To restore people's trust in the EU we need quick and tangible results on youth employment and tax fraud, warned Parliament president Martin Schulz at the...(read more) Facebook
Water is the theme of this year's International Day for Biological Diversity. Essential to life, water has always been an important topic for the Parliament....(read more) Facebook
The chat with Jan Philipp Albrecht, who is charge of steering the data protection proposal through Parliament, has just started! Don't miss the opportunity to...(read more) Facebook
What would you do with €1 trillion? That's the amount of taxes lost to fraud and evasion in Europe: €2,000 per citizen per year. Read more about how Parliament...(read more) Facebook L-MEPs qed jikkunsidraw jiftħu każ il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja kontra l-mossa tal-gvernijiet tal-UE biex, b'mod legali, jeskludu l-Parlament minn deċiżjonijiet fuq it-tħaddim tal-ftehim ta' Schengen dwar l-ivjaġġar bla viża. F'dibattitu waqt il-plenarja, kelliema mill-parti l-kbira tal-gruppi politiċi kkritikaw il-Presidenza Daniża għal dak li huma sejħu attakk dirett fuq il-valuri fundamentali tal-Unjoni Ewropea.
Fis-7 ta' Ġunju, il-Ministri tal-Ġustizzja u tal-Intern tal-UE iddeċidew li jbiddlu l-bażi legali tar-regoli dwar l-evalwazzjoni ta' Schengen, dan sakemm għadhom għaddejin in-negozjati mal-istituzzjonijiet tal-UE l-oħra. Dan sar b'mod li bih il-Parlament jitħalla barra mit-teħid ta' deċiżjonijiet f'dan il-qasam. Il-ministri wegħdu sempliċiment li jinfurmaw il-Parlament dwar id-deċiżjonijiet li jittieħdu fil-ġejjieni.
Il-Ministru tal-Ġustizzja Daniż, Morten Bødskov, qal li l-mossa tal-Istati Membri hi waħda "legali, imsejjsa fuq kontenut mhux politika" u talab l-MEPs jarawha "f'din il-perspettiva aktar wiesgħa".
Iżda bosta kapijiet tal-gruppi politiċi rrispondew b'mod qawwi ħafna. Il-President tal-EPP Joseph Daul qal li din id-deċiżjoni hi "kompletament inaċċettabbli" u l-President tal-S&D Hannes Swoboda widdeb il-Kunsill li "fetaħ it-triq għall-populiżmu", u kompla jgħid li "ser nibqgħu sħaħ kontrikom, u ser nużaw kull mezz politiku u legali li għandna aċċess għalih biex inwaqqfuha".
Il-kap tal-grupp tal-Greens, Rebecca Harms, qalet li l-gvernijiet qed jużaw il-ftehim ta' Schengen biex "jaljenaw iċ-ċittadini mill-kriżi".
Il-Kummissarju responsabbli għall-Intern, Cecilia Malmström, qalet li hi "konvinta li l-istorja mhijiex ser tispiċċa hawn", hekk kif esprimiet "diżappunt ċar" fuq id-deċiżjoni.