Your data online reveals more about you than you're willing to share. New EU rules aim to put you back in control. Find out more about it in a chat this...(read more) Facebook
Do you know what happens today at 17.00 CET? The plenary starts in Strasbourg! It will be a busy week with banking supervision, discussion on tax fraud and...(read more) Facebook
#EUopendoors through our and your eyes! Facebook
Time is ticking! But you can still apply for our competition and win a trip to Strasbourg to interview president Martin Schulz. Just click @...(read more) Facebook Madwar 27 Stat Membru, 23 lingwa imma ġabra waħda ta' liġijiet - kif tista' l-UE tiżgura li r-regoli jfissru l-istess f'dan il-grupp kollu? Tliet lingwisti ġuristi tal-Parlament tkellmu magħna dwar l-isfidi u l-kumplessitajiet tax-xogħol tagħhom.
"Ix-xogħol tagħna hu li niżguraw il-kwalità tal-leġiżlazzjoni tal-UE fit-23 lingwa kif ukoll il-konsistenza legali u lingwistika bejn il-verżjonijiet lingwistiċi. Hu ferm importanti li l-leġiżlazzjoni tal-UE tkun imfassla sew u konsistenti, sabiex iċ-ċittadini u n-negozji jkunu jistgħu jifhmuha u l-Istati Membri jistgħu jimplimentawha sew," spjega Hugo.
Lingwisti ġuristi u tradutturi = żewġ funzjonijiet differenti
Il-lingwisti ġuristi mhumiex tradutturi. "Aħna ma niffunzjonawx biss bħala servizz lingwistiku," qal Viorel. "L-għan ewlieni tagħna hu li nipprovdu, meta mitluba, abbozzar u għajnuna proċedurali interna fil-lingwa oriġinali (tat-test) u huwa biss bħala parti sekondarja, għalkemm mhux inqas importanti imma żgur fuq skala iżgħar, li aħna nivverifikaw it-traduzzjonijiet."
Il-lingwisti ġuristi jaħdmu f'tim madwar tema marbuta ma' kumitat jew tnejn, filwaqt li jassistu fl-abbozzar tal-leġiżlazzjoni (l-aktar bl-Ingliż) u jaħdmu f'tim ta' tnejn jew tlieta fil-lingwa materna biex jiċċekkjaw it-traduzzjonijiet tat-testi abbozzati.
Huma ma jqattgħux il-ħin kollu quddiem kompjuter, imma jkunu preżenti wkoll waqt negozjati. "Waqt in-negozjati aħna nistgħu nintervjenu u ngħidu: 'din mhux se tiffunzjona, jeħtieġ tkun formulata mod ieħor'. M'aħniex se nippruvaw ngħidu lill-politiċi x'għandhom jagħmlu, imma jekk nintalbu, nistgħu nagħtuhom parir," qalet Hana. "Aħna ma nistgħux inwettqu xogħol tajjeb jekk ma nkunux nafu x'hemm involut, x'inhuma l-isfidi u s-sensittivitajiet politiċi," żied Viorel.
Ġuristi b'inklinazzjoni għal-lingwa
Il-lingwisti ġuristi fil-Parlament Ewropew iridu jgħaddu minn kompetizzjoni li tevalwa l-kwalifiki legali u l-ħiliet lingwistiċi tagħhom. "Jeħtieġ li tkun lawreat fil-liġi jew li jkollok lawrea ekwivalent u jeħtieġ li tkun titkellem mill-inqas żewġ lingwi minbarra l-lingwa materna tiegħek," spjega Hugo. "Lingwist ġurist jeħtieġ ikollu inklinazzjoni għal-lingwa. Waqt l-abbozzar tal-leġiżlazzjoni aħna nippruvaw nimmaġinaw kif it-test se jiġi tradott f'lingwi oħra, sabiex nevitaw formulazzjonijiet vagi u mhux ċari," żiedet Hana.
Ilkoll jaqblu li mhux faċli tevita li tuża l-'Eurospeak'. "Jien dejjem nipprova nevita kliem bl-Ingliż kull meta hemm ekwivalenti biċ-Ċek," qalet Hana. "Aħna nippruvaw inżommu l-lingwa ħajja u bl-inqas kontaminazzjoni possibbli," qabel Viorel. Huma jsibu l-ispirazzjoni tagħhom, pereżempju fil-letteratura klassika, imma dejjem attenti dwar kif qed tiżviluppa l-lingwa tagħhom. "Trid tiżgura li kliem speċifiku tal-UE qed jintuża kif xieraq u b'mod raġonevoli," qal Hugo.
"Ix-xogħol isir dejjem iżjed interessanti aktar ma nkunu involuti fl-ewwel stadji tal-abbozzar leġiżlattiv," qalet Hana. "Nistgħu nużaw l-esperjenza u l-ħiliet analitiċi u diplomatiċi tagħna fit-test finali," żied Viorel. "Għandna għal qalbna din l-isfida u ngawdu s-sodisfazzjon kull darba li naraw fajl miktub kif xieraq."
Hana hi mir-Repubblika Ċeka, Hugo hu mir-Renju Unit u Viorel hu Rumen.