Instagram - Behind the scenes of the plenary Directly from us to you... Look at our Instagram pictures taken behind the scenes of the May plenary session in Strasbourg. And find more pics @...(read more) Facebook
Travelling with your pet? There are 64 million cats and 66 million dogs in the EU, which could need a passport or vaccination to cross borders. Parliament has...(read more) Facebook
Photo of the day: flags in front of the Parliament building in Strasbourg. Facebook
Domestic violence has no borders. That's why victims of stalking, harassment or gender-based violence will see their protection extended to the whole EU,...(read more) Facebook L-Unjoni Ewropea għandha bżonn ta' baġit robust biex tilħaq il-miri politiċi tagħha. Dan huwa l-messaġġ tal-MEPs lill-mexxejja tal-UE li se jiddiskutu l-pjan tal-baġit tal-UE għall-perjodu 2014-2020 matul il-laqgħa tagħhom tat-28 u 29 ta' Ġunju. L-MEPs iqisu li l-baġit fuq tul ta' żmien twil għandu jkun flessibbli biżżejjed biex jiffaċċja sfidi ġodda u li l-kontribuzzjonijiet nazzjonali għandhom jiġu sostitwiti b'mezzi oħra ta' finanzjament.
L-MEPs insistew li l-pjan tal-baġit għall-perjodu 2014-2020 għandu "jipprovdi flessibilità baġitarja mtejba" kemm fl-intestaturi, kif ukoll bejniethom, u bejn is-snin finanzjarji. Dan għandu jiżgura li r-riżorsi baġitarji "jkunu jistgħu jiġu allinjati kif jixraq ma’ ċirkostanzi u prijoritajiet li qed jevolvu," għaliex in-nuqqas ta' flessibilità fis-sistema attwali tagħmilha diffiċli ħafna li l-Unjoni tirreaġixxi għal sfidi ġodda.
Qabel il-Kunsill ikun jista' jadotta dan pjanijiet baġitarji, kif ukoll dan il-Qafas Finanzjarju Multiannwali (Multiannual Financial Framework - MFF), hemm bżonn tal-kunsens tal-Parlament Ewropew. Għalhekk l-MEPs saħqu li għandhom isiru negozjati bejn il-Parlament u l-Kunsill fuq l-aspetti kollha b'rabta mal-MFF.
Riforma tas-sistema ta' dħul
Skont it-trattati, l-UE għandha tkun "iffinanzjata għal kollox minn riżorsi proprji." Il-Parlament iqis li riformi għas-sistema attwali, inkluż l-introduzzjoni ta' sorsi ta' dħul alternattivi, bħal taxxa fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji jew VAT ġdida tal-UE, għandhom inaqqsu l-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri tal-UE ibbażati fuq id-dħul gross nazzjonali (GNI) minn 75% għal 40% sal 2020. Il-Parlament iddikjara li "mhux lest li jagħti l-kunsens tiegħu" għar-regolament tal-MFF li jmiss, "mingħajr ftehim politiku dwar riforma tas-sistema tar-riżorsi proprji", li ttemm ir-ribassi eżistenti u mekkaniżmi oħra ta’ korrezzjoni.
Il-Parlament kien l-ewwel istituzzjoni tal-UE li adotta pożizzjoni fuq il-baġqt għall-perjodu 2014-2020, f'Ġunju tas-sena l-oħra. Il-Kummissjoni Ewropea ressqet il-proposti tagħha għall-baġit 2014/2020 fl-aħħar ta' Ġunju 2011. Il-Presidenza Daniża għandha tippreżenta pakkett għan-negozjati matul is-samit li jmiss.
Bidu
Is-sessjoni plenarja fil-qosor (Strasburgu, 11-14.06.12)
Diskors ta’ ftuħ – Schengen, il-Presdient il-ġdid tas-Serbja, Layla Zana u Asmaa Mahfouz
Governanza ekonomika b'viżjoni iktar ampja
L-MEPs jitolbu baġit robust u flessibbli, riforma tas-sistema tad-dħul għall-UE
Il-Parlament jadotta regoli ġodda għall-ħalib tat-trabi u ikel mingħajr glutina