-xogħol f'dan il-qasam.
Sitwazzjoni kkumplikata, imma mimlija tama
Skont is-Sur Moran, bħalissa s-sitwazzjoni fl-Eġittu hi waħda "kkumplikata, li qed titħarrek u li hi dinamika, imma xorta hi waħda mimlija tama". Hu qal li "saret elezzjoni li kienet l-aqwa elezzjoni li qatt saret f'dawn l-aħħar snin fl-Eġittu. Naf li ma konniex hemm biex nosservaw - kemm l-Unjoni Ewropea, kif ukoll il-komunità internazzjonali - imma għalkemm ma tistax tgħid li kienet perfetta, marret tajjeb ħafna hu wieħed jista' jgħid li r-riżultati huma kredibbli… mhux kulħadd għoġbu r-riżultat, imma dik hi n-natura tad-demokrazija".
Is-Sur Moran qal li x-xogħol li fadal hu dak li "naħdmu flimkien mal-atturi" fid-dinja emerġenti tal-politika Eġizzjana. Min-naħa l-oħra hu semma kwistjonijiet li ġew imressqa wkoll waqt is-smigħ tal-Parlament dwar id-drittijiet tal-bniedem fuq ir-rwol tal-armata u s-sitwazzjoni ekonomika u politika tal-pajjiż li hemm bżonn tiġi indirizzata.
Il-paċenzja hi l-aktar ħaġa importanti
Meta tkellem dwar il-futur tal-Eġittu, is-Sur Moran irrimarka li t-tibdil li seħħ wara l-avvenimenti f'Pjazza Tahrir taw "ħafna tamiet u ħafna frustrazzjonijiet" kemm għall-Eġittu, kemm għall-komunità internazzjonali.". Il-fatt hu li ddum ħafna biex tagħmel din it-tip ta' transizzjoni meta wieħed iżomm f'moħħu li għal sittin sena t-tip ta' politika u t-tip ta' gvern li kellha l-Eġittu kienu differenti ħafna minn dawk li qed jaspiraw għalihom issa. B'hekk naħseb li hemm bżonn naqra paċenzja hekk kif isibu mezz kif jimxu 'l quddiem".
L-Istrateġija tal-UE
Is-Sur Moran jgħid li l-istrateġija tal-UE għall-Eġittu hi waħda ċara u msejsa fuq ħidma kontinwa.
Skont Moran, il-bżonnijiet li għandha l-Eġittu huma dawl finanzjarji, ta' mobilità u ta' aċċess għas-suq. Moran qal li "hemm bżonn nadattaw dawn il-bżonnijiet għas-sitwazzjoni Eġizzjana".