Aċċess dirett għan-navigazzjoni prinċipali (agħfas "Enter")
Aċċess għall-kontenut tal-paġna (ikklikkja fuq Enter)
Aċċess dirett għal-lista tas-siti l-oħra (agħfas "Enter")

Dak kollu li għandek tkun taf dwar l-apprendistati mal-PE

Istituzzjonijiet 15-08-2012 - 08:01
 
 

Jekk inti student universitarju jew gradwat u tinsab interessat fi kwistjonijiet Ewropej u fil-ħidma tal-Parlament Ewropew, tista' tkun interessat fil-programm ta' apprendistat tal-PE. Kull sena l-Parlament jiftaħ il-bibien tiegħu għal mijiet ta' apprendisti, bi programmi speċjali għall–persuni b'diżabilità. Jekk trid tikseb esperjenza ta' ħidma mal-PE, il-perjodu ta' applikazzjoni l-ġdid jibda fil-15 ta' Awwissu.


Lawrja fl-istudji tal-UE mhijiex obbligatorja


Il-kandidati jistgħu japplikaw għal apprendistati ġenerali, fil-ġurnaliżmu jew fit-traduzzjoni. Jeżistu apprendistati bi ħlas għall-gradwati u apprendistati mingħajr ħlas għal dawk il-persuni li għadhom qegħdin jistudjaw. Jistgħu japplikaw ukoll persuni 'l barra mill-UE.


"Tajjeb li tenfasizza l-kwalitajiet uniċi li jista' jkollok. Bħala parteċipanta mħarrġa, b'esperjenza fil-konsulenza internazzjonali dwar il-ġobon artiġjanali u b'MA fit-traduzzjoni tal-lingwa Irlandiża, qatt ma stennejt li kont se niġi aċċettata  nipparteċipa fil-programm ta' apprendistat," qalet Lucy Moylan, apprendista ta' ċittadinanza Irlandiża fiċ-ċentru tal-viżitaturi tal-PE.


Programm speċjali għall-persuni b'diżabilità


Sa mill-2006 il-Parlament kellu programm ta' apprendistat speċjali għall-persuni b'diżabilità. Barra mit-twettiq ta' arranġamenti partikolari fil-post tax-xogħol, il-PE jipprovdi informazzjoni dwar akkomodazzjoni u mezzi ta' trasport aċċessibbli. Staqsejna lil uħud mill-apprendisti ta' din is-sena biex jagħtuna r-reazzjoni tagħhom għall-programm.


"Sfortunatament, is-settur privat hu anqas mħejji mill-PE biex jaċċetta d-diżabilità. Sinċerament nittama li fil-futur bosta aktar postijiet tax-xogħol ikunu lesti li jimxu fuq l-eżempju tal-politika tal-PE fir-rigward ta' persuni "b'ħiliet differenti", qalet Silvia Cipriani mill-Italja.


Chiara Arnone, li ukoll hi mill-Italja, żiedet li apprendistat mal-PE hu tajjeb ukoll għall-karriera tiegħek peress li "hu rikonoxxut kullimkien u juri li inti persuna b'moħħ miftuħ u li kapaċi tadatta u taħdem tajjeb man-nies."


Eluf ta' applikanti kull sena


Madwar 7000 persuna tapplika għall-apprendistati mal-PE kull sena, u 8% minnhom biss jgħaddu mill-proċess tal-għażla.


L-apprendistati hu bejn xahar u sitt xhur u apprendisti bi ħlas jkollhom bejn wieħed u ieħor EUR 1200 fix-xahar. L-apprendisti jridu jfittxu li jsibu u jħallsu għall-akkomodazzjoni tagħhom.

Ref. : 20120713STO48892