Aċċess dirett għan-navigazzjoni prinċipali (agħfas "Enter")
Aċċess għall-kontenut tal-paġna (ikklikkja fuq Enter)
Aċċess dirett għal-lista tas-siti l-oħra (agħfas "Enter")

Is-sessjoni plenarja fil-qosor (Brussell, 09-10.05.12)

Istituzzjonijiet 08-05-2012 - 11:44
 
 
Ir-rebbiegħa fi Brussell, bil-bini tal-PE fl-isfond   Ir-rebbiegħa fi Brussell, bil-bini tal-PE fl-isfond

Fost l-affarijiet li ser jiġu diskussi f'din is-sessjoni plenarja - l-ewwel waħda f'Mejju - hemm il-mobile roaming, inklużi s-servizzi tad-dejta, kif ukoll għajnuna għall-ajruporti reġjonali.


L-MEPs għandhom jivvutaw riżoluzzjoni li tgħid li b'għajnuna tal-UE, l-arjuporti reġjonali jkunu jistgħu joħolqu tkabbir fl-ekonomiji lokali, waqt li jnaqqsu l-konġestjoni fl-ajruporti ewlenin. L-abbozz tar-riżoluzzjoni jgħid ukoll li n-netwerks tat-trasport bl-art u bl-ajru għandhom jiġu integrati aħjar sabiex l-ajruporti ż-żgħar isiru iktar kompetittivi u attraenti.


Barra minn dan il-President tal-Parlament Ewropew Martin Schulz se jindirizza l-Kamra nhar l-Erbgħa 9 ta' Mejju f'okkażjoni ta' Jum l-Ewropa. Huwa mistenni jitkellem dwar l-istat tal-Union Ewropea u l-viżjoni tiegħu dwar il-ġejjieni. Id-diskors se jkun segwit b'diskorsi tal-mexxejja tal-gruppi politiċi.

Ref. : 20120504FCS44470