Aċċess dirett għan-navigazzjoni prinċipali (agħfas "Enter")
Aċċess għall-kontenut tal-paġna (ikklikkja fuq Enter)
Aċċess dirett għal-lista tas-siti l-oħra (agħfas "Enter")

Żur il-Parlamentarium dan is-sajf

Istituzzjonijiet 23-07-2012 - 08:01
 
 
Parlamentarium   Parlamentarium

Se tkun Brussell dan is-sajf u tinteressak l-UE? Għalfejn ma żżurx iċ-ċentru tal-viżitaturi tal-Parlament Ewropew fi Brussell u takkwista fehim uniku tax-xogħol tal-Membri tal-PE u ta’ kif dan jolqot il-ħajja ta’ kuljum tiegħek? Ikklassifikat bħala waħda miż-żjajjar li għandek twettaq fi Brussel mill-websajt tal-ivvjaġġar Tripadvisor, iċ-ċentru ppremjat kien ta' suċċess kbir mal-viżitaturi minn meta nfetaħ għall-ewwel darba s-sena l-oħra.


Il-Parlamentarium laqa’ aktar minn 170 000 viżitaturi minn meta fetaħ f'Ottubru 2011 u huwa fost l-10 siti l-aktar viżitati fi Brussell, skont Tripadvisor.


Fit-28 ta' Ġunju ngħata l-premju speċjali għat-turiżmu mill-aġenzija tat-turiżmu ta’ Brussell VisitBrussels.  Dan huwa l-ħames premju mogħti lill- Parlamentarium.

Ref. : 20120713STO48864
 
 
 
Parlamentarium
 

Miftuħ sebat ijiem fil-ġimgħa (magħluq it-Tnejn filgħodu)

 
 

Bla ħlas

 
 

23 lingwa

 
 

4 lingwi tas-sinjali (l-Ingliż, il-Franċiż, l-Olandiż u l-Ġermaniż)

 
 

Aċċess għall-persuni bi bżonnijiet speċjali

 
 

Il-viżitaturi jistgħu jużaw għodod interattivi tal-multimedia ta’ divertiment sabiex jaraw kif jitfasslu l-liġijiet u d-deċiżjonijiet ta’ politika, fil-Parlament u istituzzjonijiet oħra tal-UE.

 
 
Iktar informazzjoni