Pen and notepad - check. Dictaphone - check. Hard-hitting questions - check. You are now ready to interview Parliament president Martin Schulz in Strasbourg!...(read more) Facebook
Last year, Loreen swept us off our feet with EU-phoria... Sorry, Euphoria. Warm up before tonight's Eurovision 2013 final with this Spotify playlist of some of...(read more) Facebook
Are you a journalist at heart? Do you love writing? Take part in our competition for a chance to interview Parliament president Martin Schulz in Strasbourg!...(read more) Facebook
It's International Day Against Homophobia, so share this post to show your support and join the Parliament in saying STOP to homophobia and transphobia! Facebook Attwalment il-PE qed jikkunsidra l-hekk imsejħa "two-pack", li hija żewġ proposti biex tiżdied id-dixxiplina finanzjarja fiż-żona tal-euro. Abbozzi ta' rapporti minn żewġ Membri tal-PE jipproponu li dawn jiġu emendati sabiex is-setgħat ta' sorveljanza tal-Kummissjoni jiġu kkontrollati iżjed mill-qrib u l-membri taż-żona tal-euro f'diffikultajiet finanzjarji jkunu jistgħu jitqiegħdu taħt protezzjoni legali bħalma jsir f'każ ta' falliment.
It-"two-pack" hija żvilupp tas-"six-pack", grupp ta' regolamenti dwar il-governanza ekonomika li daħlu fis-seħħ fit-13 ta' Diċembru 2011. L-għan tas-"six-pack" huwa li terġa' tistabbilixxi l-istabbiltà ekonomika fl-UE billi tnaqqas l-iżbilanċi makroekonomiċi u fil-kompetittività bejn l-Istati Membri kif ukoll billi toħloq regoli stretti dwar id-dejn pubbliku, l-infiq pubbliku sostenibbli u sorveljanza aħjar.
Il-Kummissjoni issa pproponiet it-"two-pack" sabiex iżżid is-sorveljanza tal-baġits nazzjonali tal-membri taż-żona tal-euro u jkollha aktar superviżjoni tal-pjanijiet għall-politika ekonomika ta' dawk li jinsabu f'diffikultajiet finanzjarji. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill issa jeħtiġilhom japprovaw iż-żewġ proposti u jaqblu dwar emendi possibbli. Huwa għalhekk li membri tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji tal-PE ressqu rapporti dwar kull wieħed miż-żewġ regolamenti proposti. Il-Kumitat mistenni jivvota dwar iż-żewġ regolamenti f'Mejju u ż-żewġ rapporti mbagħad jiffurmaw il-bażi għal aktar negozjati mal-Kunsill, li jirrappreżenta lill-gvernijiet nazzjonali.
Il-monitoraġġ tal-Kummissjoni
Ir-rapport dwar il-monitoraġġ tal-abbozzi tal-pjanijiet baġitarji tas-Soċjaldemokratika Portugiża Elisa Ferreira jappoġġja rwol aktar attiv għall-Kummissjoni iżda fl-istess ħin jitlob superviżjoni mill-qrib tas-setgħat superviżorji tagħha. Hija qalet li: "Jinħtieġ ċertu ribilanċjar tas-setgħat li jippermetti aktar sjieda nazzjonali u proċess demokratiku aħjar."
Il-pajjiżi li adottaw l-euro għandhom jikkonsultaw lill-Kummissjoni u lil membri oħra taż-żona tal-euro qabel ma jadottaw xi pjanijiet kbar ta' riforma tal-politika ekonomika u fiskali b'effetti mifruxa potenzjali. Għandhom iressqu l-pjanijiet tagħhom lill-Kummissjoni għal monitoraġġ qabel ma l-pjanijiet isiru vinkolanti. Madankollu, is-Sa Ferreira tgħid li l-Kummissjoni m'għandhiex awtomatikament tingħata s-setgħa li titlob lil pajjiż jibdel il-pjanijiet baġitarji tiegħu. Barra minn hekk, tenfasizza li skedi ta' żmien għat-tnaqqis tad-defiċits għandhom jiġu estiżi f'każijiet ta' tnaqqis kbir ħafna fir-ritmu ekonomiku sabiex jitħalla żmien biżżejjed biex jitħeġġeġ it-tkabbir.
Il-protezzjoni f'każ ta' falliment
Ir-rapport tal-Kristjandemokratiku Franċiż Jean-Paul Gauzès analizza l-proposta għat-tisħiħ tas-sorveljanza ekonomika u baġitarja tal-pajjiżi taż-żona tal-euro li qed jaffaċċjaw problemi finanzjarji kbar. Jiddikjara li l-Kummissjoni għandha tiddeċiedi li tqiegħed lil pajjiżi taħt protezzjoni legali, u mbagħad il-Kunsill ikollu għaxart ijiem biex jirrevoka din id-deċiżjoni. Ladarba jkun tqiegħed taħt protezzjoni bħal din, pajjiż ma jistax jiġi ddikjarat bħala inadempjenti, il-kredituri tiegħu jkun jeħtiġilhom jinnotifikaw l-identità tagħhom lill-Kummissjoni fi żmien xahrejn u l-imgħax fuq is-self jiġi ffriżat. Il-pajjiż inkwistjoni jkollu jressaq pjan dwar l-irkupru u s-saldu tad-dejn lill-Kummissjoni u jimplimenta miżuri xierqa.
Is-Sur Gauzès qal li regola bħal din tagħti aktar ċarezza f'xenarji li fihom il-pajjiż ikun wasal biex ikun inadempjenti. "Tipprovdi sostitut tajjeb għall-metodi ad hoc attwali li jvarjaw skont il-każ."