Instagram - Behind the scenes of the plenary Directly from us to you... Look at our Instagram pictures taken behind the scenes of the May plenary session in Strasbourg. And find more pics @...(read more) Facebook
Travelling with your pet? There are 64 million cats and 66 million dogs in the EU, which could need a passport or vaccination to cross borders. Parliament has...(read more) Facebook
Photo of the day: flags in front of the Parliament building in Strasbourg. Facebook
Domestic violence has no borders. That's why victims of stalking, harassment or gender-based violence will see their protection extended to the whole EU,...(read more) Facebook Meta l-banek ma jselfux u l-gvernijet ma jonfqux, ipprova oħroġ il-bonds. Dan jista' jkun parir għall-kumpaniji involuti f'proġetti Ewropej ta' infrastruttura fuq medda twila ta' żmien u li qed isibuha bi tqila biex jiksbu l-fondi. Biex il-bonds isiru aktar attrraenti għall-investituri bħal ma huma fondi tal-pensjoni l-UE biħsieba tforni garanziji u self biex tagħmel tajjeb għalihom. L-MEPs qed jiddiskutu t-tnedija tal-ewwel bonds għall-proġetti biex jaraw kif jaħdmu u kif ser jirrispondi s-suq.
Il-bonds għall-proġetti huma differenti minn bonds ta' stabbiltà (Eurobonds). Dawn tal-aħħar toħroġhom l-UE biex jiġu ffinanzjati d-defiċits fil-baġits, filwaqt li tal-ewwel joħorġuhom kumpaniji privati biex jiffinanzjaw proġetti Ewropej ta' infrastruttura (toroq, ferroviji, pajpijiet tal-gass, broadband), speċjalment dawk li "ma jitqisux kummerċjalment vijabbli" imma huma ta' importanza strateġika.
Skont stimi tal-Kummissjoni Ewropea, hemm bżonn madwar €150–200 biljun fis-sena biex tiġi mmodernizzata l-infrastruttura tal-UE sal-2020.
Biss il-fondi disponibbli mhux dejjem huma biżżejjed u meta wieħed li jqis li minħabba l-kriżi l-infiq tal-gvernijiet naqas u li l-banek qed jisilfu anqas flus, apparti milli li l-investituri saru aktar beżgħana mir-riskju.
Ir-rapporteur fuq dan il-proġett, is-Soċjalist Svediz Göran Färm, qal li "rridu nsibu mezzi oħrajn biex nimobilizzaw il-kapital għall-investiment - wieħed minn dawn huma l-bonds għall-proġetti".
Il-proġett pilota, qabel ma tidħol sistema permanenti ta' bonds għall-proġetti tal-UE, ser jidħol fis-seħħ fl-2014 b'kontribuzzjoni ta' €230 miljun għall-Bank Ċentrali Ewropew biex ikun jista' jagħmel tajjeb għall-proġetti.
Il-parti l-kbira tal-MEPs huma favur l-idea ta' bonds għall-proġetti. Biss kien hemm min widdeb kontra, bħal-Liberali Ingliża Sharon Bowles li qalet li "fil-verità ser ikun hemm garanzija limita tal-UE għall-ewwel telf. Din hi biss gradazzjoni tat-telf potenzjali li jistgħu jsofru x-xerrejja privati tal-bonds u mhux it-tneħħija sħiħa tal-element ta' riskju".