Pen and notepad - check. Dictaphone - check. Hard-hitting questions - check. You are now ready to interview Parliament president Martin Schulz in Strasbourg!...(read more) Facebook
Last year, Loreen swept us off our feet with EU-phoria... Sorry, Euphoria. Warm up before tonight's Eurovision 2013 final with this Spotify playlist of some of...(read more) Facebook
Are you a journalist at heart? Do you love writing? Take part in our competition for a chance to interview Parliament president Martin Schulz in Strasbourg!...(read more) Facebook
It's International Day Against Homophobia, so share this post to show your support and join the Parliament in saying STOP to homophobia and transphobia! Facebook Ilbieraħ kien imiss lit-tradutturi, illum inħarsu lejn il-ħajja ta’ kuljum tal-interpreti u r-rwol tagħhom fit-trasformazzjoni ta’ dibattiti, li jinkludu sa 23 lingwa, f’unità koerenti u komprensibbli. Bħala rappreżentanti taċ-ċittadini tal-UE eletti direttament huwa importanti li l-Membri tal-PE jkunu jistgħu jsegwu l-laqgħat fil-lingwa tagħhom stess u għalhekk ir-rwol tal-interpreti huwa wieħed ta’ importanza vitali.
"Il-lingwa hija parti mill-identità tagħna, u hija ħafna iżjed minn sempliċement mezz ta’ komunikazzjoni, fil-fatt għalhekk huwa importanti li l-Membri tal-PE jitkellmu bil-lingwi tagħhom sabiex ikunu jistgħu jiddefendu bl-aħjar mod l-interessi tal-elettorat tagħhom u jitkellmu direttament maċ-ċittadini b’lingwa li jifhmuha. Dan il-miraklu rridu nagħmluh kuljum," qalet Olga Cosmidou, Direttur Ġenerali għall-Interpretazzjoni u l-Konferenzi.
Il-ħidma tal-interpreti
Hija qalet li l-interpreti jaħdmu f’ħin reali, u jridu jisimgħu u jitkellmu fl-istess ħin, għalhekk jisimgħu b’mod selettiv, filwaqt li jiffukaw fuq il-messaġġ iktar milli fuq il-kliem. "Il-prestazzjoni tal-interpreti hija bħal dik ta' akrobati f'ċirku minħabba li xogħolhom jagħmluh mingħajr ix-xibka ta' sikurezza, għax ladarba kelma tkun ħarġet, ma tistax tirtiraha, u għalhekk iridu jkunu ċerti sew minn dak li jkunu qed jagħmlu. L-għaġla hija wieħed mill-għedewwa prinċipali (iżda) dan huwa interessanti ħafna. Trid tkun tħobb dan l-istress pożittiv u l-adrenalina, u trid tkun taf tantiċipa wkoll."
L-interpreti jaħdmu sa żewġ xiftijiet ta’ tliet sigħat u nofs kuljum. Huma jħejju ruħhom billi jaqraw dokumenti relevanti fil-lingwi li jaħdmu bihom, sabiex jibqgħu aġġornati mat-tibdil u t-termini l-ġodda. Jaqraw ukoll l-aħbarijiet b'mod regolari u b’lingwi differenti, sabiex ikunu aġġornati fir-rigward tas-sitwazzjoni politika internazzjonali u l-aħħar żviluppi minħabba li dan jgħinhom jittrattaw il-firxa vasta ta’ suġġetti koperti fil-parlament.
Il-Parlament Ewropew – promotur tal-multilingwiżmu
Il-Parlament Ewropew jippromwovi l-multilingwiżmu, bil-garanzija ta’ interpreti għas-sessjonijiet plenarji, għal-laqgħat tal-korp governattiv u għall-kumitati u d-delegazzjonijiet, sakemm dan ikun possibbli. Dan huwa l-parlament l-iktar multilingwu u l-ikbar impjegatur ta’ interpreti fid-dinja. In-numru ta’ interpreti li jaħdmu fil-PE jvarja minn 350 waqt il-kumitati sa massimu ta’ 1000 waqt il-ġimgħat tal-plenarja fi Strasburgu. Il-PE għandu riżerva ta’ 4000 interpretu indipendenti li jista’ jagħmel użu minnhom skont il-ħtieġa.
L-interpreti jitkellmu l-lingwa materna tagħhom perfettament u jkunu profiċjenti sewwa ħafna f’minn tal-anqas żewġ lingwi oħra.
Kont taf?
L-interpretazzjoni tal-plenarja ssir minn 23 kabina għall-interpretar, li kull waħda jkun fiha 3 jew 4 interpreti. Il-kabini huma mgħammra b-iżolament akustiku, arja kkundizzjonata, dawl tajjeb u siġġijiet ergonomiċi, u minnhom l-interpreti jistgħu jaraw tajjeb il-kamra tal-laqgħa u b’hekk ikunu jistgħu jsegwu dak li jkun għaddej. L-udjenza tista’ tarahom imma huma qatt ma jkunu fiċ-ċentru tal-attenzjoni.
Hemm 506 kombinazzjoni lingwistika possibbli (23 x 22 lingwa), għalhekk kultant minflok interpretazzjoni diretta minn lingwa għal oħra, tintuża sistema "relay" fejn l-interpretar jgħaddi minn lingwa terza, "pivot" jew "relay".
B’differenza minn persunal ieħor tal-PE, l-interpreti m’għandhomx uffiċċju, bil-kompjuters u t-telefowns u għalhekk jingħatawlhom telefowns u laptops speċjali sabiex ikunu jistgħu jiġu kkuntattjati jekk ikun hemm xi tibdil fil-ħin u l-post tal-laqgħa għax l-interpreti qatt ma jistgħu jkunu tard. Il-laqgħa ma tkunx tista’ tibda mingħajrhom.
Trid issir interpretu?
Għandek bżonn lawrea u sentejn speċjalizzazzjoni fl-interpretar. Biex taħdem mal-PE trid tgħaddi wkoll minn kompetizzjoni iżda dan mhux biżżejjed – “teħtieġ karatteristiċi partikolari: trid tħobb tikkomunika, u trid tkun estrovert u kurjuż ħafna,” qalet Cosmidou.