Aċċess dirett għan-navigazzjoni prinċipali (agħfas "Enter")
Aċċess għall-kontenut tal-paġna (ikklikkja fuq Enter)
Aċċess dirett għal-lista tas-siti l-oħra (agħfas "Enter")

Il-Vuċi Tiegħek fl-Ewropa: informa (lill-UE) u kun infurmat

Drittijiet taċ-ċittadini 13-07-2012 - 11:00
 
 

X’taħseb dwar uffiċċju tal-informazzjoni tal-Ewropa għal kollox? Fil-fatt diġà jeżisti... Għal dawk li jridu jittweetjaw l-MEP tagħhom, jittrasferixxu s-sigurtà soċjali tagħhom, jifhmu l-polz tal-poplu jew jagħtu l-opinjoni tagħhom dwar l-ambjent tan-negozju jew ir-“Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa”, l-UE għandha tweġiba waħda: Il-Vuċi Tiegħek fl-Ewropa - potal tal-Internet uniku ta’ informazzjoni, konsultazzjoni u diskussjoni għal dawk kollha b’interess fit-tfassil tal-politika Ewropea.


Il-portal joffri:


  • aċċess għal strumenti ta’ konsultazzjoni professjonali – konsultazzjonijiet pubbliċi dwar inizjattivi ta’ politika tal-Kummissjoni Ewropea u dettalji dwar liema konsultazzjonijiet diġà saru.

  • djalogu dirett online ma’ dawk li jfasslu l-politika tal-UE fil-livelli kollha: l-MEPs, il-Kummissarji, il-President tal-Kunsill Ewropew Herman Van Rompuy...hemm ukoll links għal twitter feeds u blogs ta’ dawk li jfasslu l-politika u għan-netwerks soċjali tal-istituzzjonijiet tal-UE.

  • direttorju  ċentralizzat ta’ links b’informazzjoni prattika u dettaljata, pratikament dwar kull aspett tal-ħajja fil-livell Ewropew, inklużi fost l-oħrajn: it-tassazzjoni korporattiva u l-offerti pubbliċi, il-kwalifiki akkademiċi, id-drittijiet tas-sigurtà soċjali b’rabta ma’ ċaqliq ta’ persuni fl-UE, l-opportunitajiet ta’ karriera, l-ivvjaġġar, l-opinjoni pubblika (l-Ewrobarometru) jew l-istatistika (l-Eurostat) u anke lista ta’ gruppi ta’ interess fi Brussell.


Il-portal huwa operat mill-Kummissjoni u huwa parti mill-inizjattiva ta’ Tfassil ta’ Politika Interattiva mnedija fl-2001, “sabiex tgħin l-iżvilupp tal-politika billi tippermetti respons aktar malajr u preċiż fejn jidħlu kwistjonijiet u problemi emerġenti”

Ref. : 20120706STO48453